Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-inspectors li jaħdmu fit-Taqsima tas-Saħħa u Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol hux: (a) qed titħallsilhom il-liċenzja tal-vettura tagħhom biex ikunu jistgħu jidħlu l-Belt Valletta; (b) qed titħallsilhom l-Insurance tal-vettura tagħhom; (ċ) qed tiġi mħallsa medical insurance minħabba n-natura tax-xogħol tagħhom; u (d) qed jiġi provdut safety clothing/shoes?
Jista' l-Ministru jgħid jekk dawn il-benefiċċji humiex qed jiġu offruti wkoll lil dawk l-inspectors li jaħdmu fl-Employment and Industrial Relations Department?
Response (GONZI, LAWRENCE)
1) L-Ispetturi li jaħdmu fit-Taqsima tas-Saħħa u Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol ma titħalsillhomx il-liċenzja tal-vettura tagħhom biex ikunu jistgħu l-Belt Valletta.
2) Ma titħallsilhomx l-insurance tal-vettura tagħhom.
3) Ma titħallsilhomx il-medical insurance minħabba n-natura tax-xogħol tagħhom iżda qed jiġu pprovduti b'safety clothing/shoes skond il-ħtieġa tal-liġi.
L-Ispetturi l-oħra li jaħdmu fid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta' Mpjieg għandhom l-istess kundizzjonijiet bħal dawk l-Ispetturi msemmija hawn fuq.
4.10.99
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li n-nofsinhar ta' Malta, l-inħawi bħal Raħal Ġdid, Fgura, Tarxien, Marsa, Sta. Luċija, Gudja u l-kumplament tal-Kottonera jinsabu litteralment imniġġsin minn trab iswed fit-toroq u l-bjut tad-djar?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9881 (Seduta 148).
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk huwiex veru li t-tfal li jattendu l-iskola primarja tal-Gudja qed jiġu mġiegħla jixtru materjal skolastiku minn ħanut partikolari u mhux minn oħrajn, speċjalment mis-surmast innifsu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-kap ta' l-iskola u l-għalliema kollha jiċħdu kategorikament dak li qed jiġi allegat f'din il-Mistoqsija Parlamentari.
Jista' l-Ministru jgħid minn Settembru 1998 sa Mejju 1999: 1) kemm-il rapport ġie kkummissjonat mill-Ministeru; 2) f'liema oqsma; 3) min tqabbad iħejji dawn ir-rapporti f'kull każ; 4) kemm tħallsu dawk li ħejjew ir-rapport; 5) kemm hemm rapporti li ġew mitmuma; u 6) x'passi ttieħdu dwar kull rapport li ġie mitmum u mressaq lill-Ministeru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument li jipprovdi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru.
28.7.99
Jista' l-Ministru jgħid x'policy kurrenti qed jaddotta l-Gvern preżenti sabiex xi pazjenti ta' l-Isptar Monte Carmeli jiġu megħjuna sabiex jiġu allokati: 1) post fejn joqogħdu; u 2) post fejn jaħdmu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Awtorita' tad-Djar għandha fis-seħħ ftehim mal-Kummissjoni dwar ir-Riforma fis-Saħħa Mentali, li jipprovdi għall-allokazzjoni ta' ħames (5) residenzi f'lokalitajiet differenti f'Malta. Dawn il-postijiet huma
ntenzjonati għal dawk il-persuni bi problemi mentali li jkunu jistgħu jiġu ntegrati fis-soċjeta'. Anke d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali jipprova jgħin lil din il-kategorija ta' persuni dment li dawn ikunu f'pożizzjoni li jiffirmaw ftehim u jħallsu l-kera.
Dwar l-għajnuna li tingħata lil dawn il-persuni sabiex isibu mpjieg, l-uffiċjali tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ iżommu kuntatt regolari ma l-isptar Monte Carmeli u permezz ta' dan kemm Psikjatri, "Social Workers" u anke "Occupational Therapists" jirreferu pazjenti lill-ETC. Ġaladarba dawn jirreġistraw bħala persuni b'diżabilita' u jirreġistraw għax-xogħol, l-uffiċjali tal-Korporazzjoni li huma responsabbli minn din il-kategorija ta' nies ikunu jistgħu jagħtuhom għajnuna aktar personaliżżata, għajnuna li tiġi msarrfa b'kuntatti personali ma "employers" u bi tħaddim ta' skemi ta' sussidju fuq l-impieg/taħriġ.
