Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' ma' l-Għaqda Nazzjonali tal-Pensjonanti mill-5 ta' Settembru 'l hawn u x'kienu d-dati ta' meta ltaqgħu? B'riferenza għar-riżoluzzjoni maħruġa waqt il-konferenza ġenerali annwali ta' l-Għaqda Nazzjonali tal-Pensjonanti, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk fil-budget li jmiss hux se jilqa' t-talba ta' l-għaqda fejn dawn talbu li: "jibdew diskussjonijiet minnufih sabiex pensjonati jieħdu ż-żidied li jistħoqqilhom wara l-ftehim kollettiv għas-Servizz Pubbliku"?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Mill-5 ta' Settembru 1998 sallum saru erba' laqgħat li fihom ġew diskussi diversi suġġetti ta' interess għal Għaqda Nazzjonali tal-Pensjonanti. Isiru ħafna talbiet lil dan il-Ministeru. Dawn jiġu evalwati fid-dawl tal-prijoritajiet u l-eżiġenzi tal-pajjiż.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10770 jista' l-Ministru jgħid kemm persuni nqatgħu mir-reġistru tal-qgħad xahar b'xahar minn Settembru 'l hawn fil-ħames kategoriji li semma huwa stess fit-tweġiba tiegħu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex ikkommissjonat xi studju dwar l-impatt soċjali tal-levies fuq l-għoli jew roħs tal-prezzijiet? Jekk iva, jista' jitqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk ġiex ikkomissjonat xi studju dwar l-eventwalita' li meta prodotti importati jorħsu x'impatt se jħalli fuq kumpanniji li jipproduċu għas-swieq lokali u konsegwentement iħalli impatt negattiv fuq l-qgħad? Jekk ġie kkommissjonat studju, jista' jitqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid, liema huma ż-żewġ day centres li ġew inawgurati mill-amministrazzjoni preżenti? Xi pjanijiet hemm biex fil-futur jiġu miftuħa day centres oħra? Min qed jamministra dawn id-day centres? Min jużahom iħallas xi kontribuzzjoni? Jekk iva, kemm hi din il-kontribuzzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-amministrazzjoni preżenti nawgurat id-Day Centres ta' l-Imtarfa u ta' B'Kara. Dalwaqt ser jinfetaħ Day Centre f'Bormla, u fil-futur hemm ippjanat li jinfetħu Day Centres oħra f'Ħal Luqa, u f'tal-Pieta'. Dawn id-Day Centres huma amministrati temporanjament minn Assistenti Soċjali Każwali.
Min juża d-Day Centres iħallas kontribuzzjoni ta' minn LM1 sa LM2.50 fix-xahar skond kemm il-darba jattendi fid-Day Centre.
Meta biħsiebu l-Gvern iwettaq il-wegħda elettorali tiegħu li għamel lill-pensjonanti tas-servizzi Ingliżi li fil-programm elettorali tagħhom kienu wegħduhom li se jtejjbu l-pensjoni tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba tiegħi dwar dan is-suġġett fil-Mistoqsija Parlamentari numru 6218. Il-posizzjoni tal-Gvern fuq dan is-suġġett hija ċara. Wara li jkollna r-rapport finali tal-Kummissjoni Nazzjonali għar-riforma fil-Welfare nkunu nistgħu naħsbu bis-serjeta' għal futur tas-Sigurta' Soċjali f'pajjiżna wara li jkunu ressqu l-fehmiet tagħhom il-partijiet kollha nvoluti f'dan il-qasam. L-Opposizzjoni wkoll ġiet mistiedna tressaq l-opinjoni tagħha għall-ġid tas-Sigurta' Soċjali f'pajjiżna.
Id-deċiżjoni tal-Gvern li ma jwettaqx il-wegħda elettorali tiegħu u jagħti żieda sħiħa lill-pensjonanti ttieħdet wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni għar-Riforma tal-Welfare? Jekk iva, x'kienu r-rakkmandazzjonijiet tal-kummissjoni rigward dan il-qasam?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kummissjoni Nazzjonali għar-Riforma tal-Welfare għadha ma ressqet l-ebda rakkomandazzjoni lil Gvern dwar il-Welfare u wisq iżjed dwar il-pensjonijiet.
