Legislature:
Category:
Reset
Active:

Impjiegi — Persuni boarded out

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew boarded out persuni u ġew mogħtija pensjoni ta' l-invalidita' matul is-snin 1990 - 1999? Kemm minn dawn il-persuni kienu nisa u rġiel? X'eta' kellhom dawn in-nies?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.

Day centres

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 13551, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min huma l-kuntratturi privati li jipprovdu t-trasport għal day centres għal persuni b'diżabilita' f'Malta u f'Għawdex? Jista' jgħid x'inhu l-valur ta' kull kuntratt ta' trasport li ġie mogħti? Jista' jgħid jekk dawn il-kuntratti nħarġux b'tender jew b'direct order?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-kuntratturi privati li jipprovdu t-trasport għal "day centres" għall-persuni b'diżabilita' f'Malta huma l-Mini Bus Coop Ltd. u l-UBS. L-ewwel ditta għandha l-maġġoranza tal-vjaġġi waqt li t-tieni ditta għandha xi ftit vjaġġi. Ma sar l-ebda kuntratt ma' dawn iż-żewġ ditti. Dawn iż-żewġ ditti ilhom ħafna snin jagħtu dan is-servizz. Is-servizz li dawn iż-żewġ ditti qed jagħtu lid-"day centres" huwa a bażi ta' l-approvazzjoni li l-Ministeru tal-Finanzi kien ta fl-1993 lill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni għal trasport ta' persuni b'diżabilita'. Ir-rati ta' kull "trip" ġew approvati mill-Ministeru tal-Finanzi.

ETC — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex l-Institute of Tourismn Studies impjega watchman li ma kienx qed jirreġistra għax-xogħol meta ma' l-ETC hemm 539 persuni li qed jirreġistraw għal xogħol ta' din ix-xorta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Peress li l-ITS jaqa' taħt id-Dipartiment tat-Turiżmu bħal kull impjieg mad-Dipartimenti tal-Gvern, m'humiex obbligati li jimpjegaw nies li qed jirreġistraw, iżda biżżejjed jagħmlu avviż fuq il-Gazzetta tal-Gvern.
Leg 9 PQ #13619 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Out-patients

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew invistati nies fid-dipartiment ta' l-out-patients ta' l-Isptar San Luqa, sena b'sena matul dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Pazjenti li ġew invistati fid-dipartiment ta' l-Out Patients fl-Isptar San Luqa sena b'sena matul dawn l-aħħar għaxar snin hi hekk: Sena New Cases Follow Ups ___________________________________ 1990 90,586 230,300 1991 81,316 219,562 1992 79,076 226,369 1993 78,404 230,095 1994 79,224 235,870 1995 80,539 234,103 1996 77,790 241,744 1997 75,493 244,956 1998 75,059 249,293 1999 71,140 233,692 ___________________________________

Djar — Kera - Bord

Question

Jista'l-Viċi Prim Ministru jgħid min huma l-membri fuq il-bord li kien twaqqaf fi żmien amministrazzjoni Laburista dwar il-kera? Kemm-il darba ltaqa' dan il-bord? X'kienu r-rakkmandazzjonijiet tiegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta għal din il-Mistoqsija ser tingħata f'xi Seduta oħra.

Tilwiem industrijali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew reġistrati tilwiem industrijali, sena b'sena, matul dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tilwim industrijali, sena b'sena matul dawn l-aħħar għaxar snin kienu kif ġej: 1989 - 68 1990 - 66 1991 - 54 1992 - 43 1993 - 75 1994 - 70 1995 - 61 1996 - 46 1997 - 60 1998 - 72 1999 - 92

ETC — Impjegati

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' l-impjegati kollha ta' l-ETC? Jista' jgħid x'inhi l-paga ta' kull ħaddiem u x'inhuma l-fringe benefits? Jista' jgħid liema huma dawk il-ħaddiema li daħlu jaħdmu fl-ETC mill-5/9/98 'il hawn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru trid ċertu żmien sabiex tinġabar u għalhekk Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Impjiegi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ħaddiema tilfu xogħolhom mill-5/9/98 'il hawn? Jista' jispeċifika f'liema settur kienu jaħdmu dawn il-ħaddiema qabel ma tilfu xogħolhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella ta' kemm ħaddiema tilfu xogħolhom xahar b'xahar minn Settembru 1998 sa tmiem Diċembru 1999 maqsumin f'setturi kif mitluba. Irrid niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor. Membru li din l-istatistika trid tinqara fid-dawl ta' kemm persuni oħra sabu mpjieg fis-setturi konċernati kif ukoll man-numru sostanzjali ta' impjiegi ġodda li nħolqu fis-settur privat matul il-perijodu minn Settembru 1998 sa Diċembru 1999. Parti minn din it-Tweġiba kienet diġa' ġiet imwieġba fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 7561.

