Legislature:
Category:
Reset
Active:

Fabbriki

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 9948, jista' l-Ministru jekk jogħġbu jirrispondi l-kumplament tad-domanda li għadha ma ġietx risposta, ċioe': (a) kemm ntilfu mpjiegi minn dawk il-fabbriki li għalqu; u (b) kemm inħolqu mpjiegi minn dawk il-fabbriku li nfetħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u risposta tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #10235 Sitting 153 1999-10-12 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għall-Ambjent

Ambjent — Ħarsien ta' l-Ambjent

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 9881, jista' l-Ministru jgħid x'kien ir-riżultat ta' l-istħarriġ li għamel id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent? X'kienet il-kompożizzjoni kimika ta' dan it-trab iswed? Billi qatt ma nistgħu nkunu prematuri fil-miżuri preventivi li jistgħu jittieħdu f'dak li jirrigwarda l-ħarsien tas-saħħa tal-Maltin kollha, jista' l-Ministru jirrispondi din id-domanda? Jista' l-Ministru jagħti garanzija li dan it-trab l-iswed li qiegħed jiksi l-households tan-nofsinhar ta' Malta mhux qed ikun ta' dannu mediku għas-saħħet ir-residenti ta' dawn l-inħawi tal-gżejjer Maltin?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-istħarriġ indikat mill-Onorevoli Interpellant għadu għaddej. Rigward kwestjoni ta' saħħa, l-Onorevoli Interpellant għandu jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Kummissjoni għar-Riforma fil-Welfare

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid minn mindu ġiet imwaqqfa l-kummissjoni għar-riforma fil-Welfare, kemm-il darba iltaqgħet? X'kienu l-punti diskussi u x'kienu r-rakkmandazzjonijiet ippreżentati lil gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta għal din il-Mistoqsija ingħatat f'Seduta 151 Mistoqsija Nru. 10009.

Dipartiment ta' Sigurta' Soċjali — Koperattivi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 7967 li kienet saret fil-15/6/99 u li kienet tgħid hekk: Kemm-il koperattiva hemm reġistrati bħalissa mad-dipartiment? Liema huma? Kemm iħaddmu nies individwalment? X'għajnuna toffri l-KIP lil dawn il-koperattivi u kemm ilhom jiġu pprovduti dawn is-servizzi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta għal il-Mistoqsija Parlamentari Nru. 7967 diga' ingħatat f'Seduta 151.

Bormla — Dar ta' l-anzjani

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm bibien fid-dar ta' l-anzjani ta' Bormla u jgħid jekk hux minnu li kien hemm uħud minn dawn il-bibien li ma kenux wesgħin biżżejjed sabiex ikun jista' jgħaddi wheelchair minnhom? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il bieb ġie imwessa'? Kemm sewa lill-poplu Malti dan l-iżball, u min sejjer jinżamm responsabbli tiegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Id-Dar tal-Anzjani f'Bormla għandha aktar minn 260 bieb. Minn dawn, il-koxox ta' 4 bibien kellhom jiġu mwessa' sabiex ikun hemm aktar kumdita' għal min jgħaddi minnhom, anke dawk li jkunu b'"wheel chair". Dan hekk imsejjaħ 'żball' sar fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti.

Employment and Industrial Relations Dept. — Inspectors

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm inspectors jaħdmu fl-Employment and Industrial Relations Department fl-1997, 1998 u issa fl-1999?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' spetturi impjegati mad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impieg, li jaħdmu fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol, mill-1997 'l hawn kien konsistentament ta' erbgħa.

Korpi parastatali — Permessi għar-reklamar

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw permessi għar-reklamar ta' mpjiegi fil-korpi parastatali u liema korpi kienu, mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI REKLAMAR TA' MPIEGI BEJN IL-5 TA' SETTEMBRU 1998 'L HAWN KORPI PARASTATALI NUMRU TA' PERMESSI Korporazzjoni Mpiegi u Taħriġ 2 Programm Ħidma Soċjali 4 Sedqa 7 Awtorita' tad-Djar 1 Awtorita' Nazzjonali ta' l-Impiegi NIL Kummissjoni għall-Promozzjoni tal-Ħarsien tas-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol NIL

Anzjani — Sptarijiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm residenti bħalissa fl-isptarijiet ta' l-anzjani u fil-kumplament tad-djar residenzjali ta' l-anzjani? Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti sabiex jiddaħħlu anzjani: (a) fl-SVPR; u (b) fil-kumplament tad-djar ta' l-anzjani?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Bħalissa fir-Residenza San Vinċenz hemm 1,008 residenti, filwaqt li hemm ukoll 365 residenti fid-Djar ta' l-Anzjani. Bħalissa hemm 534 applikazzjoni pendenti sabiex anzjani jidħlu fir-Residenza San Vinċenz u hemm ukoll 717 applikazzjoni pendenti sabiex anzjani jidħlu f'xi Dar ta' l-Anzjani.

Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali — Koperattivi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il koperattiva hemm irreġistrati mad-dipartiment? Liema huma waħda waħda? Kemm iħaddmu nies kull waħda minnhom? X'għajnuna toffri l-KIP lil dawn il-koperattivi u kemm ilhom jiġu pprovduti dawn is-servizzi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor. interpellant li: (a) Preżentament hemm disgħa u tletin koperattiva li huma reġistrati mal-Bord tal-Koperattivi. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-koperattivi reġistrati, flimkien ma' tagħrif dwar kemm għandhom membri u mpjegati. (b) Il-Bord tal-Koperattivi ma għandux records ta' servizzi li l-KIP toffri lill-Koperattivi peress li din hija kkunsidrata bħala attivita' kummerċjali u għaldaqstant kunfidenzjali għall-koperattiva.

ETC — Persuni li sabu mpjieg

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm nies li hemm qiegħda u li għandhom 'il fuq minn 40 sena sabu mpjieg bl-għajnuna ta' l-ETC? F'liema settur sabu mpjieg? Kemm kienu ilhom qiegħda u x'kien il-livell ta' skola tagħhom? Tista' l-informazzjoni tingħata sena b'sena għal dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. Qabel 1995 l-informazzjoni ma kenitx kompjuteriżżata għalhekk ma għandniex informazzjoni.

Anzjani — Home Help

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti xahar b'xahar mill-5 ta' Settembru 'l hawn minn anzjani għall-Home Help? Jista' jindika minn liema lokalitajiet ġejjin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Minn total ta' 281 applikazzjoni li daħlu mill-5 ta' Settembru , 1999 l-hawn, 10 biss għadhom pendenti. Dawn kienu minn dawn il-lokalitajiet: San Ġiljan 1 Siġġiewi 1 San Ġwann 1 Msida 1 Attard 2 Naxxar 1 Mosta 1 Mellieħa 1 M'Scala 1

Għajnuna soċjali — Children's allowance

Question

Rigward iċ-children's allowance, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid: (1) kemm ibbenefikaw familji mill-iskema l-ġdida tal-budget ta' sena ilu li tirrigwardja ċ-children's allowance għall-familji li għandhom dħul ta' bejn Lm10,000 u Lm13,000 u fl-istess ħin għandhom ħamest itfal? (2) Kemm hawn familji b'kollox li qed jieħdu xi forma ta' children's allowance? Jista' jagħti ċ-ċifra għal dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena? (3) Kemm hawn tfal li qed jieħdu children's allowance? Jista' l-Ministru jagħti ċ-ċifri għal dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena? (4) Kemm hija n-nefqa s'issa għal din is-sena rikorrenti fuq iċ-children's allowance? Kemm kienet in-nefqa għall-istess perijodu fit-tliet snin ta' qabel ukoll?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni kif mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif jidher aktar 'l isfel. 1. Sa l-aħħar pagament li sar fit-2 ta' Ottubru jidher li kien hemm erba' (4) familji li kellhom dħul ta' aktar minn Lm10,270 iżda anqas minn Lm13,270 li kkwalifikaw għall-Allowance permezz ta' l-emendi li saru għall-Att dwar is-Sigurta' Soċjali wara l-aħħar budget. 2. u 3. Fir-rigward tat-tieni u t-tielet punt tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari numru W92 fejn l-informazzjoni mitluba hija rigward l-aħħar ħames snin. Mhux possibbli li tinġabar informazzjoni mis-sistema tal-kompjuter rigward familji li kienu jitħallsu qabel dan il-perjodu. 3. In-nefqa s'issa għal din is-sena rikorrenti fuq iċ-Ċhildren's Allowance hi ta' Lm18,278,298. Rigward in-nefqa għall-aħħar tlett snin, nitolbok tara r-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari numru W92.

ETC — Reġistrazzjoni

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'kien in-numru ta' nies li fl-aħħar ta' Settembru kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fl-ewwel, fit-tieni u fit-tielet parti tar-reġistru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Iċ-ċifri ta' Settembru jiġu pubblikati mill-Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika fiż-żmien opportun. Fl-aħħar ta' Awissu 1999, in-numru ta' nies li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel, it-tieni u t-tielet parti tar-reġistru kien ta' 8,126, 614, u 742 rispettivament.

EU — ETC - Impjiegi

Question

Fid-dawl tad-dikjarazzjonijiet tal-gvern li jekk Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea se jinħolqu opportunitajiet ġodda ta' impjiegi, jista'l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-gvern ikkummissjonax jew se jikkummissjona rapport jew rapporti/studji fuq dan ir-rigward mill-ETC? Jista'l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li titwaqqaf sezzjoni speċjalizzata fi ħdan l-ETC fuq din il-materja hekk importanti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Onor. Membru hu mitluba jara t-Tweġiba li jiena tajt għal Mistoqsija 9333.

