Legislature:
Category:
Reset
Active:

Santa Luċija — Triq il-Prinjol - Manutenzjoni

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 16111, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif jista' jkun li filwaqt li qed isostni li l-inkwilini tal-insemmi blokk residenzjali għandhom jinżammu responsabbli mit-tindif ta' l-istess basement meta dan huwa proprjeta' tal-gvern meta prova ċara ta' dan huwa l-avviż li deher fil-gazzetta tal-gvern tat-12/3/93, fejn il-gvern qed jirreklama l-bejgħ ta' l-imsemmi basement units, liema unit ninsab informat li baqgħu ma nbiegħux? Kopja ta' l-imsemmija gazzetta tal-gvern qed tintbagħat separatament.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li huma l-partijiet komuni li jagħtu aċċess għal basement units li jridu jinżammu fi stat ta' ndafa mill-inkwilini u mhux il-basement units infushom. Dawn ta' l-aħħar huma magħluqin u għalhekk mhux il-każ li qed jimtlew bil-ħmieġ.
Leg 9 PQ #20454 Sitting 407 2000-10-25 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għall-Ambjent

Kunsilli Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema mid-Dipartiment ta' l-Ambjent sekondati mall-kunsilli lokali ta' Sliema, Pembroke, San Ġiljan u s-Swieqi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-ħaddiema fuq xogħol mall-Kunsilli Lokali ta' Tas-Sliema, Pembroke, San Ġiljan u s-Swieqi huwa kif ġej: Sliema 1, Pembroke 1, San Ġiljan 2, Swieqi 1.
Leg 9 PQ #20377 Sitting 406 2000-10-24 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru ta' l-Intern

Korpi Parastatali — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda mal-korpi parastatali/awtoritajiet/kummissjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilitajiet tiegħek mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul il-perijodu msemmi ġew impjegati 17-il impjegat ġdid u ieħor part-timer ma` l-Awtorita`. Tlieta minn dawn l-impjegati full-timers għandhom kuntratt definit ma` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar. Ħmistax (15) minn dawn l-impjegati ġodda full-timers qed jimlew postijiet li ġew vakanti.
Leg 9 PQ #20378 Sitting 406 2000-10-24 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Korpi Parastatali — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda mal-korpi parastatali/awtoritajiet/kummissjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilitajiet tiegħek mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru ta' l-Agrikolutra u Sajd m'għandhux korpi parastatali, awtoritajiet jew kummissjonijiet li jaqgħu taħt ir-risponstabilita tiegħu.
Leg 9 PQ #20379 Sitting 406 2000-10-24 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għal Għawdex

Korpi Parastatali — Impjegati ġodda

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati nies ġodda mal-korpi parastatali/awtoritajiet/kummissjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilitajiet tagħha mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ngħarraf lill­Onorevoli Interpellant li ma ġiet impjegata l­ebda persuna ġdida mill­organizazzjonijiet li għalihom għamel referenza.
Leg 9 PQ #20380 Sitting 406 2000-10-24 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

Korpi Parastatali — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda mal-korpi parastatali/awtoritajiet/kummissjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilitajiet tiegħek mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li kien hemm wieħed u disgħin (91) li ġew impjegati mal-korpi parastatali/awtoritajiet/kummissjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilitajiet tal-Ministeru tiegħi mill-5 ta' Settembru 1998 sal-lum. Minn dawn kien hemm sebgħa u tletin (37) li jaħdmu part-time.
Leg 9 PQ #20381 Sitting 406 2000-10-24 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Korpi Parastatali — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda mal-korpi parastatali/awtoritajiet/kummissjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilitajiet tiegħek mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-5 ta' Settembru 1998 il-hawn, gew impjegati erba' (4) minn nies fic-Centru Malti ta' l-Arbitragg.
Leg 9 PQ #20453 Sitting 406 2000-10-24 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għall-Ambjent

