Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #25475 Sitting 535 2001-05-02 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ħal Tarxien — Xogħol ta' Estensjoni

Question

Jista' l-Ministru ta' l-Edukazzjoni jgħid meta ser jinbeda x-xogħol ta' estensjoni ta' l-iskejjel Primarji u dik sekondarja li jinsabu fi Triq tal-Barrani f'Ħal Tarxien?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li peress li d-Dipartiment tal-Kuntratti rrifjuta kull offerta sottomessa għal xogħlijiet ta' ġebel u konkos fil-Kumpless Skolastiku ta' Ħal Tarxien wara sejħa għall-offerti li kienet ippubblikata speċifikament għalhekk, hu issa meħtieġ li din is-sejħa terġa tiġi ppubblikata. Għaldaqstant, qegħdin jinkisbu l-approvazzjonijiet meħtieġa biex dan ikun jista' jsir. Kif jista' japprezza l-Onor. Membru, il-proċess għall-għoti ta' offerti skond ir-Regolamenti Finanzjarji Pubbliċi huwa wieħed tassattiv u għalhekk nassigura lill-Onor. Membru li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni sejra tagħmel dak kollu meħtieġ biex tespedixxi dan il-proċess.
Leg 9 PQ #25476 Sitting 535 2001-05-02 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Acquis Communautaire

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk it-translators li ġew ingaġġati bħala translators ta' l-Acquis Communautaire mill-Ingliz għall-Malti? X'inhuma s-salarji/allowances tagħhom?

Response (BORG, JOE)

Peress li l-materja li dwarha staqsa l-Onorevoli Interpellant taqgħa taħt il-Ministeru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistqosija lil dak il-Ministeru.
Leg 9 PQ #25298 Sitting 534 2001-04-30 Oral · Interim From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tal-Finanzi

N.I.

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 25015 li oriġinarjament saret li Viċi Prim Ministru u ċioe B'referenza għal mistoqsija parlamentari nru. 24831, jista'jagħti n-numru ta' nies/kontribwenti tal-N.I. fid-diversi kategoriji u għall-istess perjodu ta' żmien, sena b'sena?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qeda tinġabar u r-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

ETC

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-Job Placement Officers għandhom benckmarking, ċioe li għandhom ċerti targets fix-xahar li jridu jintlaħqu? Kemm huwa l-case load tal-Job Placement Office Section?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jekk l-Onor. Membru qiegħed jirreferi għal-Employment Advisors, nikkonferma li dawn qiegħdin jingħataw miri x'jilħqu fix-xogħol tagħhom. Nimmaġina li l-Onor. Membru jaqbel ma' dan. Il-'Case Load' tal-Employment Advisors tvarja skond l-area geografika jew il-kategorija taħt ir-responsabbilita' tagħhom.

ETC

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk matul dawn l-aħħar 6 xhur kemm intalbu transfers minn impjegati ta' l-ETC, minn sezzjoni għal-oħra tal-istess ETC? Mill-liema sezzjonijiet intalbu dawn it-transfers?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Kull ċaqlieq li jkun hemm tal-impjegati fl-ETC isir skond l-eżiġenzi tas-servizz. Ma tinżammx statistika dwar kemm-il "talba" ssir.

Anzjani

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux veru li d-dar tal-Anzjani tal-Gzira tinsab ikkundannata u li hemm il-ħsieb li tiġi magħluqa Huwa minnu li hemm il-ħsieb li l-Grosvenor Hotel tinbidel f'dan għall-anzjani u li l-Gvern għandu l-ħsieb li jagħmel użu minn parti minnha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dar ta' l-Anzjani tal-Gżira reġgħet ġiet miftuħa wara li sar ix-xogħol strutturali li kien hemm bżonn. Fil-fatt, l-anzjani kollha sabu posthom sa l-aħħar ta' Marzu li għadda. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferiha lill-Ministeru tas-Saħħa minn fejn il-liċenzjar tad-djar ta' l-anzjani jsir.

Djar għall-Anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu anzjani fid-Djar għall-Anzjani ta' l-Imsida u l-Furjana matul dawn l-aħħar sentejn u mill-liema rħula kienu ġejjin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' anzjani li daħlu fid-Djar għall-Anzjani ta' l-Imsida u l-Furjana tul dawn l-aħħar sentejn hu ta' ħamsa u sebgħin (75). Dawn l-anzjani ġew minn dawn il-lokalitajiet: Balzan, B'Kara, Bormla, Floriana, Gżira, Ħamrun, Isla, Luqa, Marsa, Msida, Qormi, Raħal Ġdid, San Ġiljan, San Ġwann, San Pawl il-Baħar, Sliema, Santa Luċija, Santa Venera, Tarxien, Valletta u Żabbar.

