Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #13578 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Dipartiment tad-Dermatoloġija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura uffiċjali ta' kif jingħataw l-appointments fl-out-patients fid-dermatoloġija? Huwa veru li t-tickets of reference tal-GPs li jkollhom il-pazjenti qed jinġabru mir-receptionists, imbagħad l-appuntament jintbagħat lill-pazjent, u li ġeneralment ikun xhur wara?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li pazjenti li jippreżentaw ruħhom b' Ticket of Referral immarkat Urġenti mit-tabib jinqdew dakinhar stess. It-Tickets of Referral mhux urġenti jivvetjhom Konsulent li jaqsamhom f' erba' kategoriji hekk imsejha `Ta' Rutina',`Ta' Malajr',`Felul' u `Skin Tags'. Pazjenti `Ta' Malajr' narawhom wara ġimgħa. Għall-kategoriji l-oħra hemm `waiting list'. Bħal issa `Felul' jistennew bejn wieħed u ieħor tlett ġimgħat waqt li l-`waiting list' ta' każijiet ta' `Rutina' hija bejn wieħed u ieħor ħames ġimgħat. `Skin Tags' għandhom l-inqas prijorita'.
Leg 9 PQ #13579 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Interim From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Disneyland

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul dawn l-aħħar 15-il ġurnata kemm kien hemm tfal rikoverati f'Disneyland? Kemm hemm konsultenti, nurses (SRNs u SENs) paramediċi u cleaners jaħdmu f'din is-sala? Dawn it-tfal minn liema mard kienu qed isofru?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għada qed tinġabar, risposta tingħata f`seduta oħra.
Leg 9 PQ #13619 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Interim From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Out-patients

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew invistati nies fid-dipartiment ta' l-out-patients ta' l-Isptar San Luqa, sena b'sena matul dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qed tinġabar, risposta tingħata f`seduta oħra.
Leg 9 PQ #13620 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet fl-isptarijiet San Luqa u Karen Grech, fl-operating theatres rispettivi tagħhom, sena b'sena, matul dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment ta` l-informazzjoni fuq is-Saħħa għandu statistika dwar l-operazzjonijiet li saru mill-1995 sal-lum. It-tagħrif li fuqu nħadmet l-istatistika ingħata lid-Dipartiment tal-Medical Records mill-istaff tat-theatres ta` l-Isptar San Luqa (SLH) u l-Isptar Karin Grech (KGH). L-operazzjonijiet skond kull theatre kienu mqassma kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 9 PQ #13621 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti jaħdmu mad-dipartiment tas-saħħa? Kemm ilhom jaħdmu mal-gvern? Kemm minnhom ġew ingaġġati matul dawn l-aħħar sentejn? X'tip ta' kuntratti għandhom u x'salary scales għandhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta` konsulenti li jaħdmu mad-Diviżjoni tas-Saħħa huwa 93. L-informazzjoni mitluba dwarhom hija kif ġej: 87 għandhom ħatra permanenti u ilhom jaħdmu mal-Gvern kif jidher hawn taħt. 1 anqas minn sena 2 tlett snin 1 erba` snin 1 ħames snin 2 sitt snin 1 seba` snin 2 tmien snin 3 disa` snin 3 għaxar snin 6 ħdax il-sena 4 tnax il-sena 6 tlettax il-sena 10 erbatax il-sena 14 ħmistax il-sena 5 sittax il-sena 3 sbatax il-sena 6 tmintax il-sena 2 għoxrin sena 3 tnejn u għoxrin sena 2 erbgħa u għoxrin sena 4 sitta u għoxrin sena 1 tmienja u għoxrin sena 1 disa` u għoxrin sena 1 tletin sena 3 tnejn u tletin sena --- 87 --- 1 qed jaħdem fuq bażi każwali u ilu jaħdem mal-Gvern sena u għaxar xhur. 1 beda jaħdem seba` xhur ilu fuq bażi ta` kuntratt ta` sena, li jista` jiġġedded. 2 barranin li jaħdmu fuq bażi ta` kuntratt ta` sena, li jista` jiġġedded. 1 ilu jaħdem mal-Gvern ħmistax il-sena u l-ieħor tmien snin. L-iskala tas-salarju tal-konsulenti kollha ndikati hawn fuq hija Nru. 4.
Leg 9 PQ #13622 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Nurses

