Legislature:
Category:
Reset
Active:

Anzjani — Djar ġodda

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex jinbnew djar għall-anzjani ġodda? F'liema lokalita' se jkunu? Kemm se jilqgħu anzjani fihom? Kemm hu stmat li se jiswew?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Filwaqt li l-Gvern ser jibqa' jerfa' r-responsabilita' f'dak li jirrigwarda l-provediment ta' servizzi residenzjali għall-anzjani, fil-futur ser jadotta politika li permezz tagħha jaħdem aktar mill-qrib mas-settur privat.

Pensjonijiet — Wegħda Elettorali

Question

Jista’ l-Viċi Prim Ministru jgħid meta din l-amministrazzjoni ser iżomm il-wegħda elettorali tagħha li tagħti żieda sħiħa lill-pensjonanti? Meta din l-amministrazzjoni ser iżomm il-wegħda elettorali tagħha li ttejjeb il-pensjonijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 15843.

Anzjani — Djar

Question

Jista' l-Viċi Ministru jgħid kemm hemm nies fuq il-waiting lists għad dħul fi djar ta' l-anzjani tal-Furjana, Gżira, Mosta, Msida, Mtarfa, Żejtun u Bormla? Kemm ilhom jistennew dawn in-nies (jistgħu jinqasmu f'perċentwali/brackets)?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Preżentament hemm total ta' 747 persuna li isimhom jidher fuq il-waiting list għaliex xi darba jew oħra rreġistraw l-interess tagħhom biex jidħlu f'xi waħda mid-djar residenzjali tal-Gvern għall-anzjani. Filwaqt illi 52% ta' dawn in-nies applikaw matul is-snin 1996 - 1999, 37% oħra applikaw matul is-sena kurrenti.
Leg 9 PQ #21771 Sitting 446 2000-12-04 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Qorti tal-Familja

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se titwaqqaf il-Qorti tal-Familja?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi lill-Onoerevoli Interpellant biex jirreferi ghat-twegibiet moghtija ghall-mistoqsijiet parlamentari 16095, 16136 u 21666.

SVPR — Swali - Refurbishment

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġiet tiswa r-refurbishment tas-swali F7/8 u MS/6 tal-Kumpless San Vinċenz de Paule? Min kienu l-kuntrattur jew kuntratturi li wettqu dan ix-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.

Lista ta' Impjiegi

Question

Wara li l-Viċi Prim Ministru jiddikjara fuq aktar minn okkażjoni waħda li lest juri l-Oppożizzjoni fejn qed jaħdmu dawk il-4,000 impjieġ ġdida, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' fejn ġew impjegati dawk l-4,000 impjieg ġdid? Jista' jispeċifika isem il-kumpannija li qed tħaddimhom jew isem l-employer?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba għadha qiegħda tinġabar u ser tingħata f'xi Seduta oħra.

Childrens Allowance — Abbużi

Question

Jista’ l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm familji ibbenifikaw din l-aħħar sena mic-childrens allowance? Kemm familji għadhom ma ħadux iċ-childrens allowance? Kemm familji ibbenefikaw mic-childrens allowance fil-1999 imma ma ikkwalifikawx fil-2000? Kemm kien hemm każi ta' abbuż?. F'dawn il-każi kemm kien stmat li qabżu l-limitu ta' income jew kellhom flus il-bank dawk li ma kellhomx dritt jikkwalifikaw imma xorta kienu applikaw għaċ-childrens allowance?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li madwar 40,700 familja qegħdin jibbenefikaw mill-Allowance tat-Tfal. Hemm madwar 400 familja li għadhom ma ħadux l-Allowance tat-Tfal minħabba li naqsu li jipprovdu l-informazzjoni mitluba. Matul is-sena 1999 ibbenefikaw 41,570 familja. Ma tinżammx statistika ta' kemm minnhom ma kkwalifikawx din is-sena. Ma nżammitx statistika ta' kemm kien hemm każi ta' abbuż iżda dawn kienu ta' eluf kbar, min ma ddikjarax anqas minn mitt lira u min ma ddikjarax l-eluf. Wieħed biżżejjed jgħid li madwar 10,380 ma ddikjarawx aktar minn mitt lira. Madwar 600 familja ma ħadux l-Allowance tat-Tfal għax qabżu l-limitu tad-dħul. Mhux possibbli tgħid kemm minnhom kienu dawk li nqabbdu li ma ddikjarawx dħul u l-oħrajn li qabżu l-limitu skond ma' ddikjaraw huma stess.

