Jista' l-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 19558 kollha u jgħid kemm inħarġu appartamenti bil-kera mill-Awtorita' tad-Djar u mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali, għas-sena 2000 mill-ewwel ta' Jannar sa l-aħħar ta' Settembru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li, fil-perijodu ndikat fil-Mistoqsija, in-numru ta' appartamenti u djar maħruġa mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali u l-Awtorita' tad-Djar kien ta' 113.
Il-kera ta' dawn il-postijiet tkun sussidjata skond id-dħul ta' l-applikant.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 19557 kollha billi jelenka fiex kien jikkonsisti s-safety equipment li kellhom il-ħaddiema dakinhar ta' l-inċident fiċ-Ċirkewwa?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' drug overdose li ddaħlu l-isptar? Kemm minhom mieta jew nstabu mejta?
Kemm minhom kienu nisa u kemm minhom kienu rġiel?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Tul dawn l-aħħar sentejn irrispondejt regolarment għal din it-tip ta` domanda. Għalhekk nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposti li tajt jew inkella jispeċifika għall-liema perijodu qiegħed jirreferi.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min huma l-membri li ġew maħtura biex jifformaw il-KNDP? X'kondizzjonijiet tax-xogħol ġew assenjati? X'pagi għandhom? X'servizzi anċillari, (karozza, mobiles eċċ) ġew assenjati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' maħtura skond Parti V ta' l-Att dwar Opportunitajiet Indaqs (Persuni b'Diżabilita') hi komposta kif ġej:
Is-Sur Joe Camilleri Chairman
Dott. Anthony Charles Viċi-Chairman
Rev. Karm Abela Membru
Dott. Marie Alexander "
Is-Sur Karl Borg "
Is-Sinj. Rita Borg "
Is-Sur Alfred Camilleri "
Is-Sinj. Claire Camilleri "
Is-Sur Lawrence Dalli "
Is-Sur Edgar Galea Curmi "
Is-Sur Philip Grech A.&C.E. "
Is-Sinj. Mary Rose Mifsud "
Is-Sinj. Pamela Muscat "
Is-Sur John Peel "
Is-Sinj. Josett Pisani "
Dott. Marvic Sammut M.D. "
Is-Sur Alfred Bezzina "
Il-Membri tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' ma jithallsux tax-xogħol tagħhom fi ħdan din il-Kummissjoni għajr għaċ-Chairman u s-Segretarju li huma mpjegati full-time mas-segretarjat tal-Kummissjoni u għalhekk is-salarju u kundizzjonijiet oħra ta' dawn it-tnejn huma marbuta mal-impjieg full-time tagħhom u mhux mal-karigi li għandhom fuq il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita'.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 16642, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid f'liema stadju waslu l-imsemmijin proċeduri? Jekk dan l-uffiċjal jinstab ħati, x'passi beħsiebha tieħu l-ETC rigward terzi persuni relatati ma' dan il-każ? Ċioe' beħsiebha tieħu passi kontra dawn it-talin ukoll?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Membru li l-proċeduri dixxiplinarji issa ntemmu anke fi stadju tal-konsiderazzjoni mill-Bord ta' l-Appell maħtur skond il-proċeduri stabbiliti mill-ftehim kollettiv.
Sal-lum ma jirriżultax li hemm każ biex jittieħdu passi kontra xi terzi persuni. Madankollu, kemm il-Bord tad-Dixxiplina kif ukoll il-Bord ta' l-Appell ta' dan il-każ se jintalbu uffiċċjalment bil-miktub biex jindikaw jekk hux il-każ li jittieħdu passi dixxiplinarji kontra xi terzi persuni.