L-ETC tipprovdi wkoll opportunitajiet ta' taħriġ għal persuni b'mard mentali.
28.7.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inxtara għad-djar ta' l-anzjani b'sistema diretta b'kwotazzjoni, jew permezz ta' tenders mill-5 ta' Settembru 'l hawn? Tista' l-informazzjoni tiġi mifruda fuq bażi ta' kull dar? Jista'jgħid kemm swew u mingħand min inxtraw l-oġġetti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn, fid-djar eżistenti ta' l-anzjani nxtraw dawn l-oġġetti bi kkwotazzjoni.
DAR TA' L-ANZJANI SUPPLIER OĠĠETT VALUR
Lm
Msida Michael Balzan Telephone System 598
Gzira Alex Mercieca Audio Video System 345
28.7.99
Veru li t-tfal li kienu jattendu Form 3, f'St. Joseph Junior Lyceum, Kordin, Raħal Ġdid tant tilfu lezzjonijiet tal-fiżika matul is-sena li se jkollhom jiddaħlu fis-sajf waqt il-vaganzi biex jagħmlu tajjeb għal dak li tilfu? Jekk fl-affermattiv, x'kienet ir-raġuni li tħalliet tiżviluppa din is-sitwazzjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-lezzjonijiet imsemmija qed jingħataw fuq inizjattiva tal-Kunsill ta' l-Iskola li ħass li kellu jieħu dan il-pass minħabba li l-istudenti tilfu xi lezzjonijiet matul is-sena minħabba li l-għalliem kien marid.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn żgħażagħ li jaħdmu fid-diversi oqsma ta' l-ekonomija? Tista' din l-informazzjoni tingħata fi breakdown skond: 1) l-eta'; 2) il-gender; u 3) il-marital status?
Għal dak li għandu x'jaqsam mal-beach cleaning section, jista' l-Ministru jispjega għalfejn filwaqt li l-foremen jingħataw allowance tax-xogħol li jagħmlu fil-weekends, dawk li jaqgħu taħthom mill-acting supervisors 'l isfel jingħataw sempliċement time-off-in-lieu?
Response (REFALO, MICHAEL)
Jien infurmat li s-sistema ilha titħaddem għal dawn l-aħħar snin għaliex l-esiġenzi tas-servizz ma jippermettux li l-'foreman' (technical officers) jingħataw 'time-off-in-lieu' għal xogħol fil-'weekends', b'riżultat li minħabba żieda fil-ġranet ta' btala d-Dipartiment jispiċċa mingħajr numru suffiċjenti ta' 'foremen' għal xi żmien matul is-sena. Kien għalhekk li ntlaħaq ftehim ma' dawn l-uffiċjali biex jieħdu flus bħala kumpens għal xogħol li jsir fil-'weekends'.
Jista' l-Ministru jgħid jekk d'din l-aħħar sena sarux testijiet biex jivverifikaw jekk il-Water Table li tinsab taħt il-Magħtab ġietx kontaminata minħabba l-leaching ta' l-iskart? Il-prodotti agrikoli fl-inħawi tal-Magħtab u f'postijiet oħra fejn jintrema l-iskart qatt jiġu ttestjati għall-kontaminazzjoni bħal dioxin jew għall-kimiki valenużi oħra?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din id-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Peress illi f'risposta parlamentari għall-mistoqsija parlamentari numru 600 intqal li: "Fil-laqgħa tal-Bord tad-Diretturi ta' l-ETC li saret fit-3 ta' Novembru 1998 ġie deċiż li jiżdiedu l-programmi ta' taħriġ li qed jiġu offruti minn - NIFTE iżda dawn iridu jkunu relatati mal-bżonnijiet tal-pajjiż", jista' l-Ministru jagħti lista ta' korsijiet li kienu organizzati mill-amministrazzjoni preċedenti fin-NIFTE u kemm attendew nies għal kull kors? Jista' jagħti lista ta' korsijiet li kienu organizzati mill-5 ta' Settembru 'l hawn u kemm attendew nies għal kull kors?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta' korsijiet li ġew organiżżati fin-NIFTE mill-amministrazzjoni preċedenti u minn Settembru 1998 l'hawn hu kif jidher fit-tabella hawn taħt:
Ta min jgħid li t-tul tal-kors hu ta' sentejn, għalhekk kull kors għadu għaddej.