Jista' l-Ministru jgħid min se jkun jista' jitlob lura l-VAT fuq il-petrol u d-diesel, minn meta ġiet applikata din it-taxxa fl-aħħar budget?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-VAT fuq petrol u diesel tista` tintalab lura minn persuni reġistrati li jużaw :
a) Vetturi bil-mutur, bastimenti jew ajruplani bil-għan ta` trasport ta` oġġetti jew passiġġieri b`kumpens.
b) Vetturi bil-mutur li jintużaw minn dik il-persuna bil-għan li jiġu provduti minnha għall-kiri bi driver jew li jiġu wżati fit-tagħlim tas-sewqan, sakemm dawn jiġu hekk użati, f`kull każ, fil-kors normali ta` l-attivita` ekonomika ta` dik il-persuna.
c) Vetturi bil-mutur li jkunu maħsuba primarjament għall-ġarr ta` oġġetti b`postijiet biex jiġu okkupati ħdejn ix-xufier biss u li normalment ma jkunux xierqa għat-trasport tal-passiġieri, jew b`aktar minn disa` postijiet biex jiġu okkupati.
Jista' l-Viċi Prim MInistru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti ta': (1) Mr R. Laurenti ma' l-ETC li l-kuntratt tiegħu ġie tterminat b'effett mill-1 ta' Jannar 2000; u (2) is-CEO designate (Mr John Camilleri)?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid minn meta s-Sur Robert Laurenti, ta' l-ETC, ħareġ bil-leave sabiex ikun jista' jikkonsma l-leave li kien għad baqagħlu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Sur Laurenti ħareġ bil-leave minn nhar il-11 ta' Ottubru 1999.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk kenitx ġiet ippubblikata white paper fuq NGOs fl-1993? Meta hemm il-ħsieb li din il-white paper tgħaddi mill-Parlament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ma jidhirlix li fl-1993 kienet ġiet ippublikata xi "white paper" dwar l-NGOs. Aktar tard iżda, fl-1995, kien tħejja abbozz ta' Att dwar Għaqdiet Volontarji (Voluntary Organisations Act). Jidher li din l-inizjattiva ma ġietx segwita taħt l-Amministrazzjoni preċedenti.
Aktar kmieni din is-sena jiena ħtart grupp ta' tliet esperti sabiex jevalwa dak li diġa' kien sar u sabiex jipprepara abbozz ġdid. Hu ttamat li dan l-abbozz ikun jista' jiġi ppreżentat lill-Parlament matul is-sena d-dieħla.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb jew pjanijiet biex tiġi fformata legal unit li tkun responsabbli għall-immaniġġjar u superviżjoni tal-liġi għall-opportuntajiet indaqs?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' diġa' bdiet taħdem biex ikollha l-infrastruttura neċessarja biex hi tkun tista' twettaq l-obbligi li joħorġu mill-Liġi dwar Opportunitajiet Indaqs (Persuni b'Diżabilita').
Għal dan il-għan is-segretarjat tal-Kummissjoni appuntat persuna full-time u li hi stess għandha diżabilita' biex tikkoordina din il-ħidma. Barra minnhekk il-Kummissjoni dehrilha li jkun aktar għaqli li tixtri servizzi ta' tim professjonali skond il-bżonn milli servizzi ta' avukat biss. Għalhekk wara sejħa pubblika, ntgħażel tim professjonali biex jgħin lis-segretarjat tal-kummissjoni f'din il-ħidma li barra avukat jinkludi wkoll perit, psikoloġista, konsulent finanzjarji u professjonisti oħra skond il-bżonn. Dan l-arranġament hu għal sena u l-Kummissjoni tirrevedi s-sitwazzjoni skond l-esperjenza miksuba.
Residential Services for People with disabilities — Rapport
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma jekk ikkummissjonax rapport fuq Residential Services for people with disabilities? Jekk iva, jista' jpoġġi dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' kienet ġiet mitluba biex tagħmel rapport dwar is-servizzi residenzjali għall-persuni b'diżabilita' fil-komunita'. Il-Kummissjoni talbet l-għajnuna tal-Management Efficiency Unit biex iħejji dan ir-rapport flimkien magħha.
Dan ir-rapport tlesta u ġie ppreżentat mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' lili u lill-pubbliku ġenerali waqt konferenza stampa li saret fis-6 ta' Lulju 1999.
Ma' din it-Tweġiba qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport inkluż l-appendiċi li hemm miegħu.
Jista' l-Viċi Prim Mnistru jgħidilna x'tip ta' support ipprovda l-Ministeru għas-Sign Language Research Project?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Ministeru għall-Politika Soċjali premezz ta' Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' hu kommess li jgħin fil-Proġett ta' Riċerka dwar il-Lingwa tas-Sinjali Maltija. Dan il-proġett hu mmexxi mill-Fondazzjoni Żvilupp tal-Lingwa tas-Sinjali Maltija li hi komposta mill-oqsma kollha involuti f'dan il-qasam li huma l-iskola speċjali Helen Keller għall-persuni neqsin mis-smigħ, l-Istitut tal-Lingwistika tal-Universita' ta' Malta, l-Għaqda Persuni Neqsin mis-Smigħ (Malta) u l-Gozo Association for the Deaf.
