Jista' l-Ministru jgħid kemm huma dawk in-nies li tilfu d-dritt li jikkwalifikaw aktar għall-benefiċċju tal-mard kroniku matul dawn l-aħħar 12-il-xahar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dritt għall-Għajnuna tal-mard li titħallas taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali, jiddependi fost ħwejjeġ oħra fuq it-test tal-meżżi, u ċ-ċirkostanzi tal-familja.
Jista' jkun hemm diversi tibdil fiċ-ċirkostanzi tal-benefiċċjarju, bħal per eżempju:
a) mewt;
b) wirt;
c) żidied fir-riżorsi kapitali, jew fid-dħul;
d) tibdil fin-numru tal-membri tal-familja tal-benefiċċjarju konċernat.
Għalhekk, mhux possibbli li tingħata t-Tweġiba għal din il-Mistoqsija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma dawk in-nies li għandhom il-karta r-roża din is-sena? Kemm kien dan in-numru għas-sena 1996, 1997, 1998, 1999 u 2000?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment ma jżommx statistika ta' kemm hemm Karti r-Roża validi f'perjodu partikolari, dan għaliex wara li tagħlaq il-validita' tagħha din tista' tiġi mġedda f'kwalunkwe żmien. Id-Dipartiment iżomm statistika ta' kemm jinħarġu Karta r-Roża sena b'sena u ċ-ċifri huma kif indikat fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 25015 li oriġinarjament saret li Viċi Prim Ministru u ċioe B'referenza għal mistoqsija parlamentari nru. 24831, jista'jagħti n-numru ta' nies/kontribwenti tal-N.I. fid-diversi kategoriji u għall-istess perjodu ta' żmien, sena b'sena?
Response (DALLI, JOHN)
Nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni tad-dewmien tax-xogħlijiet li qed isiru f'diversi toroq f'Ħal-Għaxaq bħalissa?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li kienu għaddejjin diskussjonijiet mal-Korporazzjoni ta' l-Ilma dwar il-bżonn li jsir xogħol fuq il-provista ta' l-ilma qabel it-triq tingħata l-asfalt.
Dawn id-diskussjonijiet tlestew u l-kuntrattur issa jinsab f'pożżizjoni li jkompli bix-xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema xahar hemm il-ħsieb li tinħateġ il-card għall-Istudenti Universitarji li ser tingħata minflok il-cheque payment tas-soltu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li qed isir kull sforz biex fl-ewwel jiem tas-Sena Akkademika li ġejja, l-istudenti jkunu jistgħu jmorru fl-Uffiċċju ta' l-Istipendju fil-każ ta' l-Universita` u l-Junior College jew fl-uffiċċju tal-Kap ta' l-Iskola fil-każi l-oħra u jiġbru l-'card' tagħhom.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 26096?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-każ tal-persuna konċernata m'hux pendenti iżda ġie deċiż skond il-proċeduri stabbiliti fil-ftehim kollettiv. Il-persuna irriżenjat fil-21 ta' Ottubru 2000, wara li l-proceduri tlestew.
Jista' l-Ministru jgħid għalfejn inħass il-bżonn li l-ħaddiema tal-190 tal-Maltacom jiġu trasferiti f'sezzjoni oħrajn tal-azjenda u minflokhom iddaħħlu ħaddiema ġodda mit-Telepage?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 25,792 dwar l-istess materja waqt is-Seduta numru 541 tat-22 ta' Mejju 2001.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani fis-swali ta' St Luke's li qed jistennew biex jiġu trasferiti fil-SVPR sala b'sala? Kemm ilhom fuq il-waiting lists?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif ġej:
Ward
Males
Females
M1
2
/
M2
/
5
M3
7
/
M4
/
8
M5
5
/
M6
/
14
M7
4
4
M8
5
3
MSI
4
/
MSII
/
/
WSI
/
1
WSII
/
4
S3
1
/
S4
1
1
ENT
/
2
GDW
/
/
Orth I
/
/
Orth II
1
/
Orth III
/
3
Gynae
/
/
Opthalmic
/
1
L-iktar pazjent li ilu jistenna għall-St. Vincent De Paule ilu minn Ġunju 2000.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'sar mill-każ pendenti tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament ex-senior executive tal-ETC? Veru li din irriżenja mill-kariga tiegħu qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni uffiċjali
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-Malta Freeport għada kif assumiet persuna ġdida li kienet taħdem mal-ETC, bħala assistent human resources manager? Jekk fl-affermattiv, saret sejħa pubblika għal din il-pożizzjoni? X'inhuma l-kundizzjonijiet tax-xogħol tiegħu?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni tal-Port Ħieles għadha kif assumiet persuna bħala Assistant Manager Riżorsi Umani u li kienet taħdem mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ. Għal dan l-impjieg kienet saret sejħa pubblika. Il-persuna magħżula ġiet impjegata b'kuntratt indefinit.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-ħtieġa ta' numru ta' bożoż ġodda li l-Kunsill tal-Fgura identifika, u kemm minnhom bi ħsieba twaħħal l-Enemalta sa' l-aħħar ta' din is-sena fil-Fgura?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li fil-preżent hemm madwar tmienja u sittin talba biex jiġi nstallat dawl ġdid f'diversi toroq fil-Fgura. Dan it-talbiet qegħdin jiġu kkunsidrati flimkien ma' talbiet simili oħra.
Jista' l-Ministru jgħid għalfejn filwaqt li x-xerrejja tal-laħam qed jitħallew jidħlu fil-biċċerija matul il-qatla u l-bejgħ taċ-ċanga (nhar ta' Tlieta), mhumiex qed jitħallew jidħlu nhar ta' erbgħa meta ssir l-qatla tal-majjal? X'vantaġġi qed toffri din id-differenza sabiex titnaqqas l-infettivita' tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor Interpellant li meta twaqfet is-sistema tax-xiri tal-majjal mid-Distributuri din kient bl-iskop li fil-biċċerija jitnaqqas, minħabba hygiene, kemm jistgħa jkun id-dħul ta' persuni. Għar-rigward il-bejgħ taċ-ċanga din issir b'sistema differenti għax iċ-ċanga ma tinbiegħx bil-karkassa imma bil-biċċiet.
Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu CSA's matul dawn l-aħħar sentejn? Mill-liema vot qegħdin jitħalsu dawn?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn l-aħħar sentejn daħlu 246 CSAs. Dawn kienu mqassmin hekk:
1999 - 105
2000 - 78
2001 - 63
Dawn qegħdin jiġu mħallsin mil-vot tas-Servizz u Kura fid-Djar għall-Anzjani.
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema bażi l-applikazzjoni li qed tintbagħat separatament ġiet rifjutata meta fl-area immarkata (highlighted) diġa qed issir parking u anke biswit tagħha?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 25476 ċioe jista' l-Ministru jgħid min huma dawk it-translators li ġew ingaġġati bħala translators ta' l-Acquis Communautaire mill-Ingliz għall-Malti? X'inhuma s-salarji/allowances tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
It-translators li, sa` llum, gew ingaggati bhala translators ghat-traduzzjoni ta` l-Acquis Communautaire huma dawn:
Mr Kristian Balzan Dr Albert Borg Not. Mary Grace Buhagiar
Not. Lorna Cachia Ms Erika Caruana Mr Joseph Casingena
Dr Frank Chetcuti Dimech Mr Alfred Ciappara Not. Silvio Cilia
Mr Antoine Cremona Dr Hubert Dalli Ms Vivienne Gatt
Not. Georgine Grech Dr Stefan Grima Ms Bella Hili
Mr Manuel Mifsud Mr Achille Mizzi Not. Louise Muscat
Dr Stephen Muscat Mr Mario Padovani Mr Andre Rizzo
Not. Ivan Sammut Not. Mario Sciriha Not. Alex Spiteri Gingell
Dr Anthony Tifugno Dr Audrey Vella Dr Mariosa Vella Cardona
Ms Cecilia Xuereb Mr J. Zammit Mangion
Il-process ta` ingaggar ghadu ghaddej ghax jirrikjedi wkoll tahrig fis-software li qieghed jigi wzat. Ir-rimunerazzjoni ghal kull translator hija ta` Lm3 il-pagna originali.
Awtorita' tas-Saħħa w Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta ser titwaqqaf l-Awtorita' tas-Saħħa w Sigurta fuq il-Post tax-Xogħol, liema awtorita' ġiet approvata minn din il-kamra żmien ilu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Wara li saru l-konsultazzjonijiet ma' l-imsieħba soċjali fl-MCED, il-Gvern ser iwaqqaf l-Awtorita' tas-Saħħa u Sigurta' fuq Xogħol fil-ġranet li ġejjin.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jivverifika jekk hux minnu li waqt l-interview għas-Senior Executive ma' l-ETC, applikanta partikolari ġiet nfurmata waqt l-istess interview li l-applikazzjoni tagħha ma' ġietx aċċettata għaliex ma' kelliex Diploma? X'kienet din id-diploma partikolari? Din id-diploma kienet stipulata bħala rekwiżita fl-applikazzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Mill-Mistoqsija ta' l-Onor. Membru m'hemmx informazzjoni biżżejjed biex tkun tista' tingħata Tweġiba.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien jiswa l-kuntratt ta' kumpanija tat-tobba li kienu jinvistaw l-impjegati tal-MITTS qabel, u kemm jiswa dak ġdid tal-HMO (Health Maintenance Organisation)
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-MITTS kellha kuntratt ma’ tabib ta’ kumpanija bejn it-30 ta’ Jannar 1998 u 30 ta’ Diċembru 1998 u li kien jiswa Lm6.50 għal kull viżta.
Fit-8 ta’ Marzu 2001 l-kumpanija qabdet lill Kumpanija HMO biex tibda topera dan is-servizz bir-rata ta’ LM5.00 għal kull viżta.
Iż-żewġ kumpaniji kienu jinviżtaw l-impjegati fejn il-MITTS tara li hemm xi abbuż.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol li qed isir bħalissa madwar il-knisja u l-iskejjel ta' Ħal Tarxien sarx fuq inizjattiva personali ta' xi membru parlamentari minn-naħa tal-Gvern?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xoghol fuq it-toroq madwar l-iskejjel f`Hal-Tarxien qed isir fuq inizjattiva tal-Kunsill filwaqt li x-xoghol ta` livellar fil-pjazza tal-knisja qed isir mill-Ministeru ghall-Ambjent.