Jista' l-Ministru jgħid x'sar mid-diskussjonijiet li kellhom iseħħu dwar tax credits għal ġenituri ta' tfal li jattendu skejjel privati? Meta beħsiebu l-gvern Nazzjonalista jwettaq din il-wegħda elettorali?
Response (GALEA, LOUIS)
Kif diġa' kelli l-opportunita` ngħid fil-pubbliku, f'dawn il-ġimgħat ser ikolli laqgħat mal-partijiet interessati fis-suġġett in kwestjoni.
Jista' l-Ministru jgħid, sena wara sena għal dawn l-aħħar ħames snin, kemm kien hemm fabbriki tan-nar li kellhom liċenzja? Jista' jgħid kemm mietu persuni waqt li kienu qed jaħdmu n-nar, kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej :
Numru ta` 1995 1996 1997 1998 1999
--------- ---- ---- ---- ---- ----
Kmamar tan-nar liċenzjati 38 38 39 39 39
Mwiet waqt ħdim tan-nar 1 xejn 4 xejn xejn
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw annullamenti ċivili fil-qrati Maltin, kull sena għal dawn l-aħħar għaxar snin? Kemm kien hemm żweġijiet, kull sena għal dawn l-aħħar għaxar snin? Minn dawk li ġabu annullament, kemm minnhom reġgħu żżewġu biċ-ċivil?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kawzi ta` annullamenti matul dawn l-aħħar ghaxar snin, sena b`sena, ġew reġistrati kif muri hawn taħt. Pero` mhux possibbli li jinghad jekk l-annullamenti inghatawx billi trid issir riċerka fuq kull kawza.
Fl-1990: 49; fl-1991: 63; fl-1992 67;
fl-1993: 78; fl-1994: 89; fl-1995 17;
fl-1996: 6; fl-1997: 120; fl-1998 64
fl-1999: 75; fl-2000 14
(sal-lum)
Il-kumplament ta` l-informazzjoni mitluba ma tirrigwardax lill-Qorti u ghalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant li jaghmel il-mistoqsija tieghu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm każi, kull sena, fejn anzjani sfaw vittma ta' swat u serq ġo darhom għal dawn l-aħħar għaxar snin? Kemm kien hemm każi kull sena fejn anzjani sfaw maqtula bħala konsegwenza ta' swat u serq ġo darhom, għal dawn l-aħħar għaxar snin? Kemm minn dawn ir-reati ġew solvuti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Mistoqsija Parlamentari Nru. 14299 għandha tintbagħat lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx stħarriġ min-naħa tiegħu fuq l-impatt li se jkollu l-budget fuq il-livell ta' għajxien ta' ħaddiema li jaqilgħu taħt it-Lm8,000? Jekk sar xi rapport, jista' l-Ministru jqiegħed dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bħal ma jsir minn kull Ministru tal-Finanzi waqt il-preparazzjoni tal-Budget, din is-sena wkoll ingħatat konsiderazzjoni tal-impatt li l-miżuri maħsuba fl-istess Budget se jħallu fuq setturi differenti tal-popolazzjoni.
Ser inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra, press hand out li qassamt lill-ġurnalisti fi press conference li tajt fl-24 ta` Frar 2000 f`xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid, minn dawk li huma self-employed kemm minnhom jiddikjaraw Lm5,000 u anqas; Lm8,000 u anqas; Lm10,000 u anqas; Lm15,000 u anqas; Lm20,000 u anqas; u iktar minn Lm20,000?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li dan l-eżerċizzju qiegħed jiġi finalizzat billi qed tiġi verifikata l-informazzjoni. Dalwaqt inkun f`pożizzjoni li ngħati din l-informazjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema bil-paga li jaqilgħu taħt l-Lm4,000; taħt il-Lm5,000; u taħt it-Lm8,000?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mill-125,532 returns tat-taxxa ta` impjegati għas-sena stima 1999 li ġew analizzati s`issa, juru li 77,027 jaqilgħu anqas min 4,000, 17,359 oħra jaqilgħu anqas min 5,000 u 21,053 oħra jaqilgħu anqas min 8,000.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li fit-taqsima tal-garaxx ta'l-Isptar San Luqa bħalissa hemm tlett ambulanzi tat-tip Ford proprju mixtrijin dan l-aħħar, li mhux qed jiġu wżati? Jekk fl-affermattiv, jikkonferma l-Ministru li r-raġuni ewlenija li dawn l-ambulanza mhux qed jintużaw hi għaliex ix-chassis numbers ma jaqblux ma' l-engine numbers? Fil-każ li r-risposta hija fin-negattiv, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma n-numru tax-chassis u engine numbers rispettivi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ġejt infurmat li hemm tlett ambulanzi tat-tip Ford mixtrija dan l-aħħar li mhux qed jiġu użati.
Ir-raġuni ewlenija hija li l-Engine numbers ma jaqblux ma l-export certificate uffiċjali maħruġ mid-dwana Ingliża u għalhekk għad ma ngħatalhomx number plate mill-pulizija lokali. L-importatur intalab biex jieħu passi ħalli dawn jiġu irranġati.