Djar — Furjana - Riccardo Cesare

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 13113 fejn ġie mistoqsi x'kienu d-diffikultajiet li kellu l-Gvern Nazzjonalista meta ddeċieda li ma jwaqqgħax il-blokki ta' flats fejn kien joqgħod is-Sur Riccardo Cesare fil-Furjana? Jista' jgħidilna file number ta' dawk l-inkwilini li kienu jgħixu f'dan il-blokk u li rrifjutaw post alternattiv?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta għal din il-Mistoqsija ser tingħata f'xi Seduta oħra.

Servizz Pubbliku — Koperattivi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm xi ħaddiem, f'xi dipartimenti, li wrew ix-xewqa li jiffurmaw koperattivi bejniethom? Jista' jgħid minn liema dipartimenti ġew u jekk it-talba tagħhom ġietx aċċettata? Liema servizz xtaqu joffru permezz tal-koperattivi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lil-Onor. Interpellant li bħalissa jeżistu tlett koperattivi reġistrati tal-Gvern, Dawn huma: 1. Koperattiva tat-Tabelli u Sinjali tat-Traffiku 2. Koperattiva tal-Mastrudaxxi (Dawn jaqgħu taħt id-Dipartiment tas-Servizzi u Manutenzjoni) 3. Koperattiva "Linen Service" Soċjeta' Limitata (Din il-koperattiva taqa' taħt id-Dipartiment tas-Saħħa) Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li hemm talba mid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni li bħalissa d-diskussjonijiet jinsabu fi proċess avvanzat, kif ukoll jeżisti proċess ieħor fi stat preliminari mad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura.

ETC — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti ċ-ċifri tan-nies li bdew jirreġistraw għax-xogħol (part 1) xahar b'xahar mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum u l-irħula li ġejjin minnhom? Kemm minnhom kienu self-employed, raħal b'raħal? Kemm minnhom kienu rġiel 'il fuq minn 45 sena? Kemm minnhom kienu żgħażagħ taħt l-20 sena? Kemm minnhom kienu nisa? Jista' jgħid kemm fadal ħaddiema taħt l-iskema ta' l-awżiljarji? Kemm għandhom salarji fix-xahar? X'se jagħmel il-gvern Nazzjonalista f'dan ir-rigward?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta għal din il-Mistoqsija tingħata f'xi Seduta oħra.

ETC — Watchmen

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni jirreġistraw bħala watchmen ma' l-ETC? Mill-5 ta' Settembru, 1998 kemm ġew impjegati bħala watchman mas-Servizz Pubbliku jew ma' azjendi parastatali u fejn? Fuq liema sistema ntgħażlu dawk li kienu qed jirreġistaw u kemm kien ilhom jirreġistraw qabel ma ntgħażlu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

* In-Numru ta' nies li qed jirreġistraw u li għandhom waħda mill-preferenzi bħala "watchman" huwa ta' 539. (sal-31 ta' Jannar, 2000) * Mill-5 ta' Settembru 1998 sa 31 ta' Jannar 2000, bħala "watchman" ġiet impjegata persuna waħda biss mas-Settur Pubbliku filwaqt li ħadd ma ġie impjegat mal-korpi parastatali. * Din il-persuna ġiet impjegata mal-"Institute of Tourism Studies" u din ma kienitx tirreġistra għax-Xogħol.

Impjiegi — Korrimenti fuq il-post tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati korrimenti fuq il-post tax-xogħol matul is-sena 1999 xahar b'xahar lid-Dipartiment tax-Xogħol fis-settur privat u fis-settur pubbliku? Kemm-il darba tressqu nies il-qorti? Kemm-il darba l-gvern ħa passi dixxiplinarji kontra ħaddiema jew foreman li jaħdmu mal-gvern? Il-foreman ġieli nżamm responsabbli li l-ħaddiema li jkunu taħtu jilbsu l-ilbies protettiv u jieħdu dawk il-miżuri ta' sigurezza adegwata, u jekk fl-affermattiv, f'kemm-il każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #13623 Sitting 236 2000-02-08 Oral · Interim From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Coronary Artery Bypass Grafts

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru coronary artery bypass grafts, sena b'sena, matul dawn l-aħħar għaxar snin, kemm dawk li saru lokalment, kif ukoll dawk il-pazjenti li ġew imsiefra barra minn Malta? Kemm kellhom żmien dawn il-pazjenti, ta' liema sess kienu u jekk kien hemm, kemm minnhom mietu b'komplikazzjonijiet relatati ma' l-istess operazzjoni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni tingħata f`xi seduta oħra.

