Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorita' tad-djar — Stallazzjoni ta' lifts

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li filwaqt li l-lifts li stallat l-awtorita' tad-djar fl-2002 swew medja ta' Lm12,500-il wieħed, din is-sena dawn swew Lm14,000-il wieħed?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għall-informazzjoni tal-Onor. Interpellant, l-Awtorita’ tad-Djar toħroġ tenders għall-installazzjoni ta’ lifts fi blokki eżistenti tal-Gvern. Il-kuntratt normalment jingħata lill-kuntrattur li jagħti l-anqas offerta wara li jiġi il-konfermat li l-offerta tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet stipulati fit-tender. Il-prezz tal-lift jiddependi fuq it-tip ta’ lift, l-għoli u l-kobor tiegħu u x-xogħol strutturali nvolut..
Leg 10 PQ #3219 Sitting 71 2003-12-04 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissjoni għall-investigazzjoni ta' l-inġustizzji — Każi

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm inqatgħu każi mill-kummissjoni għall-investigazzjoni ta' l-inġustizzji? Kemm minn dawn il-każi s'issa ġew onorati s-sentenzi li ngħataw?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi l-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta’ l-Inġustizzji kkonkludit 5,333 ilment. 2,062 ġew onorati kompletament u 166 każ ieħor ġiet varjata l-implementazzjoni tagħhom.
Leg 10 PQ #3193 Sitting 67 2003-12-01 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

ETC — Community work scheme

Question

Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra liema kienu dawk il-kunsilli li kienu jagħmlu użu mill-community work scheme ta' l-ETC? Jista' wkoll jagħti dawl għaliex din l-iskema twaqqfet ħesrem?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Kunsilli li kienu jagħmlu użu mill-community work scheme ta’ l-ETC huma dawn li ġejjin: Kunsill Lokali Birzebbuġa Kunsill Lokali Fgura Kunsill Lokali Iklin Kunsill Lokali Isla Kunsill Lokali Kalkara Kunsill Lokali Lija Kunsill Lokali Nadur Kunsill Lokali Paola Kunsill Lokali Rabat, Għawdex Kunsill Lokali Sannat Kunsill Lokali Swieqi Kunsill Lokali Tarxien Kunsill Lokali Xgħajra Kunsill Lokali Żabbar Kunsill Lokali Rabat, Malta Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar Kunsill Lokali Żurrieq Kunsill Lokali Kirkop Kunsill Lokali Balzan Kunsill Lokali Ta’ Xbiex Kunsill Lokali Luqa Kunsill Lokali Kerċem Kunsill Lokali Sliema Kunsill Lokali Floriana Kunsill Lokali Birgu Kunsill Lokali Msida Kunsill Lokali Bormla Kunsill Lokali Għarb Kunsill Lokali Safi Kunsill Lokali Fontana Kunsill Lokali Mqabba Informat li l-iskema qed tiġi rikonsidrata fid-dawl ta' prioritizazzjoni tal-programmi ta' l-ETC.

Gudj — Triq Dun Piet Farrugia - xogħol ta' asfaltar

Question

Jista' il-Ministru jagħti informazzjoni dwar meta hemm il-ħsieb li Triq Dun Piet Farrugia, fil-Gudja se tiġi asfaltata?

Response (GALEA, ĊENSU)

Ninsab infurmat illi l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku għamlet spezzjoni f'din it-triq u rriżulta illi jonqos ħafna żvilupp xi jsir u għalhekk l-asfalt f'din it-triq isir aktar il-quddiem meta l-iżvilupp jitlesta.
Leg 10 PQ #2826 Sitting 58 2003-11-18 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MCAST — Sezzjoni Agri-Business - studenti

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma jekk l-istudenti tal-MCAST, sezzjoni Agri-Business, iridux iħallsu minn buthom madwar Lm75 biex ikunu jistgħu joqogħdu għall-eżami tal-BTEC?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-miżati ta' l-eżamijiet tal-BTEC huma dawk stabbiliti mill-Bord ta' l-Eżamijiet.

Gudja — Asfaltar ta' toroq

Question

Jista' il-Ministru jagħti informazzjoni dwar meta hemm il-ħsieb li dawn it-toroq li jinsabu fil-Gudja u li huma fir-responsabbilta' tiegħu, jiġu asfaltati: Triq il-Pluvieri, Triq Toni Zammit, Triq il-Miġra u Triq Kan. Dun Piet Zammit?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li Triq il-Migra, Triq il-Pluvieri u Triq Toni Zammit ġew spezzjonati mill-Awtorita' dwar it-Trasport biex jiżdiedu fil-programm ta' kostruzzjoni ta' toroq li qed isiru mid-Direttorat, u x-xogħol fihom isir aktar 'l quddiem skond il-prijoritajiet li jkollu quddiemu d-Direttorat. Fir-rigward ta' Triq Toni Zammit jien infurmat li din it-triq jonqosha ħafna żvilupp xi jsir qabel ma t-triq tkun tista' tiġi asfaltata u għalhekk l-asfalt isir aktar 'l quddiem meta l-iżvilupp jitlesta.