NI Contributions

Question

B'referenza għal mistoqsija parlamentari nru. 24831, jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti n-numru ta' nies/kontribwenti tal-N.I. fid-diversi kategoriji u għall-istess perjodu ta' żmien, sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali m'għadux responsabbli għall-ġbir tal-kontribuzzjonijiet tas-Sigurta' Soċjali u għalhekk a jżommx statistika dwar l-informazzjoni mitluba f'din il-Mistoqsija.
Leg 9 PQ #25018 Sitting 530 2001-04-23 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sar serq, lokalita b'lokalita u ġimgħa b'ġimgħa matul dawn l-aħħar 6 xhur? Jista' l-Ministru jikklassika s-serq?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fid-dokument li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #24860 Sitting 527 2001-04-03 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Drogi — Tfal taħt is-16-il sena

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn tfal taħt is-16-il sena li kienu rapportati li qed jabbużaw mid-drogi, xahar b'xahar matul dawn l-aħħar 48 xahar? Jista' jelenka x'tip ta' drogi kienu qed jiġu abbużati?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jindirizza l-mistoqsija tieghu lill-Ministeru koncernat.

Familji Maltin

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn familji fil-gżejjer Maltin li: (1) huma childless; (2) għandhom wild wieħed; (3) għandhom żewġt itfal; (4) għandhom tliet itfal; (5) għandhom erbgħat itfal; (6) għandhom ħamest itfal; (7) adottaw tfal minn Malta stess; u (8) adottaw tfal minn barra minn Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ebda wieħed mid-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi ma jżomm l-istatistika mitluba fl-ewwel sitt partijiet tal-Mistoqsija. Dwar il-kumplament tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li bejn l-1987 u l-2000 ġew adottati 165 tifel u tifla Maltin minn koppji Maltin filwaqt li fl-istess perijodu ġew adottati 492 tifel u tifla barranin.

Għajnuna Soċjali — Children Allowance

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm familji li bbenefikaw miċ-children allowance matul is-snin 1995-2000, sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif tinstab hawn taħt: Allowance tat-Tfal 1996 47,480 1997 43.477 1998 42.581 1999 41,570 2000 40,690

Benefiċċji soċjali — SKA

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm nies li bbenefikaw mill-SKA matul is-snin 1995, 1996, 1997, 1998, 1999 u 2000?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif tinsab hawn taħt: 1995 12,469 1996 13,156 1997 13,857 1998 14,175 1999 14,344 2000 13,611

Kartuna Roża

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm nies li kellhom il-kartuna r-roża matul is-snin 1995-2000 (sena b'sena)? Jista' jgħid kemm inħarġu kartuniet roża minn mindu ġiet introdotta għall-marda tad-diabete biss?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' Kartuniet Roża li nħarġu f'dawn l-aħħar ħames snin huwa kif ġej: 1994 5631 1995 5292 1996 4710 1997 4867 1998 4822 1999 8636 2000 6559 Qatt ma nżammet statistika li tirreferi għall-kundizzjoni medika li għaliha tkun inħarġet il-Kartuna r-Roża.
Leg 9 PQ #24856 Sitting 526 2001-04-03 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Abbuż fuq tfal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn tfal taħt is-16-il sena li ġew rapportati abbużati, xhar b'xahar matul dawn l-aħħar 48 xahar? Jista' jelenka t-tipi ta' abbużi li sofrew?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jindirizza l-mistoqsija tieghu lill-Ministru Koncernat.
Leg 9 PQ #24857 Sitting 526 2001-04-03 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Każi ta' prostituzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn tfajliet taħt is-16-il sena li kienu rapportati li qed jipprostitwixxu ruħhom, sena b'sena matul dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant mhux disponibbli taħt forma ta` statistika.
Leg 9 PQ #24858 Sitting 526 2001-04-03 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Tfal - Abbuż mill-alkaħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi rapportati ta' tfal taħt is-16-il sena li kienu qed jabbużaw mill-alkaħol, sena b'sena matul dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 24153.