VRT

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-garaxxijiet/kumpanniji li huma liċenzjati li jagħmlu l-Vehicle Roadworthiness test? Jista' l-Ministru jara li tintbagħat din il-lista lis-sid tal-vettura meta dan tintbagħtlu r-reminder sabiex iħallas il-liċenzja tal-vettura?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-lista ta' dawk it-Testing Stations li huma illiċenzjati biex jagħmlu l-Vehicle Roadworthiness Test hija kif ġejja:- Gasan Enterprises Ltd 363, Rue D'Argens Gżira Car Clinic 26, Gżira Road, Gżira Chas Ltd 102, Industrial Zone, Ħal-Far Techno Garage Ltd Fort Street, Mosta VRT Services Ltd 35, Valletta Road, Qormi The Test Lane 38, Mdina Road, Qormi Tony's Auto Parts and Services 19, Romano Perellos Str,St Paul's Bay Cartech Ltd Triq Loreto Cutajar, Zebbug-Malta Pulitu Garage Triq San Leonardu, Victoria, Gozo Id-Dipartiment tal-Liċenzji, perjodikament qed jippubblika l-ismijiet ta' dawk it-Testing Stations li, minn żmien għal żmien qed jiġu awtorizzati biex jagħmlu it-testijiet biex jiċċertifikaw li vettura hija tajba għat-triq. Billi għadhom qed jiġu ipproċessati applikazzjonijiet għal-Testing Stations, id-Dipartiment ħass li kienet ser issir diskriminazzjoni ma dawk l-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom ma' tkunx għadha ġiet aċċettata meta jkunu qed jintbagħtu l-avviżi għat-testijiet.
Leg 9 PQ #9947 Sitting 149 1999-10-05 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Tobba

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuwa n-numru ta' tobba li huwa kkonsidrat adegwat sabiex jintlaħaq il-full complement fis-servizz primarju fil-komunita'? Kemm hemm tobba li qed jaħdmu f'dan is-servizz fil-preżent?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' tobba li jikkostitwixxi il-full complement fis-servizz tal-kura primarja fil-komunita' huwa 104. Fil-preżent hemm 83 tabib full-time f'dan is-servizz.
Leg 9 PQ #9948 Sitting 149 1999-10-05 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Fabbriki

Question

Jista'l-Ministru jgħid kemm għalqu fabbriki mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn? Liema kienu u kemm kienu jħaddmu nies? Fl-istess perijodu kemm ġew miftuħa fabbriki ġodda u kemm iħaddmu nies?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul il-perjodu msemmi għalqu ħames fabbriki u fetħu ħdax. Minħabba d-dispożizzjonijiet dwar kunfidenzjalita kontemplati fl-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali, mhux possibbli li jingħata t-tagħrif mitlub dwar ismijiet ta' fabbriki. Nissuġġerixxi li l-aħħar parti tal-Mistoqsija ssir lill-Ministru kkonċernat.

Awtorita' Nazzjonali tax-Xogħol — Appelli

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm appelli quddiem l-Awtorita' Nazzjonali tax-Xogħol fix-xhur Ġunju, Lulju u Awissu? Kemm minnhom ġew maqtugħa mir-reġistrar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

APPELLI QUDDIEM L-AWTORITA' NAZZJONALI TAX-XOGĦOL f'Ġunju 1999 daħlu 44 appell f'Lulju 1999 daħlu 61 appell f'Awissu 1999 daħlu 46 appell Total 151 appell Ġew maqtugħa minnhom: mir-reġistrar: Ġunju 25 Lulju 37 Awissu 26 TOTAL 88 4.10.99

Employment and Industrial Relations Dept. — Spezzjonijiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru inspections mill-Employment and Industrial Relations Department (Dept. of Labour) matul ix-xhur Ġunju, Lulju u Awissu? Jista' jagħti ċ-ċifri għall-istess perjodu ta' tliet xhur għas-snin 1997 u 1998 ukoll?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jiena nfurmat li matul is-sena 1999 l-impjegati tad-Dipartiment ta' Relazzjonijiet Industrijali u ta' Mpjieg wettqu spezzjonijiet kif ġej: f'Ġunju - 66 f'Lulju - 64 f'Awissu - 54 Għall-istess xhur fl-1997 u 1998, jien infurmat li l-ispetturi fid-Dipartiment tax-Xogħol, għamlu average ta' 235 spezzjoni kull xahar fl-1997, filwaqt li għall-istess żmien fl-1998 għamlu 66 spezzjoni kull xahar. 4.10.99