Tista' l-Ministru tgħid jekk huwiex minnu li ż-żewġ residenti minn Għajnsielem (li isimhom qed jintbagħat separatament) se jiddaħħlu jaħdmu mal-Gozo Channel Co. Ltd, meta b'mod speċjali, ta' l-ewwel ilu li wasal Għawdex 15-il ġurnata biss, wara li rritorna mill-Amerika?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-kumpanija Gozo Channel timpjega l-ħaddiema maghħa skond illiġijiet u lproċeduri stabbiliti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru investigazzjonijiet mit-Tax Compliance Unit s'issa? Jista' l-Ministru jelenka l-istadju ta' kull investigazzjoni, jekk l-każ għadu għaddej? Jekk il-każ inqata', x'azzjoni rimejdali ttieħdet fejn il-każ inqata'?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghar-risposta li nghatat ghall-mistoqsija parlamentari numru 18983.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jieħu ħsieb li jiġi updated il-website tal-Ministeru għall-Politika Soċjali fejn insibu li, per eżempju, is-sezzjoni Pensjonijiet u Benefiċċji Soċjali, l-aħħar li ġiet updated kienet f'Awissu ta' l-1997?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jindika għal liema website qed jirreferi. Il-websute uffiċċjali tal-Ministeru għall-Politika Soċjali tinstab fuq l-indirizz http://www.msp.magnet.mt. Ninsab infurmat li din il-website tiġi aġġornata regolarment.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jelenka għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena, kemm nies ma baqgħux eliġibbli li jirċievu l-benefiċċji magħrufa bħala "tar-relief"?
Jekk f'din is-sena kienx hemm żieda fin-numru ta' nies li ma baqgħux jieħdu r-relief jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni għal din iż-żieda?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba u li tista' tinġabar bla ma taffettwa l-proċess tal-ħruġ tal-benefiċċji se tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jelenka għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena, kemm nies ma baqgħux eliġibbli li jirċievu l-benefiċċji magħrufa bħala "tar-relief"?
Jekk f'din is-sena kienx hemm żieda fin-numru ta' nies li ma baqgħux jieħdu r-relief jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni għal din iż-żieda?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 18047.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għal dawn l-aħħar ħames snin kemm applikaw nies biex jieħdu ċ-children's allowance? Kemm fil-fatt ħadu ċ-children's allowance? Kemm swiet lill-Gvern kull sena? Kemm qed jistima li se jonfoq il-gvern fuq children's allowance fis-sena 2000? Jista' jgħid kemm għad hawn familiji li suppost diġa' rċevew iċ-cheque taċ-children's allowance, imma fil-fatt għadhom qed jistennewh?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba u li tista' tinġabar bla ma taffettwa l-proċess tal-ħruġ tal-benefiċċji se tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għal dawn l-aħħar ħames snin kemm applikaw nies biex jieħdu ċ-children's allowance? Kemm fil-fatt ħadu ċ-children's allowance? Kemm swiet lill-Gvern kull sena? Kemm qed jistima li se jonfoq il-gvern fuq children's allowance fis-sena 2000? Jista' jgħid kemm għad hawn familiji li suppost diġa' rċevew iċ-cheque taċ-children's allowance, imma fil-fatt għadhom qed jistennewh?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu jagħti flus lura lill-aġenti tal-mediċina li jkunu rebħu kuntratt/i sabiex jipprovdu li jfornu l-isptarijiet tal-gvern bl-imsemmijin mediċini?
Jista' l-Ministru jelenka l-każi separtament, bl-ammonti dovuti kif ukoll kemm dawn il-kontijiet ilhom outstanding?
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tad-dipartiment dwar l-inċident fatali taċ-Ċirkewwa fejn tliet ħaddiema tilfu ħajjithom?
Jista' l-Ministru jelenka fiex jikkonsisti s-safety equipment li għandhom il-ħaddiema llum u jista' jelenka fiex kien jikkonsisti s-safety equipment li kellhom dakinhar ta' l-inċident?
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema ntbagħtux fuq health and safety training course wara l-inċident?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Peress li r-rapport ta' l-inkjesta magisterjali għadu mhux konkluż u l-anqas ippublikat, ma nħoss li jkun xieraq li r-rapport tad-Dipartiment jitqiegħed fuq il mejda tal-Kamra f'dan l-istadju.
Is-Safety Equipment li nxtara s'issa mid Dipartiment huwa dan:
17 in No. Triple gas monitors (li jindikkaw il-livel ta erbgħa' gassijiet simultanjament, jiġifieri Hyrogen Sulphide, Methane, Oxygen, Carbon Monoxide);
20 in No. PA94 Plus Basic Breathing Apparatur;
65 in No. Panorama Nova front port Facemasks;
20 in No. DSX 1000 distreaa signal units;
30 in No. 6.8 Ltr. @ 300 bar composite fibre cylinders;
5 in No. Efi85XX blowers with 5 x 5 duct lengths;
5 in No. Efi120XX blowers;
2 in No. Efi390PPV blowers;
1 in No. GF240 blower;
5 in No. Tripods with carrying case;
5 in No. Fall arrest housing;
5 in No. Material Winch;
100 in No. Fall arest kit;
Filwaqt li d-Dipartiment g[ad irid jircievi dan li gej:
10 in No. Tripods with carrying case;
10 in No. Fall arrest housing;
15 in No. Material Winch;
5 in No. Davit arm;
5 in No. PA94 Plus Basic Breathing Apparatus;
5 in No. DSX 1000 distress signal units;
30 in No. Panorama Nova front port Facemasks;
10 in No. 6.8 Ltr. @ 300 bar composite fibre cylinders;
4 in No. Airline Unit.