Tarxien — Ġnien Joan

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa lill-Gvern il-proġett ta' riabilitazzjoni tal-Ġnien Joan f'Ħal Tarxien? X'xogħlijiet twettqu u kemm ġew jiswew individwalment?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li ix-xogħol fuq ir-riabilitazzjoni tal-Ġnien Joanne f'Ħal-Tarxien gie jiswa Lm42,966. Parti mill-ispiża tħallset mill-Ministeru għall-Ambjent u parti mill-Kunsill Lokali Tarxien. Ix-xogħlijiet li saru kienu: A. Xogħol imħallas mill-Ministeru għall-Ambjent: --------------------------------------------------------------- (i) Xogħol ta' paviment b'kuntratt - Lm16,591 (ii) Xiri ta' materjal mis-C.D.O. għal xogħol ta' kurduna, nvellar ħadid u żebgħa. (Il-pagi tal-ħaddiema tas-C.D.O. m'humiex inklużi) - 5,075 (iii) Xogħol t'elettriku (M.S.D.) - 1,900 B. Xogħol imħallas mill-Kunsill Lokali ta' Ħal-Tarxien: --------------------------------------------------------------------- (i) Materjal għall-bankijiet u arbli tad-dawl, 'play equipment', 'safety material', u 'fencing' ta' mad-dawra tal-ġnien. - 19,400
Leg 9 PQ #20370 Sitting 405 2000-10-24 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Korpi Parastatali — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda mal-korpi parastatali/awtoritajiet/kummissjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilitajiet tiegħek mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #20371 Sitting 405 2000-10-24 Oral · Interim From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tal-Finanzi

Korpi Parastatali — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda mal-korpi parastatali/awtoritajiet/kummissjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilitajiet tiegħek mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?ç

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #20372 Sitting 405 2000-10-24 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għall-Ambjent

Korpi Parastatali — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda mal-korpi parastatali/awtoritajiet/kummissjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilitajiet tiegħek mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li fil-perjodu msemmi gew impjegati nies ġodda ma' dan il-Ministeru kif jidher hawn taħt: Isem Kariga Sezzjoni ___________________________________________________________________________________ Christopher Gatt Executive Malta Arts Centre Robert Musumeci Chairman & Chief Building Industry Consultative Council Executive Fiż-żewg każijiet l-impieg huwa b'kuntratt.
Leg 9 PQ #20373 Sitting 405 2000-10-24 Oral · Interim From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tat-Turiżmu

Korpi parastatali — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda mal-korpi parastatali/awtoritajiet/kummissjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilitajiet tiegħek mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?

Response (REFALO, MICHAEL)

Peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Korpi Parastatali — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda mal-korpi parastatali/awtoritajiet/kummissjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilitajiet tiegħek mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?

Response (GALEA, ĊENSU)

Waqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposti mogħtija għal Mistoqsijiet Parlamentari Nru 422, 427, 3132, 3133, 6362, 6363, 9503, 9506, 12468, 12531, 19217 u 19220, jien infurmat li ġew impjegati sebgħa clerks u Assistant Accountant ma` l-Awtorita` Marittima ta` Malta.
Leg 9 PQ #20375 Sitting 405 2000-10-24 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Korpi Parastatali — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda mal-korpi parastatali/awtoritajiet/kummissjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilitajiet tiegħek mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għal sittin mistoqsija li jitrattaw l-istess materja. Il-mistoqsijiet huma dawk li jidhru fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kummissjoni Nazzjonali dwar l-Abbuż ta' Droga — Membri