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nurses jaħdmu mad-dipartiment tas-saħħa? Ta' liema kategorija huma? F'liema sptarijiet qed jaħdmu? Kemm hemm nisa u kemm hemm irġiel?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba dwar l-infermiera hija kif ġej: Sptar Sptar Sir Sptar Total San Luqa Paul Boffa Monte Carmeli GRADE Nisa Rġiel Nisa Rġiel Nisa Rġiel Nisa Rġiel Dept Nurs. Manager 4 3 - - - 3 4 6 Deputy Nurs. Off. 18 32 3 2 5 3 26 37 Enrolled Nurse 191 137 2 20 66 80 285 237 Manager Nurs. Serv. - 2 - 1 - 1 0 4 Nursing Officer 20 36 4 6 6 12 30 54 Staff Nurse 207 88 9 3 22 8 238 99 ------------------------------------------------ TOTAL 440 298 44 32 99 107 583 437 ------------------------------------------------ 738 76 206 1020 ------------------------------------------------

Fabbriki — Impjegati

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ħaddiema ngħataw is-sensji minn fabbriki mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn? Kemm ħaddiema sabu xogħol ġo fabbriki ġodda li nfetħu mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' persuni li ngħataw is-sensji u ġew jirreġistraw mill-5 ta' Settembru, 1998 huwa kif ġej: Settembru 1998 163 Ottubru 1998 167 Novembru 1998 153 Diċembru 1998 150 Jannar 1999 228 Frar 1999 159 Marzu 1999 237 April 1999 208 Mejju 1999 149 Ġunju 1999 144 Lulju 1999 157 Awissu 1999 405 Settembru 1999 175 Ottubru 1999 157 Novembru 1999 212 Diċembru 1999 189 TOTAL 3,053 L-ETC ma żżomx informazzjoni dwar liema fabbriki jiftħu u għalhekk it-Tweġiba għall-aħħar parti tal-mistoqsija ma tistax tingħata.
Leg 9 PQ #13109 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Challenge 2000 — Xiri ta' Apparat

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 13028 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li ġiet riferuta lilek u cioe': jista' jgħid kemm tħallsu dawk il-persuni li kienu nvoluti fit-task force taċ-Challenge 2000, iżda li m'humiex impjegati tal-gvern? X'kien l-apparat li nxtara sabiex tmexxiet il-kampnaja 2000? Kien inħareġ tender għal dan l-apparat? Kemm sewa dan l-apparat?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-persuni kollha li kienu nvoluti fit-task force taċ-Challenge 2000 tħallsu b'rati li jvarjaw bejn iż-Lm2 u l-Lm5.50 fis-siegħa (skond jekk ħadmux bil-lejl, fil-festi, eċċ.) kif ġej: ISEM SIEGĦAT 1. R. Xuereb Archer 150.00 2. M. Schembri 150.00 3. M. Ciantar 65.50 4. K. Azzopardi 45.75 5. J. Lia 65.00 6. A. Degabriele 8.50 7. M. Cilia 10.00 8. E. Cilia 54.00 9. J. Micallef 21.75 10. M. Farrugia 44.75 11. R. Attard 8.00 12. C. Abela Monaco 8.00 13. P. Axiaq 62.70 14. R. Hollis 50.00 Informat ukoll li ma nxtara ebda apparat miċ-Challenge 2000 sabiex isir xogħol ta' sorveljar konness maċ-Ċentru tal-Kontroll f'Ħal-Luqa. Fl-aħħarnett infurmat li l-apparat kollu li ntuża kien misluf mid-dipartimenti u entitajiet li iffurmaw parti mill-pjan ta' sorveljanza, u fil-fatt dan l-istess apparat diġa' ntbagħat lura fid-Dipartimenti konċernati.

Fabbriki

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 9948 fejn il-Ministru kien qal li għalqu ħames fabbbriki u fetħu 11, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienu jimpjegaw nies dawk il-ħames fabbriki li għalqu u kemm qed jimpjegaw nies il-11-il fabbrika li fetħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni tingħata f'xi Seduta oħra.

Djar — Allokazzjoni ta' djar

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew allokati appartamenti b'kera mid-dipartiment tal-housing soċjali mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn? Kemm se jitlestew appartamenti ġodda li jistgħu jinkrew fis-sena 2000?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali alloka 245 appartament b'kera mill-5 ta' Settembru 1998 sas-27 ta' Jannar 2000. Huwa ppjanat li għall-aħħar ta' Marzu ta' din is-sena għandhom jinħarġu għall-kiri ħamsin post u li postijiet oħra għandhom jinħarġu għall-kiri aktar tard din is-sena. Irrid ngħid iżda li l-aħħar sejħiet għall-applikazzjonijiet għall-kiri ta' postijiet vojta ta' l-Awtorita' tad-Djar kienu ħarġu fid-29 ta' Lulju 1996 u s-6 ta' Settembru ta' dik is-sena.

