Jista' l-Ministru jgħid f'liema stat wasal il-każ nru. B54/98 li jinvolvi r-rimi ta' skart ta' l-industrija tal-bini f'San Blas, liema zona saħansitra ġiet deskritta bħala zona ta' sbuħija naturali mill-Awtorita' tat-Turiżmu
Response (BORG, TONIO)
Għal dak li jikkonċerna l-Pulizija ninsab infurmat illi ma jirriżultax li hemm xi każ pendenti li jirrigwardja dak li rrefera għalih l-Onor. Interpellant fil-Mistoqsija tiegħu.
Minn naħa ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar ninsab infurmat illi din ma għanda l-ebda każ bir-referenza B 54/98.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux veru li l-provvediment ta' ħalib tat-trab xkumat issussidjat mid-dipartiment ser jitwaqqaf b'effett mill-ġimgħat li ġejjin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numru 10617 u 11409 f"Seduti Numru 164 u 185 rispettivament.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienet l-NI contribution li nġabret matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? Kemm kienu minn entitajiet privati, kif ukoll minn self-employed u minn ħaddiema tal-gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm jirreġistraw għax-xogħol, xahar b'xahar, matul dawn l-aħħar sitt xhur?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għan-News Releases li jiġu ppublikati mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika jew għall-website http://www.magnet. mt/home/cos.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm iddaħħlu CSAs f'St Vincent de Paule Residence dan l-aħħar? Minn liema lokalitajiet ġejjin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan l-aħħar kellhom jiddaħħlu ta' malajr numru ta' CSA's fir-Residenza San Vinċenz biex jagħmlu xogħol ta' tindif fis-Serenity Wards li għadhom kemm infetħu. Il-11-il CSA's li bdew jaħdmu dan l-aħħar ġejjin minn Ħal-Luqa, Isla, Furjana, Ħamrun u Żebbuġ.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm single parents li bbenefikaw mill-SA allokata għalihom skond il-liġi matul is-snin 1995-2000 sena b'sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skond l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali, l-Għajnuna Soċjali fil-forom kollha tagħha, titħallas skond il-provvedimenti ta' l-Artiklu 30. Peress li r-rata ta' Għajnuna titħallas, fost affarijiet oħra, skond in-numru ta' persuni fil-familja, ma tinħassx il-ħtieġa li tinżamm statistika ta' kemm minn dawk li jitħallsu huma single parents.
Madankollu nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 22982 li tagħti informazzjoni biss dwar l-ommijiet mhux miżżewġa.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-computer awareness courses for the unemployed li ġew ikkummissjonati mill-ETC lill-Executrain, kienu ġew imġiegħla jħallsu għalihom dawk li attendew għalihom (kull ġurnata)? Kemm -il course ġew esegwiti u kemm swew?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Computer Awareness Courses for the Unemployed li ġew organiżżati mill-ETC fl-Executrain Training Centre kienu b'xejn għal dawk li attendew għalihom. F'dawn il-programmi ipparteċipaw 18-il persuna u sewa b'kollox Lm180.
Jista' l-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tingħata ċ-ċittadinanza doppja li jimmeritha mingħajr dewmien żejjed?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant avviċinat lid-Dipartiment taċ-Ċittadinanza dwar il-każ tagħha fit-2 ta` Marzu 2001, jiġifieri anqas minn ġimgħatejn ilu. Dakinhar hi ma ġabitx evidenza biżżejjed biex tipprova li għexet barra minn Malta għal perijodu ta` mhux anqas minn sitt snin u għalhekk għandha ġġib aktar evidenza.
Ninsab infurmat ukoll li l-każ ta` din il-persuna jkun jista` jiġi ffinalizzat wara li jiġu pproċessati l-applikazzjonijiet li tressqu qabel din id-data.
Jista' l-Ministru jgħid huwiex minnu li dawk li jieħdu sehem fir-re-anactment ta' d-dipartiment tal-kultura qed jintalbu jiddikjaraw id-dħul tagħhom minn din l-attivita', meta l-membri tal-baned huma eżentati milli jagħmlu dan?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-Dipartiment tal-Kultura huwa biss sponsor ta' diversi attivitajiet kulturali. Fejn il-każ hu ta' sostenn finanzjarju, p.e. lill-baned jew għaqdiet volontarji, m'hemmx kwestjoni ta' dikjarazzjonijiet ta' dħul. Meta jixtri servizzi d-Dipartiment isegwi r-regoli fiskali bħal ħaddieħor.
Peress li ġejt infurmat li hemm madwar 400 ħaddiem li jaħdmu mal-MIA li probabilment b'żvista ma' ġietx mimlija l-NI 12 mill-istess kumpanija, jista' l-Ministru jara li din issir, għaliex jekk dawn il-ħaddiema jiġu bżonn xi benefiċċju soċjali ma jikkwalifikawx għalih?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li l-Malta International Airport ma tużax il-"bulk payment system" biex tibgħat il-kontribuzzjonijiet tas-Sigurta' Soċjali u għalhekk ma hemmx ħtieġa li tintuża l-formola NI 12.
Għaldaqstant il-benefiċċji soċjali li jistgħu jkunu ntitolati għalihom il-ħaddiema mhux ser jiġu affettwati.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-pilloli diamox ilhom out of stock għal diversi ġimgħat ? Meta hemm il-ħsieb li dawn jerġgħu jaslu f'pajjiżna?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li bejn l-aħħar tas-sena l-oħra u l-ewwel ġimgħa ta` Marzu waslu erbgħa kunsenji ta` pilloli Acetazolamide 250mg għand is-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern. Dawn il-kunsenji kellhom iservu madwar tlett xhur. Mistennija kunsenja oħra dan ix-xahar.
B'referenza għal mistoqsija parlamentari nru. 21240, jista' l-Viċi Prim Ministru jispjega kif il-figuri tal-gainfully occupied għas-sena 1999 (Impjegati + self-employed) ma jaqblux mal-figuri ippubblikati mill-ETC, u cioe' tal-ewwel huma aktar?
Kif jispjega l-fatt li s-self-employed naqsu b'madwar 300 meta suppost l-ekonomija sejra tajjeb?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Kif jaf tajjeb l-Onor. Interpellant, l-informazzjoni mogħtija bi tweġiba għall-Mistoqsija Numru 21240 kienet tirrigwarda n-numru ta' persuni li effettivament ħallsu l-kontribuzzjonijiet tas-Sigurta' Soċjali filwaqt li l-istatistika ppublikata mill-ETC hi bażata fuq id-dikjarazzjonijiet ta' l-istess ħaddiema dwar jekk humiex impjegati jew self-employed.
Id-differenza bejn iż-żewġ ċifri fejn jirrigwarda s-self-employed turi b'mod ċar kemm hi għaqlija l-istrateġija tal-Gvern preżenti, li sfortunatament mhux dejjem appoġġjata mill-Oppożizzjoni, li jagħmel dak kollu possibbli biex jinforza l-ħlas ta' kontribuzzjonijiet dovuti u jeqred l-abbużi.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru 20357 dwar permessi għar-reklamar ta' mpjiegi fil-kampi parastatali, jista' l-Viċi Prim Ministru jirrikonsidra t-tweġiba peress li skond risposti parlamentari ta' Ministri oħra dawn il-figuri ma jaqblux?
Fil-fatt il-figuri huma ferm għola milli dawk mogħtija.
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq nikkonferma li l-informazzjoni mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 20357 hi dik eżatta. Madankollu nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li kull permess mogħti lil xi korp parastatali setgħa inkluda l-għoti ta' permess għal reklamar ta' aktar minn post tax-xogħol wieħed vakanti.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġiet tiswa r-refurbishment tas-swali F7/8 u MS/6 tal-Kumpless San Vinċenz de Paule? Min kienu l-kuntrattur jew kuntratturi li wettqu dan ix-xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża totali għar-refurbishment tal-Wards F 7/8 u M 5/6 fil-Kumpless San Vinċenz de Paule hi kif ġej:
F 7/8 - Lm16,959.51
M 5/6 - Lm24,125.48
Diversi suppliers ipprovdew il-materjal filwaqt li ħafna mix-xogħol sar mill-ħaddiema ta' San Vinċenz stess.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru 20357 dwar permessi għar-reklamar ta' mpjiegi fil-kampi parastatali, jista' l-Viċi Prim Ministru jirrikonsidra t-tweġiba peress li skond risposti parlamentari ta' Ministri oħra dawn il-figuri ma jaqblux?
Fil-fatt il-figuri huma ferm għola milli dawk mogħtija.
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista’ l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 16639 li ilha pendenti żmien twil, cioe' tmien xhur?!
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Mistoqsija Parlamentari Numru 16639 qatt ma ġiet indirizzata lili u għalhekk huwa mitlub jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 15504, li ilha tmien xhur li saret?
Jista' jagħti informazzjoni mitluba updated sa l-aħħar ta' Ottubru, 2000?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Onor. Membru reġa qiegħed jagħmel żball. Din il-Mistoqsija ngħatat Tweġiba fis-Seduta 304 u huwa l-Onor. Membru li għadu ma ndunax avolja għaddew kważi seba' xhur.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien stmat li kien se jiswa l-bini l-ġdid tas-swali f19/20 fl-SVPR u kemm fil-fatt sewa? Min ħa t-tenders għal dan ix-xogħol u għal kull tender li nħarġet kemm swiet u lil min ingħatat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qiegħda tinġabar.
B'referenza għal mistoqsija parlamentari nru. 21240, jista' l-Viċi Prim Ministru jispjega kif il-figuri tal-gainfully occupied għas-sena 1999 (Impjegati + self-employed) ma jaqblux mal-figuri ippubblikati mill-ETC, u cioe' tal-ewwel huma aktar?
Kif jispjega l-fatt li s-self-employed naqsu b'madwar 300 meta suppost l-ekonomija sejra tajjeb?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni mitluba għadha qiegħda tinġabar u ser tingħata f'xi Seduta oħra.