Jista' l-Minsitru jgħid kemm saru testijiet fuq l-urina għat-traċċċi ta droga, xahar b'xahar matul l-aħħar 12-il xahar fuq persuni detenuti fis-sistema Korrettiva ta' Kordin?
Jista' jgħid kemm minn dawn it-testijiet irriżultaw pożittivi? Kemm kien hemm każi ta' pussess ta' droga fost id-detenuti tal-ħabs matul dan l-aħħar 12-il xahar?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant fl-ewwel żewġ partijiet tal-Mistoqsija hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li nġibditli l-attenzjoni dwar it-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 12884 dwar l-istess suġġett. It-tagħrif li ngħata kien ikopri l-perijodu minn Settembru 1998 u Diċembru 1999 u mhux minn Jannar sa Diċembru 1999 kif muri fit-tweġiba msemmija.
Dwar il-kumplament tal-Mistoqsija ninsab infurmat li fl-istess perijodu kien hemm 7 każi meta nstab xi trab suspettuż ġewwa l-Ħabs. F`każ minnhom irriżulta li t-trab kienet eroina, filwaqt li fis-6 każi l-oħra l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
Jista' l-Ministru jgħid kemm twieldu trabi kull sena għal dawn l-aħħar għaxar snin? Kemm minnhom twieldu minn ġenituri miżżewwġin, minn ġenituri separati u minn single mothers?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta` trabi li twieldu f`Malta u f`Għawdex f`dawn l-aħħar għaxar snin hu kif ġej : -
SENA NUMRU
---- -----
1990 6,187
1991 6,469
1992 6,317
1993 6,114
1994 6,022
1995 5,727
1996 5,727
1997 5,387
1998 5,147
1999 4,746
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat li fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilita` ta` dan id-dekasteru ma tinżammx statistika tat-tagħrif hekk kif mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid matul dawn l-aħħar 15-il ġurnata kemm kien hemm tfal rikoverati f'Disneyland? Kemm hemm konsultenti, nurses (SRNs u SENs) paramediċi u cleaners jaħdmu f'din is-sala? Dawn it-tfal minn liema mard kienu qed isofru?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Matul dawn l-aħħar ħmistax-il ġurnata ta' bejn is-sittax ta' Jannar u t-tlieta ta' Frar, kien hemm total ta' mija u tlieta (103) tifel u tifla, bejn ġimgħatejn u l-erbatax-il sena, li ddaħlu fis-sala ta' Disneyland. Dawn it-tfal daħlu fuq bażi akuta jew kronika. Ma' dawn kien hemm ukoll seba' u sebgħin (77) tifel u tifla li daħlu għal ġurnata waħda biss, (i.e. day cases), u li ma nżammux fis-sala matul il-lejl.
Matul dawn l-aħħar ġimgħatejn, id-djanjożi/każijiet li kien hemm ġewwa s-sala Disneyland kienu jinkludu:-
ażma
bronchiolitis
pulmonite
gastroenterite
dijabete
meningococcal disease
kanċer
immune thrombocytopenic purpura
congenital nephrotic syndrome
cerebral palsy
Pierre Robin Syndrome
renal artery stenosis
diżabilita' mentali
aċċessjonijiet
snien imħassra
juvenile chronic arthritis
phenylketonuria
chronic TPN feeding
Hemm erba' konsulenti li jaraw il-pazjenti fis-Sala Disneyland. Hemm ukoll Nursing Offier, Deputy Nursing Officer, Day Nurse u ħames staff nurses, għaxar Enrolled Nurses, ħames Nursing Aides u Ward Clerk.
Dan il-Ward għandu servizz ta' żewġ cleaners kull filgħodu u wieħed wara nofsinhar.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 13906 li oriġinarjament kienet saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jista' jgħid kemm kienu applikaw nies għall-iskema ta' l-irranġar tal-gallariji fil-Kottonera? Kemm ġew aċċettati applikazzjonijiet? Kemm hemm kuntratturi li qed jagħmlu dan ix-xogħol u min huma? Kemm ġew ivvotati flus għal din l-iskema u kemm ġew minfuqa flus s'issa?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta` persuni li applikaw taħt l-iskema għall-irraġnar ta` gallariji fil-Kottonera kien ta` 81 u li dawn l-applikazzjonijiet ġew aċċettati kollha.
Dwar il-parti tal-Mistoqsija li tikkonċerna l-kuntratturi, ninsab infurmat li l-Awtorita` ta` l-Ippjanar mhiex involuta fl-għażla tagħhom peress li l-għażla titħalla f`idejn l-applikanti.