Istitut Internazzjonali tal-Ġerentoloġija — Twaqqif

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta ġie mwaqqaf u meta għalaq l-Istitut Internazzjonali tal-Ġerentoloġija bħala entita' għaliha? Għal-liema raġuni ġie magħluq? Hemm ħsieb li dan jerġa' jinfetaħ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jekk l-Onor. Interpellant qiegħed jirreferi għall-istitut tal-Ġerontoloġija, nitlobu jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #13637 Sitting 236 2000-02-08 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Swali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm swali fl-Isptar San Luqa b'kollox? Kemm minn dawn jaqgħu taħt id-dixxiplini tal-mediċina, pedjatrija, kirurġija u ġinekoloġija konsekuttivament? Kemm hemm bed capacity għal kull waħda minn dawn id-dixxiplini individwali? Kemm hemm sodod fl-ITU u dan l-ammont għal kemm jista' jiġi mkabbar f'każ ta' xi emerġenza kbira?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat l n-numru ta` fl-Isptar San Luqa huma ta` 37. Minn dawn 9 jagħmlu taħt id-dixxiplina tal-mediċina, 3 taħt il-pedjatrija, 8 taħt il-kirurġija ġenerali u uroloġija, 9 taħt kirurġija speċjalizzata u 7 ta` l-obstetrija u ġinekoloġija. Ma dawn hemm ukoll l-ITU, l-Endoscopy Unit, Day Surgery Unit, u Renal Unit. In-numru tas-sodod allokati, huma:- Swali Numru Mediċina 257 Pedjatrija 64 Kirurġija Ġenerali 229 Kirurġija Speċjalizzata 165 Obstetrija U Ġinekoloġija 149 ITU 13 Endoscopy 15 Renal Unit 24 Day Surgery Unit 16 F`kaz ta` emerġenza kbira, l-ITU jista` b`mod immedjat jiġi estiz għal 20 sodda.

Ministeru għas-Servizzi Soċjali — Karozzi impressed

Question

B'rifernza għall-mistoqsija parlamentari numru 12980, fejn il-Viċi Prim Ministru qal li: "Il-gvern qed jesplora attivament l-aħjar metodu biex ikun jista' jwettaq il-proposta elettorali tiegħu dwar l-impjegati impressed", jista' jgħid meta din il-wegħda se titwettaq? Jista' jgħid jekk ħaddiema oħra każwali li jaħdmu mal-gvern bħal clerk typists se jiġu mpjegati direttament mal-gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Waqt li nerġa' ntenni li l-Gvern qed jesplora l-possibiltajiet f'dan ir-rigward b'mod attiv, m'hinix f'pożizzjoni li nipprovdi data definittiva kif qed jitlob l-Onor. Membru. Dwar il-proposta ta' mpjieg permanenti għal dawk l-impjegati każwali li ilhom mal-Gvern għal żmien twil, anke f'dan il-każ il-Gvern qed jesplora kif din il-proposta tista' titwettaq.

Impjieg — Is-Sur Lawrenti/is-Sur Camilleri

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 11897 li saret xahrejn ilu u li sat-2 ta' Frar kienet għadha ma ġietx risposta? F'din id-domanda staqsjet lill-Ministru biex ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta' l-impjieg tas-Sur Robert Lawrenti. Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-letter of resignation tas-Sur Robert Lawrenti jew, jekk hu l-każ, l-ittra tat-termination of contract ta' l-ETC? Jista' jispjega kif is-Sur Lawrenti ħa tliet xhur leave f'sena waħda?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Minn hawn u ftit ġranet oħra ser inkun f'pożizzjoni li nwieġeb il-Mistoqsija 11897.

Impjiegi — Saħħa/sigurta' fuq il-post tax-xogħol

Question

Fid-dawl ta' l-inċidenti traġiċi li seħħew dan l-aħħar, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi se jieħu biex isaħħaħ l-ispettorat li jieħu ħsieb is-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ir-reklutaġġ ta' spetturi huwa biss wieħed mill-inizjattivi li jittieħdu. L-Onor.Interpellant għandu jkun jaf li kemm il-Ministeru kif wkoll id-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg għandhom programm ta' ħidma, mifrux fuq diversi snin biex ikunu salvagwardati aħjar is-saħħa u s-sigurta' f'kull post tax-xogħol. Fost dawn ta' min wieħed isemmi it-twaqqif ta' Awtorita' għall-Ħarsien tas-Saħħa u s-Sigurta', it-traspożizzjoni tad-Direttivi kollha tal-Unjoni Ewropea li għandhom x'jaqsmu mal-materja, ir-reklutaġġ ta' spetturi u ta' nies bi kwalifiċi speċjaliżżati biex ikunu jistgħu jagħtu servizz f'dan il-qasam. Barra minn hekk, it-Taqsima Saħħa u Sigurta' fuq ix-Xogħol kompliet bil-ħidma tagħha ta' edukazzjoni u ta' informazzjoni, fejn fost affarijiet oħra żammet ir-rwol sinifikanti li kellha fl-organiżżar tal-kors universitarju li jwassal għal Diploma. Irid jingħad ukoll li diġa bdew taħdidiet ma' li Staff Development Organization biex jinbdew sensieliet ta' "lectures" għal ħaddiema tal-Gvern.