Djar — Furjana - Riccardo Cesare

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'kienu d-diffikultajiet li kellu l-Gvern Nazzjonalista meta ddeċieda li ma jwaqqgħax il-blokk ta' flats fejn kien joqgħod is-Sur Riccardo Cesare fil-Furjana? Jista' jgħidilna l-file number ta' dawk l-inkwilini f'dan il-blokk li rrifjutaw post alternattiv?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni tingħata f'xi Seduta oħra.

Ministeru tal-Politika Soċjali — Riżenja

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta' mpjieg tal-persuna li ddettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, qabel ma kien irriżenja mill-post tax-xogħol tiegħu madwar sentejn ilu? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta' l-impjieg ġdid ta' l-imsemmija persuna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra iż-żewġ dokumenti mitluba mill-Onor. Membru, jiġifieri: (i) kopja tal-kuntratt tal-persuna msemmija meta kienet impjegata mal-Aġenzija Sedqa; (ii) kopja tal-kuntratt tal-persuna msemmija fil-kariga ġdida tagħha mal-Programm Ħidma Soċjali (SWDP). Dan il-kuntratt huwa ffirmat mill-persuna msemmija u mill-President tal-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali.

Djar — Akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid, meta familja tkun qed tgħix f'post ikkundannat u li jkun tal-privat u din il-familja tapplika għall-akkomodazzjoni alternattiva għand il-housing, x'metodi ta' selezzjoni jintuża sabiex dawn in-nies ma jibqgħux jissugraw ħajjithom u jinħarġu minn ġo dan l-istat ta' miżerja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Kull persuna li tapplika għall-akkomodazzjoni alternattiva mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali tkun mitluba tiddikjara jekk il-post li qed tgħix fih huwiex perikoluż jew le. Dan isir sabiex id-Dipartiment ikun jista jevalwa kull każ ippreżentat quddiemu. Ovvjament kull dikjarazzjoni tkun riflessa f'punti li fl-aħħar mill-aħħar huma wieħed mill-fatturi prinċipali ta' kull allokazzjoni. Biss, irrid nenfasiżża li s-sid biss għandu r-responsabilita' tal-periklu li jkun fih il-post. Dan iffisser li l-inkwilini għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jassiguraw li s-sid ineħħi l-periklu mill-post li jabitaw fih.

Djar — Akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta post tal-gvern ikun diġa' ġie kkundannat u fih qed jabitaw in-nies, x'inhi l-politika tal-gvern f'dawn il-każi? Il-gvern huwa kommess li tinstab akkomodazzjoni alternattiva biex jinstab post alternattiv immedjatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Postijiet tal-Gvern li jiġrilhom ħsara waqt li jkunu mikrija jiġu msewwija mid-Dipartiment ta' Bini u Tiswija ta' Djar. Ġeneralment il-periklu jitneħħa mingħajr bżonn ta' akkomodazzjoni alternattiva.
Leg 9 PQ #13028 Sitting 225 2000-01-24 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Challenge 2000 — Xiri ta' apparat

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm tħallsu dawk il-persuni li kienu nvoluti fit-Task force taċ-Challenge 2000, iżda li m'humiex impjegati tal-gvern? X'kien l-apparat li nxtara sabiex tmexxiet il-kampanja 2000? Kien inħareġ tender għal dan l-apparat? Kemm sewa dan l-apparat?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni.

Pensjonanti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-reazzjoni tiegħu għall-kliem iebes fl-editorjal tan-Newsletter "il-Pensjonant" fejn il-pensjonanti jikkritikaw bl-aħrax l-għaġir tal-Gvern fil-konfront tagħhom? Il-Gvern Nazzjonalista beħsiebu jwettaq il-wegħda elettorali li għamel f'dan il-qasam, u jekk fl-affermattiv meta, ċioe' li jingħataw iż-żidiet sħaħ fil-pensjonijiet u jekk hux beħsiebu jkompli jċaħħad lill-pensjonanti milli jieħdu iż-żidiet li jinħarġu fil-collective agreement (billi minflok tingħata lump sum payment biss)?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nassigura lill-Onor. Interpellant li l-Gvern Nazzjonalista jilqa' kull kritika kostruttiva li jsirlu bi spirtu ta' djalogu. Fir-rigward tal-pensjonijiet naħseb li diġa' spjegajt fit-tul dwar il-Politika tal-Gvern f'dan il-qasam fit-tweġibiet li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numri 6218 u 12069. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija ta' l-Onor. Interpellant huwa tajjeb li nippreċiża li l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali tipprovdi għar-reviżjoni tal-pensjoni fuq il-bażi taż-żiediet li jkun hemm fis-salarju jew paga bażika tal-post li kellu il-pensjonant. Il-"Collective Agreements" isiru bi ftehim wara diskussjonijiet bejn il-Unions li jirrappreżentaw lill-ħaddiema u min iħaddem. Kif spjegajt diġa', wara li jsir dan il-Ftehim il-Pensjonijiet tas-Sigurta' Soċjali jiġu riveduti mill-ewwel Sibt ta' Jannar ta' kull sena abbażi ta' l-istrutturi ġodda ta' salarji bażiċi nklużi fil-"collective agreement" ġdid. Inżid ngħid li l-istess Liġi ma tippermettix li jittieħed xi ammont li ma jkunx parti ntegrali mill-paga bażika ta' ftehim kollettiv ġdid.