L-għajnuna li l-Kummissjoni qed tagħti lil din il-Fondazzjoni tikkonsisti filli:
(a) saret talba li ġiet aċċettata lill-Ministeru għall-Ambjent, biex uffiċċjal tiegħu, li hu stess għandu nuqqas ta' smigħ u juża din il-lingwa, jagħmel żewġ nofs ta' nhari fil-ġimgħa xogħol fuq din ir-riċerka. Hu qed jagħmel dan ix-xogħol taħt is-supervizzjoni tad-Direttur tal-Istitut tal-Lingwistika tal-Universita' ta' Malta.
(b) pprovdiet "computer station" armat b'dak kollu li hemm bżonn biex dan l-uffiċċjal jkun jista' jagħmel din il-ħidma mill-uffiċċini tal-Kummissjoni stess.
Barra minn hekk din is-sena, il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' permess tal-Programm għall-Edukazzjoni Kontinwa, Taħriġ U Riċerka (PEKTUR) kompla bid-deċiżjoni li kienet ittieħdet fl-1998 li joffri l-fondi neċessarji biex jiġi ppubblikat il-ktieb "Support to Mainstreamed Deaf Students". Fil-fatt dan il-ktieb issa ġie ppubblikat u l-Kummissjoni ser tgħaddi l-fondi miftiehma. F'dan il-ktieb hemm sessjoni dwar il-Lingwa tas-Sinjali Maltija li hemm il-ħsieb li titkabbar ħalli jiġi żviluppat dizzjonarju tal-Lingwa tas-Sinjali Maltija. Kopja ta' dan il-ktieb qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk ikkummissjonax xi studju fil-qasam tal-ġerontoloġija biex b'hekk ikun up-to-date mal-bżonnijiet ta' l-anzjani llum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Anzjani flimkien mal-Management Efficiency Unit preżentament għaddej bi studju biex jiġu mifhuma aħjar il- bżonnijiet u x-xewqat sew ta' dawk l-anzjani li qed jirċievu xi servizz minn dawk mogħtija mid-Dipartiment kif ukoll ta' anzjani li m'humiex jibbenefikaw minn ebda servizz.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm pensjonanti li kellhom jirċievu l-pensjoni mid-dipartiment (pensjoni kontributorja) fix-xahar ta' Novembru u ma rċevewiex? Meta sejrin jirċevuha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jispjega kif wara li ġie allokat Lm700,000 għal sussidji fuq l-iskemi ta' l-Awtorita' tad-Djar, skond ir-rapport finanzjarju ta' l-istess awtorita' paġna 33, intnefaq biss inqas minn nofs dan is-sussidju Lm303,719?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Kif jirriżulta minn rapport ta' l-Awtorita' tad-Djar, l-Awtorita' approvat sussidju li jlaħħaq is-somma ta' Lm400,651, li minnhom Lm303,719 tħallsu wara li l-applikanti ssottomettew il-kontijiet għall-ħlas. Barra minn hekk, baqa diversi applikazzjonijiet li qegħdin jiġu proċessati u jekk jikkwalifikaw taħt l-iskema relattiva isir il-ħlas fis-sena finanzjarja 1999/2000.
Jista' l-Ministru jelenka taħt liema kategorija jaqgħu l-iskemi I,J, K, L, M, N, P, Q, R, S, T, W, X, Y, Z, u skemi 1, 3, 5, 6 u 7? Qiegħed nirriferi għal paġna 32 u 33 tar-rapport finanzjarju ta' l-Awtorita' tad-Djar fejn taħt nefqa kapitali għandek 4 kategoriji u taħt nefqa soċjali hemm ħames kategoriji.
Response (GONZI, LAWRENCE)
1. Skemi X, Y, Z, 5, 6, u 7 tnehdew fit-8 ta' Ottubru 1999 u allura m'humiex inklużi fl-aħħar rapport finanzjarju li jkopri mill-1 ta' Ottubru 1998 sat-30 ta' Settembru 1999.
2. Skemi I - Xiri mill-Inkwilini ta' postijiet tal-Gvern taqa' taħt kategorija D paragrafu 2 - (Dħul minn bejgħ ta' proprejta')
3. Skemi K, P, Q huma fidi ta' ċnus li jaqgħu taħt kategorija D paragrafu 3 (Dħul minn fidi ta' ċnus).
4. Skema J, L, M, N, R, S, T, W huma sussidji mħallsa mill-Awtorita' tad-Djar u jaqgħu taħt kategorija B paragrafu 4 (Vot li jipprovdi fondi għal sussidju fuq ħlas ta' kera, tiswijiet u/jew akkwist ta' residenzi fis-settur privat u għajnuna lill-persuni b'diżabilita' taħt Skemi varji).
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna kemm hemm arretrati tal-bolol dovuti minn individwi, kumpanniji privati, kumpanniji parastatali, kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin?