Legislature:
Category:
Reset
Active:

Djar — Akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ħarġu djar jew appartamenti b'kera mill-Awtorita' tad-Djar, xahar b'xahar mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Minn Settembru 1998 'l hawn, l-Awtorita' tad-Djar ma ħarġet l-ebda post għal kiri peress li l-aħħar ħarġa għall-postijiet tal-kiri kienet fis-6 ta' Settembru 1996.
Leg 9 PQ #16090 Sitting 292 2000-05-15 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Pagi tal-ħaddiema

Question

Rigward il-ftehim kollettiv tal-ħaddiema tal-gvern, Section 5.2, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk ġewx konklużi t-taħdidiet dwar l-istess ftehim rigward l-aġġustamenti tal-pagi tal-ħaddiema tal-gvern? Peress li l-ftehim għandu jibda jseħħ mill-1/1/2001, dawk il-ħaddiema li se jispiċċaw mis-servizzi qabel, se jkunu nklużi fil-ftehim?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-aġġustament tal-pagi tal-ħaddiema tal-Gvern huwa diġa' stipulat fil-paragrafu 5.2 tal-Ftehim Kollettiv kif spjegat anke fl-Appendiċi 2 mehmuż ma l-istess Ftehim. Paragrafu 5.3 ta' l-istess Ftehim jaħseb anke għall-arranġamenti ad hoc għal dawk l-uffiċjali li rtiraw jew għandhom jirtiraw sal-31 ta' Diċembru 2000. L-Uffiċċju tiegħi u l-Ministeru tal-Finanzi qegħdin f'konsultazzjonijiet bejniethom dwar il-mod kif il-Ftehim għandu jiġi mplimentat.
Leg 9 PQ #16091 Sitting 292 2000-05-15 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Malta Drydocks — Ftehim kollettiv

Question

Rigward il-ftehim kollettiv tal-GWU mal-Malta Drydock mis-section 48, jiġifieri tul ta' servizz mal-Malta Drydocks għal dawk il-ħaddiema li ġew trasferiti mill-Malta Shipbuilding għal mal-Malta Drydocks, jista' l-Ministru jgħid jekk it-tul ta' servizz jiġix ikkalkulat minn meta l-ħaddiema konċernati bdew jaħdmu mal-Malta Shipbuilding, jew minn meta ġew trasferiti mal-Malta Drydocks?

Response (BONNICI, JOSEF)

Fil-prezent, is-snin ta` servizz fit-Tarzna ta` Malta, jghodd biss meta persuna tigi biex tirtira sabiex tinghata dak li huwa maghruf bhala `service bonus`, li huwa hlas relatat mas-snin ta` servizz li jvarja skond iz-zmien. Ghal dan il-ghan, is-snin ta` servizz li dawk il-haddiema kollha li gew impjegati fuq bazi permanenti mat-Tarzna ta` Malta mill-Malta Shipbuilding kienu ghamlu fl-istess Malta Shipbuilding, jghodd ukoll ghall-fini ta` `service bonus`.

ETC — Telfien ta' xogħol

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ħaddiema li tilfu x-xogħol tagħhom fis-settur tal-manifattura, xahar b'xahar mill-5 ta' Settembru, 1998 sax-xahar ta' Mejju, 2000?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-Numru ta' Persuni li kellhom ix-xogħol tagħhom terminat fis-settur tal-manifattura, xahar b'xahar mill-5 ta' Settembru, 1998 sa l-aħħar ta' Marżu huwa kif ġej: Malta & Gozo Sena Xahar Total 1998 Settembru 277 Ottubru 357 Novembru 265 Diċembru 485 1999 Jannar 290 Frar 221 Marzu 293 April 409 Mejju 358 Ġunju 238 Lulju 293 Awissu 552 Settembru 343 Ottubru 426 Novembru 482 Diċembru 440 2000 Jannar 358 Frar 245 Marzu 293 Dawn iċ-ċifri ma jinkludix lil dawk li sabu x-xogħol fis-settur tal-manifattura fl-istess perjodu.

Tilwim Industrijali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm tilwim industrijali, xahar xahar mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jiena nfurmat li l-informazzjoni mitluba hija kif ġej:- Tilwim Industrijali Xahar b'Xahar 1998 Settembru 3 Ottubru 5 Novembru 6 Diċembru 8 ---------------- Total 22 ---------------- 1999 Jannar 6 Frar 4 Marzu 7 April 9 Mejju 6 Ġunju 7 Lulju 17 Awissu 6 Settembru 10 Ottubru 8 Novembru 7 Diċembru 5 ---------------- Total 92 ---------------- 2000 Jannar 12 Frar 10 Marzu 9 April 5 Mejju 4 ---------------- Total 40 ----------------

Kummissjoni għar-Riforma tal-Welfare

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-Kummissjoni għar-Riforma tal-Welfare għadhiex qed tiltaqa'? Jekk ir-risposta hija fl-affermattiv, kemm-il darba ltaqgħet minn wara li ħarġu l-interim report? Meta se joħroġ ir-rapport finali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ir-risposta għall-ewwel parti tal-Mistoqsija hija IVA. Mill-bidu ta' April meta ħareġ ir-rapport preliminari tagħha, l-Kummissjoni Nazzjonali għar-Riforma tal-Welfare iltaqgħet tliet darbiet filwaqt li x-xogħol tal-panel tekniku mwaqqaf mill-Kummissjoni bil-għajnuna tal-Bank Dinji baqa' miexi wkoll. Il-Kummissjoni tistenna li tlesti x-xogħol tagħha matul din is-sena.
Leg 9 PQ #16095 Sitting 292 2000-05-15 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Qorti tal-Familja

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-gvern beħsiebu jwaqqaf qorti tal-familja? Il-kummissjoni dwar il-qorti tal-familja twaqqfet fin-1996? Xi progress sar f'dan il-qasam minn mindu twaqqfet il-kummissjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Kummissjoni dwar il-Qorti tal-Familja, li kienet ġiet imwaqqfa fl-1996, bdiet tiltaqa` f`Jannar tal-1997 u ppublikat ir-Rapport tagħha f`Lulju ta` dik l-istess sena. Ma jidhirx li dan ir-Rapport, dak iż-żmien, kien ingħata l-importanza li tisthoqqlu - tant li jien stess f`April tal-1999 kont ippublikajt studju tiegħi dwaru u anki awgurajt li dak li ħejjejt jien jiġi analiżżat u diskuss minn dawk kollha li b`xi mod jew ieħor jinteressaw ruħhom fil-materja. Minn dak iż-żmien l`hawn saru numru ta` laqgħat bejn il-Ministeru tiegħi, dak tal-Politika Soċjali, l-Avukat Ġenerali u s-Social Welfare Development Programme biex jiġu finaliżżati kemm l-istrutturi kif ukoll legislazzjoni. Saru wkoll `drafts` preliminari ta` leġislazzjoni iżda għad m`hemmx `draft` finali.

Impjiegi — Korrimenti fuq il-post tax-xogħol

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm weġġgħu nies fuq il-post tax-xogħol, xahar b'xahar u sena b'sena mill-1990-2000? Minn liema industrija seħħew dawn l-inċidenti? X'kien ir-riżultat fuq il-morbidita' tan-nies involuti f'dawn l-inċidenti? Kemm minnhom tilfu ħajjithom, kemm minnhom weġġgħu serjament tant illi spiċċaw b'diżabilita' serja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. Id-dettalji mitluba kemm weġġgħu u kemm mietu nies fuq ix-xogħol hija markata bħala Dokument 'A'. Wieħed jista' jsib l-istatistika f'liema industrija seħħew l-inċidenti ta' korriment fuq ix-xogħol bejn l-1990 u l-1997 fuq it-tabella ta' analiżi ippublikata fl-'Annual Abstract of Statistics'. Qed nagħti l-kopja oriġinali tad-Dipartiment mis-sena 1990 sas-sena 1999 Dok. B1 sa Dok. B10. L-informazzjoni kemm weġġgħu nies serjament tinsab f'Dok. 'C'. Ma tinħassx il-ħtieġa li tinżamm statistika fuq morbidita' tan-nies involuti f'dawn l-inċidenti.
Leg 9 PQ #13623 Sitting 283 2000-04-12 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Coronary Artery Bypass Grafts

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru coronary artery bypass grafts, sena b'sena, matul dawn l-aħħar għaxar snin, kemm dawk li saru lokalment, kif ukoll dawk il-pazjenti li ġew imsiefra barra minn Malta? Kemm kellhom żmien dawn il-pazjenti, ta' liema sess kienu u jekk kien hemm, kemm minnhom mietu b'komplikazzjonijiet relatati ma' l-istess operazzjoni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant u li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra, hija mehmuża f'Appendiċi `A' u `B'.