Il-Korsijiet li saru għal-gruppi ta' ħaddiema u għadhom qed jsiru għall kumplament tal-ħaddiema kollha rigward 'Health & Safety' jikkonistu f'dan li gej:
Kors dwar kif jintlibbes u jintuża l-'Breathing Apparatus';
Kors dwar kif tħaddem il-"Gas Monitors' u x'inhuma l-Livelli perikolużi ghall saħħiet il-bniedem;
Kors kif jintlibbes u jintuża l-apparat tal-'Fall arrest' jigifieri ħarnesses, wincijiet ect.;
Kors tal-'Basic First Aid'.
Minbarra hekk sar Kors tal-Maintenance and Servicing' tal-Breathing Apparatus, għall grupp ta' nies li se jkunu jieħdu ħsieb l-apparat filwaqt li se jsir kors ieħor ghall apparat tal-'Fall arrest';
Kors iehor sar ghall Inginiera u l-Imgħalmin, dan kien fl-livell ta 'Competent Person 2' biex jiġu determinati proceduri ta' kif għandu jsir ix-xogħol bl-inqas mod riskjuż.
Minn dawn ta' l-aħħar intbagħtu diversi ufficjali barra minn Malta f'diversi pajjiżi Ewropej għal aktar taħrig intensifikat u speċjalizat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm nħarġu appartamenti bil-kera mill-Awtorita' tad-Djar u mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin?
Kemm minnhom kienu ssussidjati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-ammont t'appartamenti maħruġa mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali u l-Awtorita' tad-Djar kien:
SENA TOTAL
1995 236
1996 492
1997 236
1998 314
1999 188
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm health and safety officers fid-drainage section fejn kienu jaħdmu dawk il-ħaddiem li sfortunatament tilfu ħajjithom?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li ittieħdu l-passi sabiex jintlew sitt (6) postijiet ta' Health & Safety Officers; Zewġ (2) postijiet ta' Senior Health & Safety Officers u post (1) ta' Principal Health & Safety Officer.
It-talba ntbgħatet lill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku, u hu mistenni li ma' jdumx ma' joħroġ l-avviż pubbliku għall-mili ta' dawn il-postijiet.
Jista' l-Ministru jgħid għalfejn l-iskola primarja "A" ta' Raħal Ġdid għad m'għandhomx toilets?
Jista' l-Ministru jgħid għaliex dawn it-tfal ġew pprovduti b'mobile toilets meta dawn mhumiex addattati għat-tfal u lanqas ma jistgħu jifflaxjawhom?
Ma jaħsibx il-Ministru li dan in-nuqqas ta' ndafa pubblika hija detrimentali għas-saħħa tat-tfal?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li t-tfal li jattendu l-Iskola "A" ta' Raħal Ġdid għandhom toilets ġodda fjamanti. Fil-fatt il-mobile toilets li qed jirreferi għalihom l-Onor. Membru ġew provduti in parte għan-nies li kienu qed jaħdmu fil-post waqt li l-istess blokk li kien fih it-toilets kien qed jitwaqqa' sabiex jerġa' jinbena mill-ġdid matul is-sajf, u in parte l-istess mobile toilets ġew ipprovduti għall-skola "B" bħala miżura ta' emerġenza fil-każ li l-kuntrattur ma jkunx laħħaq waħħal il-partitions ta' l-aluminium fit-toilets. Peress li anke dan ix-xogħol tlesta, dawn il-mobile toilets se jkunu mneħħija immedjatament.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm applikaw nies għal kull skema tal-housing li hemm bħalissa?
Kemm ġew aċċettati applikazzjonijiet?
Kemm nħarġu fondi għal kull skema din is-sena 2000? Jista' jispeċifika fejn il-pagamenti saru fis-sena 2000 imma kienu jkopru applikazzjonijiet li saru fin-1999?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.