Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #32702 Sitting 722 2002-04-15 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Early Retirement Scheme

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi PQ 32492 u cioe, jista' jgħid għaliex l-applikazzjoni għall-early retirement scheme tal-persuna li hi d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separament ) ġiet rifjutata?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li kuntrarjament għal dak li qed jingħad fil-mistoqsija, l-applikazzjoni tal-persuna in kwistjoni fil-fatt ġiet milqugħa. Madankollu, bi qbil mal-Management, din il-persuna tkun tista' tirtira wara li tkun tat hand over xieraq.

Proġett ta' Żabbar Road

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-proġett ta' Żabbar Road ser jitkompla minn fejn tiżblokka Carmel Str, Fgura sa l-mina ta' Hompesch? Jista' jipprovdi breakdown ta' l-ispejjeż li saru sa issa minn beda nbdiet tinbidel Zabbar Rd - Hompesh Rd mir-roundabout ta' ħdejn St Thomas Str, sa dik ta' ħdejn Carmel Str.

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol ser jasal sal-mina ta' Ħompesch. Il-breakdown tal-ħlasijiet li saru s'issa huma: Road Construction Works Lm80,568 Storm Water Culvert Lm22,559 Drainage Works Lm29,102 WSC Lm 8,718

Kumpens

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi il-mistoqsija parlamentari nru. 32487 u cioe jista' l-Ministru jgħid meta l-persuna - li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament - ser tiġi kkompensata peress illi hija rebħet kawża fil-Qrati Maltin li kienet tirrigwardja inġustizzja li twettqet fil-konfronti tagħha mid-Dipartiment tax-Xogħolijiet Pubbliċi u Konstruzzjoni?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi dan il-każ qed jiġi pproċessat skond il-proċeduri stabbiliti.

Marsa — Triq Serkin/Triq Tiġrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux veru li hemm il-ħsieb li l-bini ta' inkwilini tat-toroq Serkin u Tiġrija fil-Marsa, jitwaqqa' sabiex minfloku jsir xi proġett partikolari?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Jien infurmat li d-Direttorat għat-Toroq, kuntrarju għal dak allegat fid-domanda u f'inħawi oħra, ma għandu l-ebda proġett ta' twaqqiegħ ta' bini fil-lokalita'. Madankollu peress li l-applikazzjonijiet għall-iżvilupp iridu jkunu mibgħuta għand l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għall-approvazzjoni, l-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-Awtorita'.
Leg 9 PQ #32768 Sitting 722 2002-04-15 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

Pilloli — Out of Stock

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li pilloli komuni bħalma huma s-slew k u l-isosorbide dinitrate kienu out of stock dan l-aħħar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-Dipartiment tas-Saħħa għamel xi żmien mingħajr il-pillola Slow K minħabba raġunijiet tekniċi marbutin ma' l-għoti ta' l-offerta relattiva. Xi ċentri tas-Saħħa għamlu żmien qasir mingħajr il-pillola Isosorbide Dinitrate 10mg. sakemm ġiet iċċertifikata l-kwalita' qabel ma seta' jiġi rilaxxat mill-kwarantina. Ninforma 'l-Onor. Interpellant li ż-żewġ mediċini msemmijja issa huma disponibbli.
Leg 9 PQ #32487 Sitting 719 2002-04-09 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Qrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ser tiġi kkompensata peress illi hija rebħet kawża fil-Qrati Maltin li kienet tirrigwardja inġustizzja li twettqet fil-konfronti tagħha mid-Dipartiment tax-Xogħolijiet Pubbliċi u Konstruzzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.
Leg 9 PQ #31747 Sitting 702 2002-02-25 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Matsec — Rapport

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-kamra ir-rapport tal-bord tal-eżamijiet tal-Matsec għas-sena 2001?

Response (GALEA, LOUIS)

Ir-rapport mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #31259 Sitting 690 2002-02-04 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Kordin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif kien konpost il-bord tal-viżitaturi tal-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin matul dawn l-aħħar 3 snin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-komposizzjoni tal-Bord tal-Viżitaturi tal-Ħabs matul is-snin 1999, 2000, u 2001 kien kif jidher fit-tabella li se inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra f' seduta oħra

Reserved Parking Bays

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux veru li ser ikun hemm xi tibdil fil-policy ta' kif jinħarġu l-permessi għar-reserved parking bays u/jew blue strickers? Jekk iva, b'liema sens?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li m'hemmx ħsieb li tinbidel il-policy ta' kif jinħarġu l-permessi għar-reserved parking u l-blue stickers għall-persuni b'diżabilita'. L-iżvilupp reċenti li kien hemm f'dan il-qasam kien li nħatar Review Panel, kif rakkomandat mill-Ombudsman biex jirrevedi każijiet deċiżi dwar reserved parking meta dawn jiġu kontestati. Il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' qed tippjana li l-format tal-blue sticker jinbidel biex ikun konformi ma dak użat fl-Ewropa biex ikun jista' jintuża wkoll barra minn Malta.
Leg 9 PQ #30893 Sitting 680 2002-01-21 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tal-VAT

Question

Jista' jgħid il-Ministru x'passi ser jieħu d-Dipartiment tal-VAT biex jitranġawl-anomaliji li nħolqu fil-konfront tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma naħsibx li għandi nagħti nformazzjoni konfidenzjali. Jekk l-Onorevoli Interpellant ikun awtorizzat mit-taxpayer allura r-risposta tingħata lilu privatament. Jekk irid jista' jmur sad-Dipartiment tal-VAT u jkun jista' jinqeda minn hemmhekk.