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min huma l-membri tal-Kummissjoni Nazzjonali dwar l-Abbuż ta' Droga, Alkoħol u Dipendenzi Oħra? X'inhu xogħol ta' din il-kummissjoni u jekk din il-kummissjoni ippreparat xi rapport, jista' dan ir-rapport jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Kummissjoni Nazzjonali dwar l-Abbuż tad-Droga, Alkohol u Dipendenzi Oħra hija magħmul minn: Dr Richard Muscat BSc., MSc., PhD - Chairperson Mr Herbert Agius Ms Joyce Callus BA (Youth and Community Studies) Ms Joan Camilleri BA (Gen)., MSc Psych (Padova) Dr Marilyn Clark BA Hons (Psych), MA, PhD (Sheffield) Dr Anton Grech MD., MSc (Psych), MRC Psych Dr Paul Micallef BA, D.Clin.Psy., C.Psychol L-għanijiet tal-Kummissjoni huma: - il-preparazzjoni ta' proposti ta' policies għall-konsiderazzjoni tal-Gvern dwar prevenzjoni, trattament u infurzar fil-qasam tad-dipendenza fuq id-droga u sustanzi oħra; - li tkun il-forum għad-diskussjoni u qsim ta' informazzjoni; - li tippromwovi good practices u tirrakkomanda mezzi ta' monitoring u ħarsien ta' standards of practice; - li tkabbar l-għarfien tal-qasam tad-dipendenza; - li ttejjeb l-integrazzjoni mill-ġdid fis-soċjeta' ta' persuni u familji bi problemi li għandhom x'jaqsmu mad-dipendenza; - li taħdem favur il-parteċipazzjoni tal-volontarjat f'dan il-qasam; - li tkun il-forum nazzjonali għall-ġbir u l-analiżi tad-data; - li tħeġġeġ ir-riċerka u t-taħriġ fil-qasam; - li tkun il-focal point nazzjonali għall-kollaborazzjoni Ewropea u Internazzjonali rigward prevenzjoni, kura, infurzar u epidemoloġija; - li tħejji suġġerimenti ta' pożizzjonijiet politiċi lill-Gvern, meta mitluba. Il-Kummissjoni qiegħda taħdem fuq studji, liema xogħol għadu mhux lest.
Leg 9 PQ #20363 Sitting 404 2000-10-23 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru ta' l-Intern

Persuni barranin — Residence permits

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni barranin residenti Malta li għandhom residence permits? Minn liema pajjiżi jiġu? Kemm minnhom huma ċittadini tal-Unjoni Ewropea u ta' pajjiżi oħra li qed jistennew li jidħlu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Djar — Lifts

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jelenka fejn ġew installati lifts f'appartamenti tal-gvern mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

F'blokki ġodda ta' appartamenti li jinħarġu għall-allokazzjoni l-Awtorita' tad-Djar tinstalla s-sistema tal-lift. Il-ġimgħa d-dieħla l-Awtorita' tad-Djar ser tagħti t-tender għall-installazzjoni ta' sitt(6) lifts f'sitt blokki ta' appartamenti. Barra minnhekk għandha permessi diġa' maħruġa mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar għall-13-il blokk ieħor u għandha 14-il applikazzjoni pendenti ma' l-istess Awtorita' ta' l-Ippjanar. It-tenders għall-installazzjoni tal-lifts ser jinħarġu wara l-1 ta' Novembru 2000 peress li wara din id-data ser japplikaw xi emendi ġodda fil-policies ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar fosthom li l-lift jibqa' tiela' sa fuq il-bejt u dan hu ta' vantaġġ aħjar għall-persuni b'diżabilita' speċjalment dik ta' mobilita'.
Leg 9 PQ #20367 Sitting 404 2000-10-23 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Korpi parastatali — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda mal-korpi parastatali/awtoritajiet/kummissjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilitajiet tiegħek mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li ma’ l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi ġew impjegati 79 nies ġodda u rreżenjaw jew irtiraw 77 mill-5 ta’ Settembru 1998 ’il hawn. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-gradi ta’ l-impjegati.
Leg 9 PQ #20368 Sitting 404 2000-10-23 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Korpi Parastatali — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda mal-korpi parastatali/awtoritajiet/kummissjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilitajiet tiegħek mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?

Response (BORG, JOE)

Ir-risposta hija fin-negattiv. Nixtieq ngħid pero illi għalkemm il-Malta EU Information Centre ma jaqax taħt ir-responsabbilta tiegħi, nista ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn meta dan iċ-Ċentru twaqqaf f'Mejju 1999 ġew impjegati 14 il-persuna li wieħed minnhom irriżenja f'Diċembru 1999.

Korpi parastatali — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda mal-korpi parastatali/awtoritajiet/kummissjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilitajiet tiegħek mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi Seduta oħra.