ETC — Is-Sur Laurenti/Is-Sur Camilleri

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jirrispondi d-domanda 11897 li saret iktar minn xahar ilu (fit-3/12/99) u li sas-17/1/2000 għadha ma ġietx risposta? Jista' l-Ministru jispjega għalfejn kien hawn dan id-dewmien kollu meta l-informazzjoni mitluba ma tirrikjediex riċerka partikolari?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Dettalji dwar l-ingaġġ tas-Sur John Camilleri fil-kariga ta' Chief Executive Officer ta' l-ETC diġa' ngħataw fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Nru. 10,637. Dwar id-dokument tal-kuntratt għall-ħatra taċ-Chief Executive Officer il-ġdid, jien infurmat li dan għad irid jiġi ffinaliżżat.

Caritas/Sedqa

Question

Fid-dawl tad-dikjarazzjoni tal-Mons. Victor Grech, direttur tal-Caritas, kif irrapportat fit-Torċa tal-Ħadd 16 ta'Jannar fejn qal "Għadu ma nħoloqx koordinament effettiv bejn il-Caritas u s-Sedqa, flimkien mal-entitajiet kollha li jaħdmu f'dan il-qasam". X'miżuri qed jittieħdu sabiex tiżdied il-kooperazzjoni bejn dawn l-imsemmija entitajiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Is-Sedqa, bħala l-Aġenzija Nazzjonali, taħdem fil-qrib kemm mal-Caritas kif ukoll ma' Aġenziji oħra mhux governattivi. Dan isir fil-qasam tal-Prevenzjoni u tas-Saħħa u Kura, kif ukoll billi toffri taħriġ lil ħaddiema ta' dawn l-Aġenziji. Barra minn hekk, il-Gvern waqqaf il-Kummissjoni Nazzjonali dwar l-Abbuż ta' Droga, Akolħol u Dipendenzi Oħra, li fost x-xogħol ewlieni tagħha, hemm proprju il-koordinament tax-xogħol li jsir mid-diversi aġenziji li jaħdmu fis-settur.

SWDP — Impjegati

Question

Rigward l-SWDP, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk sarux sejħiet għal post ta' CEO ġdid? Kemm u meta saru sejħiet? Min intgħażel u fuq liema kriterji intgħażel? Min kienu l-applikanti l-oħrajn u xi kwalifiki kellhom? Kemm hemm nies jaħdmu ma' l-SWDP u x'inhuma r-renumerazzjonijiet tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qabel ma nħatar iċ-Chief Executive Officer il-ġdid tas-"Social Welfare Development Programme (SWDP), il-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS) kienet ħarġet sejħa pubblika fil-ġurnali lokali bil-permess meħtieġ tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ (ETC). Din is-sejħa kienet ħarġet f'Awwissu tas-sena l-oħra. Kien hemm tlieta u għoxrin (23) applikanti għal din il-pożizzjoni li ovvjament kellhom kwalifiki diversi. Kif diġa' tħabbar pubblikament intgħażel is-Sur Joe Gerada fuq rakkomandazzjoni ta' Bord ta' Għażla maħtur mill-Bord ta' l-imsemmija Fondazzjoni. Is-Sur Gerada għandu kwalifiki u esperjenza kemm maniġerjali kif ukoll fis-'social work' u m'għandhiex dubju li din kienet għażla valida. L-iStaff Complement preżenti ta' l-SWDP huwa kif jidher hawn taħt waqt li l-iskali tas-salarji qed jingħataw fid-dokument li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Chief Executive Officer 1 Deputy Head 1 Secretary 1 Services Manager 1 Administrative Support Workers 9 Messengers 3 Social Workers 38 Community Development Officers 5 Psychology Officers 7 Trainer 1