Ninsab infurmat ukoll li l-ammont ta` flus ivvotati għal din l-iskema hu ta` Lm45,000, filwaqt li sat-18 ta` Frar 2000, ġiet minfuqa s-somma ta` Lm9,181.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid lil min hija fdata l-vettura bin-numru TFB461 li hija proprjeta' ta' l-ETC? Jista' jara li din il-vettura tibqa' fuq il-premises wara l-ħin tax-xogħol, speċjalment fil-weekends? Veru li l-persuna konċernata se tikkontesta l-elezzjoni għal kunsill lokali tar-Rabat f'isem il-Partit Nazzjonalista?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-vettura msemmija mill-Onor. Nterpellant mhix vettura tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux veru li fl-ispettorat ta' l-ETC hemm madwar sitt xhur xogħol klerikali b'lura? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jiġġustifika l-fatt li kien hemm ħafna ħaddiema mill-ispettorat li kienu ilhom jingħataw overtime (anke bis-Sibtijiet) minn Settembru 'l hawn?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ix-Xogħol fl-ispettorat ilu jakkumula għal dawn l-aħħar tlett snin, bir-riżultat li ammont konsiderevoli ta' xogħol amministrattiv waqa lura. Fir-rigward ta' l-"overtime", nixtieq ninforma lill Onorevoli Nterpellant illi l-maġġor parti ta' dan l-"overtime" sar mill-ispetturi biex jinvestigaw rapporti ta' ksur ta' liġi. Għalhekk wieħed jista jifhem ir-raġuni għalfejn ix-xogħol amministrattiv li hemm bħalissa tela' għal dan il-livell.
Nassigura lil-Onor. Nterpellant illi kwalunkwe azzjoni li kellha tittiehed knotra dawk il-persuni li b'xi mod kisru l-liġi, speċjalment dawk li jaħdmu u fl-istess waqt jirregistraw għax-xogħol ittieħed b'mod immedjat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jew jidentifika fejn il-liġi preżenti Maltija m'hijiex konformi mal-liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea rigward is-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Att numru VII tal-1994, u r-regolamenti maħruġa taħtu ma jmorrux kontra Direttivi tal-Unjoni Ewropea almenu f'dak li għandhom x'jaqsmu prinċipji ġenerali, inkluż dawk rigward l-applikabbilta', l-iskop u l-oġġettivi tagħhom. Madanakollu, dawn il-liġijiet huma nieqsa minn dettalji tekniċi speċifiċi.
Il-Ministeru, bhal kull Ministeru ieħor, għamel eżerċizzju li fih ġew imqabbla ż-żewġ korpi ta' leġiżlazzjoni. Inbeda wkoll programm biex il-liġi Maltija tiġi konformi wkoll fid-dettall mad-Direttivi tal-Unjoni, tant li diġa' ġew abbozzati diversi regolamenti ġodda.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew allokati appartamenti b'kera mill-26/10/96 sal-5/9/98 mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali (mhux mill-Awtorita' tad-Djar)? Kemm ġew allokati appartamenti mill-istess dipartiment minn 5/9/98 s'issa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Mis-26 ta' Ottubru 1996 sal-5 ta' Settembru 1998 ġew allokati 523 appartament b'kera mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali u mill-5 ta' Settembru 1998 sallum ġew allokati 254 appartament mill-istess Dipartiment.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm bdew korsijiet b'temi ġodda fl-ETC matul ix-xhur ta' Novembru, Diċembru u Jannar? X'kienu dawn il-korsijiet u kemm qed jattendu u kemm qed jattendu nies għalihom?
Kemm hu t-tul ta' kull kors? Kemm qed jattendu nies għal kors tan-NIFTE bħalissa ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Matul ix-xhur ta' Novembru u Diċembru 1999 ma beda l-ebda kors b'temi ġodda.
F'Novembru 1999, fl-Ability Development Centre bdew dawn il-korsijiet:
Getting Through Programme li għalih qed jattendu 6 persuni
Literacy Programme li għaliħ qed jattendu 3 persuni
Electronics/Literacy li għalih qed jattendu 3 persuni.
Dawn il-korsijiet idumu 16 il-ġimgħa kull wieħed u bħalissa għadhom għaddejjin.
F'Jannar 2000 beda il-kors tal-"Core Skills" li għandu tul ta' ġimgħatejn. S'issa l-attendenza kienet hekk:
Data tal-bidu tal-kors Attendew
10 ta' Jannar 27 persuna
24 ta' Jannar 53 persuna
Matul ix-xhur ta' Novembru, Diċembru u Jannar ma beda l-ebda kors tan-Night Institute.
Bħalissa qed jattendu 80 parteċipant għal-korsijiet tan-NIFTE.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienu applikaw nies għall-iskema ta' l-irranġar tal-gallariji fil-Kottonera? Kemm ġew aċċettati applikazzjonijiet? Kemm hemm kuntratturi li qed jagħmlu dan ix-xogħol u min huma? Kemm ġew ivvotati flus għal din l-iskema u kemm ġew minfuqa flus s'issa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nassumi li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-Iskema li ħarġet l-Awtorita' ta' l-Ippjanar. Għalhekk nagħtih parir jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.