Reġistru tal-Qagħad

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nies inqatgħu minn fuq ir-reġistru tal-qagħad u għal-liema raġunijiet inqatgħu matul dawn l-aħħar 12-il xahar? Jista' jforni l-istess informazzjoni għal matul it-tlett snin ta' qabel?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabelli dwar strike-offs għas-snin 1997-2001.

Welfare Reform Commission

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jispjega x'kienet ir-raġuni tar-riżenja tac-chairman tal-welfare reform commission? Jekk dawn ir-raġunijiet kienu ta' natura personali, għaliex ir-rapport ma' ġiex ippreżentat qabel ir-riżenja tiegħu, kemm-il darba dan ir-rapport huwa lest, kif jindikaw diversi stqarrijiet tal-Viċi Prim Ministru

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ma għandix x'inżid ma dak li diġa' għidt pubblikament dwar dan is-suġġett. L-Onor. Membru mhux korrett meta jgħid li jiena ndikajt li r-rapport huwa lest. Għalkemm sar ħafna xogħol mill-Kummissjoni, jiena nfurmat li sallum ir-rapport finali ma jistax jitlesta anke għaliex hemm organiżżazzjonijiet (membri tal-Kummissjoni) li għadhom ma ssottomettewx il-kummenti tagħhom dwar il-"working document".

ETC

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il darba siefer il-CEO tal-ETC dawn l-aħħar 12-il xahar? Min kien l-istaff li siefer miegħu? X'kien il-job designation tagħhom u x'kien ix-xogħol eżatt ta' kull persuna li siefer/siefret mac-CEO? Kiemm swiet lill-ETC kull safra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

B'Kara — Kuntratt

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ispejjeż li ħareġ il-gvern biex irranġat ruħha d-dar ta' Frate Francesco f'B'Kara? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-kamra, kopja tal-kuntratt li sar bejn il-gvern u l-patrijiet Franġiskani rigward l-imsemmija dar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-ispejjeż biex tiġi rranġata d-Dar Frate Francesco kienu ta' Lm31,148. Dawn tħallsu mill-fondi provduti lill-Aġenzija Appoġġ. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li sar bejn il-Fondazzjoni għas-Servizzi Soċjali u l-Provinċja Franġiskana Maltija ta' l-Ordni tal-Patrijiet Minuri dwar l-imsemmija Dar.

Liġi tal-Familja — Memorandum

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm movimenti u liema movimenti taw xi suġġerimenti, jew resqu xi memorandum fuq il-liġi tal-familja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-White Paper rigward il-liġi proposta dwar il-Qorti tal-Familja, nitolbu jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

B'Kara — Kuntratt

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ispejjeż li ħareġ il-gvern biex irranġat ruħha d-dar ta' Frate Francesco f'B'Kara? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-kamra, kopja tal-kuntratt li sar bejn il-gvern u l-patrijiet Franġiskani rigward l-imsemmija dar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba ser tingħata f'xi seduta oħra.

Ċirkewwa — Terminal

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huwa l-kuntrattur li qed jagħmel ix-xogħol fuq it-terminal taċ-Ċirkewwa? Huwa minnu li dan il-kuntrattur qed jagħmel użu min għaddasa part-time li wħud minnhom wkoll jaħdmu mal-Gvern?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-kuntrattur li qiegħed jagħmel ix-xogħol fuq il-fażi eżistenti ġewwa ċ-Ċirkewwa huwa Polidano Brothers Ltd. L-Awtorita' Marittima ta' Malta la għandha u l-anqas qatt talbet informazzjoni dwar min huma l-ħaddiema tal-kuntrattur.

Housing Authority

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk bediex jiffunzjona il-childcare centre għall-impjegati tal-housing authority, liema childcare centre wiegħdet ic-chairperson tal-housing authority f'artiklu f'The Times?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurma li Childcare Centre ta' l-Awtorita' tad-Djar hu ppjanat li jsir f'post biswit l-uffiċini preżenti ta' l-Awtorita'. Fil-25 ta' Awissu 2000, l-Awtorita' ssottomettiet applikazzjoni lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex tirranġa l-post. Sa issa l-permessi meħtieġa għadhomma ħarġux.