ESPAD' 99 — Riżultati

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport komparattiv li janalizza r-riżultati ta' l-ESPAD'99 u l-ESPAD'95?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Bi ftehim mal-pajjiżi Ewropej kollha li ħadu sehem fl-istudju ta' l-ESPAD '99, ir-riżultati, ser ikunu ppubblikati fi Frar tas-sena 2001. Għalhekk, ir-Rapport Komparattiv, jiġi ppubblikat wara din id-data.

Dipartiment tas-Servizzi Soċjali — Uffiċċju

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-area office tad-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali huwiex aċċessibbli għal persuni b'diżabilita'? Jekk fin-negattiv, jista' jelenka liema huma u liema m'humiex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Id-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali għandu tnejn u għoxrin Uffiċċju Distrettwali, għoxrin f'Malta u tnejn f'Għawdex. Mhux kollha huma aċċessibbli għal persuni b'diżabilita' minħabba li xi wħud minnhom m'humiex fil-pjan terran, jew inkella fihom xi ftit turġien biex tasal għalihom. Hawn taħt tinsab lista ta' dawk l-uffiċċji distrettwali li huma jew m'humiex aċċessibbli: AĊĊESSIBBLI MHUX AĊĊESSIBBLI Ħal Balzan Ħamrun Birkirkara Ħal Luqa Bormla Il-Marsa Raħal Ġdid Il-Mosta Ħal Qormi L-Imsida Ir-Rabat In-Naxxar Ħaż-Żabbar San Ġwann San Pawl il-Baħar Tas-Sliema Il-Belt Valletta Ħaż-Żebbuġ Iż-Żejtun Iż-Żurrieq Ir-Rabat, Għawdex In-Nadur, Għawdex

Childrens Allowance

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti breakdown ta' kif il-Gvern diġa' naqqas u ser inaqqas in-nefqa tiegħu fuq iċ-childrens allowance b'Lm4 miljun miż-żmien ta' amministazzjoni Laburista?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-nefqa stmata għas-sena 2001 hija ta' Lm16,500,000 jiġifieri hija biss ta' madwar Lm2,000,000 anqas minn kemm hi stmata li ser tkun in-nefqa din is-sena. Matul is-snin in-nefqa fuq din l-Allowance qiegħda dejjem tonqos għal żewġ raġunijiet prinċipali. L-ewwel raġuni hija li n-numru ta' tfal qiegħed kull ma jmur jonqos, filwaqt li t-tieni raġuni hija li d-dħul tal-familja qiegħed dejjem jiżdied, kemm fejn hemm persuna waħda li qiegħda taħdem, u wisq u wisq aktar fejn il-koppja jaħdmu t-tnejn. Niżgura lill-Onor. Interpellant li kull familja ser tirċievi l-Allowance dovuta lilha, kif niżgura wkoll li kull familja li ħadet xi allowance tat-Tfal minħabba nuqqas ta' dikjarazzjoni ta' dħul ser tiġi mġiegħla tirrifondi l-ammont li ħadet b'qerq.

Persuni b'Diżabilita'

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jispeċifika x'inhu x-xogħol ta' dawk il-ħames periti li ġew impjegati fuq bażi part-time sabiex il-prinċipju ta' l-aċċessibbilta' għal kulħadd jitpoġġa fil-prattika? Jista' jelenka x-xogħol li għamel kull wieħed minn dawn il-periti? Fejn ittieħdu passi biex jimplimentaw rakkmandazzjonijiet ta' dawn il-periti? Fejn ma ttieħdux passi? Għaliex? Min huma l-periti li ġew impjegati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #21597 Sitting 438 2000-11-28 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Korpi Parastatali — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 20370 li ilha li saret mill-24/10/2000?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn ġew impjegati dawn in-nies ġodda ma' korpi parastatali/awtoritajiet/kummissjonijiet li jaqgħu taħt il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni: PBS - 4 MCC - Nil Teatru Manoel - 1 St James Cavalier - 11 (Casual Part-Time) MCST - 1 Universita` - 168 Fondazzjoni Patrimonju Malti - 3 Orkestra Nazzjonali - 5 FIS - 4 MCAST - Nil MCR - 12 (7 Maltin u 5 barranin) Pixxina Nazzjonali - 13 (5 minnhom ingħatalhom kuntratt ġdid).
Leg 9 PQ #21618 Sitting 438 2000-11-28 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Impjiegi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm impjega nies ġodda ma' dawn l-entitajiet li ġejjin:1) Orkestra Nazzjonali; (2) EUPU; (3) FIS; (4) Kulleġġ Vokazzjonali; (5) Pixxina Nazzjonali; (6) Kunsill Malti Xjenza u Teknoloġija; (7) Ċentru Malti għar-Restawr; (8) San Ġakbu; (9) Teatru Manwel minn 5/9/1998 'hawn, u b'mod individwali għal kull entita'?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 21597.