Djar — Furjana - Riccardo Cesare

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsijiet li għamiltlu li jikkonċernaw il-każ ta' Riccardo Cesare? Fid-dawl taċ-ċirkostanzi traġiċi ta' dan l-inċident, jista' jirrispondi d-domandi leġittimi tiegħi? Il-mistoqsijiet kienu numri 13113 u 13887 li saru fl-24 ta' Jannar, 2000 u fid-9 ta' Frar, 2000?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Kelli diversi okkażjonijiet fejn spjegajt fid-dettal x'kienu d-diffikultajiet tal-Gvern sabiex dan il-bini in kwestjoni jaqa'. Fil-fatt minn dawk kollha reġistrata f'din il-kerrejja, kienu biss tlett inkwilini li ngħataw post alternattiv wara l-inċident fatali li fih miet is-Sur Riccardo Cesare.
Leg 9 PQ #15508 Sitting 281 2000-04-11 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Power Station — Marsa

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-aħħar inbiddlu l-filters fiċ-ċmieni tal-power station il-Marsa? Sar xi studju biex jara li l-emissions huma safe għan-nies li jgħixu biswiet il-power station? Jekk sar studju, jista' jpoġġi dan l-istudju fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarx studju, għaliex ma sarx meta hemm din il-problema ta' trab iswed? X'inhuma l-emissions li joħorġu miċ-ċumniji tal-power station tal-Marsa? X'inhi l-kompożizzjoni kimika ta' dawn l-emissions? X'inhuma l-livelli ta' emissions li huma aċċettabbli skond id-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-ambjent? Sar xi studju fuq l-emissions tal-power station?

Response (BONNICI, JOSEF)

Twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.

Impjiegi — Gainfully occupied

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 10232?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' persuni li kienu reġistrati bħala 'Gainfully Occupied' f'Awissu 1999 kien ta' 138,371. Minn dan in-numru 4,020 persuna kienu ta' 60 sena u aktar. Dawn jinqasmu fi 819 il-persuna li kienu jaħdmu fis-settur pubbliku u 3,201 jaħdmu fis-settur privat. Fost it-3,201 hemm 1,545 li huma 'self employed'.

Għajnuna soċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 11853?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jiena nfurmat mid-Dipartiment li matul ix-xahar ta' Novembru 1999, kien hemm madwar 22 cheque ta' pensjonanti ta' pensjoni kontributorja li ġew ritornati lura mit-Taqsima tal-Posta tal-Mellieħa. Wara investigazzjoni nstab li kien hemm tibdil fin-numri tal-bibien li ma ġiex rappurtat lid-Dipartiment mill-pensjonanti. It-taqsima tal-Posta tal-Mellieħa rrifjutat li tqassam dawn iċ-ċekkijiet jekk ma jsirx it-tibdil fl-indirizz. Id-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali, wara l-investigazzjonijiet neċessarji, għamel it-tibdil fl-indirizzi u l-maġġoranza taċ-ċekkijiet ntbagħtu lura fl-10 ta' Novembru 1999 lil pensjonanti. Ta' min jgħid li ċ-ċekkijiet kienu datati t-13 ta' Novembru 1999.

ETC — Impjegati

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 13883?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-membri tal-Bord tal-Kummissjoni għar-reviżjoni tal-liġijiet tal-kera huma: Dr J R Micallef - Chairman Dr Philip Sciberras Perit Alfred Valentino Dr Peter Grech Dr Tonio Mallia Ms Maria Camilleri Dr Evelyn Caruana Demajo Iltqajt kemm il-darba maċ-Chairman ta' din il-Kummissjoni u l-istess Chairman infurmani li r-rapport finali ser jiġi ppreżentat lili fil-futur.
Leg 9 PQ #14908 Sitting 280 2000-04-10 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Eżami tal-B1

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-eżami tal-B1 machine operator li kellu jsir fil-24/25 ta' Frar ma sarx fid-dati stipulati, u meta hemm il-ħsieb li jsir?

Response (GALEA, LOUIS)

Nissuġġerixxi lill-Onor. Membru jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru responsabbli mill-ETC.