MAY - SEPT '98 SEPT '98 - JULY '99
DAĦLU DAĦLU
Basic Technical Skills 30 /
Course No. 1
Basic Technical Skills / 34
Course No. 2
Basic Technical Skills / 31
Course No. 3
Laboratory Technicians' / 13
Course
20.7.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw permessi għar-reklamar ta' impjiegi fil-korpi parastatali u liema korpi kienu mill-5 ta' Settembru 'l hawn?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
20.7.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti xahar b'xahar mill-5 ta' Settembru 'l hawn minn anzjani għall-Home Help? Jista' jindika minn liema lokalitajiet ġejjin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata aktar il-quddiem.
20.7.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'kien in-numru ta' nies li fl-aħħar ta' Ġunju kienu qed jirreġistraw fl-ewwel, fit-tieni u tielet parti tar-reġistru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fl-aħħar ta' Mejju 1999, kien hemm 7,301 persuna tirreġistra fuq l-ewwel parti tar-reġistru. 527 fuq it-tieni parti u 738 fuq it-tielet parti.
20.7.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid, għall-perjodu mill-5 ta' Settembru 'l hawn, kemm il-tender ta' valur akbar minn Lm10,000 ġie approvat mill-Ministeru tiegħu, il-valur ta' kull tender, lil min ġie awarded, u n-natura (provista, xogħol, servizz) ta' kull tender?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tipprovdi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru.
20.7.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux veru li fid-djar għall-anzjani ta' l-Imtarfa hemm anzjana li hija MRSH positive li qegħda tkun ta' periklu kemm għall-istaff kif ukoll għal dawk l-anzjani l-oħra li qegħdin ma' ġenba?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jidhirli li l-Onor. Interpellant, bħala tabib, għandu jkun l-ewwel wieħed li jagħraf l-aspett tal-kunfidenzjalita' tas-saħħa ta' kull persuna w għalhekk Mistoqsija bħal din qatt ma missa saret kif saret għaliex tista' tidentifika l-persuna.
Madankollu t-Tweġiba għall-Mistoqsija - LE.
20.7.99
Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistix xi pjan globali għall-Waste Disposal f'Malta? X'sar mill-pjan biex l-iskart jiġi mqassam u riċiklat? X'pjan jew kontrolli għandu l-Gvern biex jiżgura li l-iskart f'postijiet bħal Magħtab ma jikkontaminax il-water table u fl-aħħar jikkontaminaw l-ikel tagħna?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Qed jitħejja pjan nazzjonali għall-immaniġġjar ta' l-iskart. Dan il-pjan hu mistenni li jkun lest sa l-aħħar ta' din is-sena.
Sadanittant, għaddej eżerċizzju f'Pembroke u Marsascala fuq is-separazzjoni "at source" ta' skart mid-djar. Bħala parti minn dan l-eżerċizzju, ħġieġ, karti, plastic u metall qed jinġabru separatament u jittieħdu għar-riċiklaġġ fl-impjant ta' Sant'Antnin. Il-flow ta' l-ilma tal-pjan ta' taħt il-miżbla tal-Magħtab jieħu l-ilma 'l bogħod mill-art. Għalhekk ir-riskju ta' kontaminazzjoni hu wieħed remot.
Jista' l-Ministru jgħid għal kull Health Centre, fejn jingħata s-servizz ta' Ophtalmologist, kemm iridu jistennew il-pazjenti biex jasal l-appuntament? Ma jaħsibx li d-dewmien esaġerat qed jippreġudika s-servizz li qed jingħata u s-saħħa tal-pazjent?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-`next available appointment' fil-ġurnata tal-lum għas-servizz tal-vista ta' l-għajnejn fiċ-Ċentri tas-Saħħa huma hekk:
_________________________________________ _______________________
Floriana 14/12/99
Qormi 29/10/99
Gżira 3/12/99
Paola 29/11/99
Mosta 28/02/2000 (Iżda baqa' session fil-ġimgħa ta' 30 appuntament vojta kull waħda minħabba li din il-ġimgħa rritornat għax-xogħol Opthalmologist li kienet sick leave fit-tul).
_______________________________________ _________________________