Ministeru għall-Politika Soċjali — Staff complement

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu l-istaff complement tal-ministeru tiegħu? Kemm ġew impjegati nies minn barra? Kemm ġew sekondati minn kumpanniji parastatali u liema kumpanniji huma? Kemm kienu ttrasferiti minn ħdan dipartimenti oħra tal-gvern? Kemm ingħataw transfers lill-individwi li kienu jaħdmu fid-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu u llum jaħdmu ġo dipartimenti oħra li ma jaqgħux taħt il-Ministeru tal-Politika Soċjali jew sempliċement ġew trasferiti minn sezzjoni għal oħra fl-istess dipartiment?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-Mistoqsija hi kif tidher fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika l-perijodu li dwaru qiegħed jitlob l-informazzjoni mit-tieni sa l-aħħar parti tal-Mistoqsija kif ukoll jiċċara x'jifhem b'impjegati "minn barra".

Ministeru għall-Politika Soċjali — Konsulenti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm konsulenti fil-minsiteru tiegħu? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt tagħhom? Jista' jgħid x'inhuma t-terms of reference tagħhom? Jista' jagħti job description ta' kull wieħed minnhom? Fejn ġew ikkummissjonati rapporti minn dawn il-konsulenti, jista' jpoġġi dawn ir-rapporti fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

KONSULENTI Ministeru Dr Ruth Farrugia Konsulenta fil-Ministeru dwar leġislazzjoni dwar it-tfal. Servizzi Korporatt- Mr Charles Theuma Konsulent mal-Ministeru dwar ivi u Dipartiment tas- Information Technology fuq Sigurta' Soċjali bażi part-time. SEDQA Dr Richard Muscat Servizz ta' konsulenza lill- Aġenzija SEDQA fil-qasam tar-riċerka u l-Pompidou Group tal-Kunsill ta' l-Ewropa dwar 'addictions'. Programm Ħidma Dr Georg Sapiano Konsulent Legali biex jirrappreżenta l-interessi legali ta' l-Aġenzija. Nisa fis-Soċjeta' Ms Frances Camilleri Konsulenta full-time dwar gender issues. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-kuntratti relattivi. Ma nħossx li rapporti minn dawn il-konsulenti, fejn ġew ikkummissjonati, għandhom jiġu ppubblikati.

Korpi parastatali — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda mal-korpi parastatali/awtoritajiet/kummissjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilitajiet tiegħek mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

IMPJEGATI ĠODDA Aġenziji/Korporazzjonijiet/ Numru ta' Impjegati Ġodda Entitajiet Full-time Part-time Kummissjoni Nazzjonali Persuni 3 - b'Diżabilita' Awtorita' tad-Djar 4 - Programm Ħidma Soċjali 42 5 Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ 25 - SEDQA 27 6
Leg 9 PQ #20373 Sitting 427 2000-11-15 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tat-Turiżmu

Korpi parastatali — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda mal-korpi parastatali/awtoritajiet/kummissjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilitajiet tiegħek mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li mill-5 ta’ Settembru 1998 l-Awtorita’ tat-Turiżmu ta’ Malta impjegat 45 persuna li minnhom 11 temmew l-impjieg.

Assistenza Medika

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jelenka għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena, kemm nies twaqqfu milli jieħdu l-assistenza medika? Jekk kien hemm żieda fis-sena 2000 fin-numru ta' nies li nqatgħatilhom l-assistenza medika jista' jagħti r-raġunijiet għal dan?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 18047.
Leg 9 PQ #20371 Sitting 416 2000-11-01 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tal-Finanzi

Korpi Parastatali — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda mal-korpi parastatali/awtoritajiet/kummissjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilitajiet tiegħek mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?ç

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub huwa kif ġej:- Bank Ċentrali 11 Borża ta' Malta 14 Ċentru għas-Servizzi Finanzjarji 23