Persuni b'diżabilita' — Pensjoni

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jispeċifika d-dettalji tat-test tal-mezzi ta' persuni b'diżabilita' u cioe' jgħid x'inhu l-limitu fuq l-ammont ta' dħul li jrid ikollha koppja miżżewġa li waħda minnhom tkun tbati bl-epilessija, sabiex ta' l-aħħar tkun tista' tikkwalifika għall-pensjoni tad-diżabilita' li tammonta għal Lm25.05 fil-ġimgħa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji tat-test tal-meżżi biex tingħata l-pensjoni ta’ Diżabilita’ huma dawk elenkati fil-Parti V tat-Tieni Skeda ta’ l-Att Dwar is-Sigurta Soċjali (Kap. 318).
Leg 10 PQ #877 Sitting 28 2003-07-21 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Mediċini li jinsabu out of stock

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm mediċini (special items u mhumiex) li huma out of stock bħalissa? Kemm ilhom out of stock u meta hu maħsub illi jaslu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1156.
Leg 10 PQ #1258 Sitting 28 2003-07-21 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Raħal Ġdid

Question

Jikkunsidrax il-Ministru li l-funtana li tinsab fil-bitħa li hemm maġenb id-daħla minn Triq San Pawl , Raħal Ġdid terġa tinqala u tingħata lill-Kunsill ta' Raħal Ġdid? Peress li din il-funtana oriġinarjament kienet tagħmel parti mill-patrimonju u l-pjazza ta' Raħal Ġdid?

Response (BORG, TONIO)

Billi jien infurmat li Triq San Pawl, Raħal Ġdid ma teżistix nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika eżatt fejn tinsab din il-funtana.

Children allowance — Cheques

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għad-dewmien biex jinħarġu/jirċievu c-cheques tac-children allowance il-benefiċċjarji kkonċernati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li kien hemm żewġ raġunijiet prinċipali li kkawżaw ftit dewmien li mhux tas-soltu fil-ħruġ taċ-ċekkijiet taċ-Childrens’ Allowance. Din is-sena bdiet titħaddem sistema elettronika ġdida u aktar soffistikata biex tivverifika d-depożiti fil-banek ta’ l-applikanti. Dan sar biex ikun żgurar li l-allowance titħallas bir-rata korretta u skond kif dovut. Fl-istess ħin kellhom jittieħdu wkoll passi amministrattivi biex jiżguraw li din is-sistema tkun konformi mal-provvedimenti ta’ l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data, li nġiebu fis-seħħ riċentement. Irrid ngħid li kien hemm ukoll każijiet ta’ dewmien fil-ħruġ ta’ l-allowance li ma kienux dovuti għar-raġunijiet li semmejt. Bħal ma ġara f’kull sena li għaddiet, din is-sena wkoll kien hemm applikazzjonijiet li jew waslu tard jew kellhom informazzjoni nieqsa jew skorretta. Dawn ta’ l-aħħar kellhom jintbagħtu lura fl-uffiċċju distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali biex tinġabar mill-applikant l-informazzjoni nieqsa jew dik korretta skond il-każ. Ninsab infurmat ukoll li d-Dipartiment konċernat qed jagħmel dak kollu possibbli biex jiżgura li l-pagamenti li għad fadal isiru jinħarġu fl-iqsar żmien.

Gudja — Asfaltar ta' toroq

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 882 u cioe' jista' il-Ministru jgħid kemm hemm toroq fil-lokalita' tal-Gudja li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-gvern u li għadhom ma ngħatawx it-tarmac? Meta hu maħsub li dawn it-toroq (triq bi triq) jingħataw it-tarmac? Jista' il-Ministru jinnota li jiena tlabtu jsemmi liema huma dawk it-toroq li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-gvern u li għadhom ma ngħatawx it-tarmac, mingħajr ma semmejt l-ebda toroq? Jista' il-Ministru jagħti tweġiba għal din il-misotqsija għax ma jidhirx li r-risposta hija korretta għal kollox?

Response (GALEA, ĊENSU)

M'għandi xejn xi nżid mar-risposta mogħtija għad-domanda parlamentari numru 882.

Gudja — Tax-Xlejli - bini ta' ġibjun

Question

Jista' il-Ministru jgħid min hu responsabbli mill-ħlas/spejjeż li j ridu jsiru biex jinbena ġibjun fl-inħawi tax-Xlejli, fil-Gudja?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-bini tal-ġibjun fl-area tax-Xlejli għandu jsir mill-Kunsill Lokali tal-Gudja.

Raħal Ġdid — Asfaltar ta' toroq

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm toroq fil-lokalita' ta' Raħal Ġdid li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-gvern u li għadhom ma ngħatawx tarmac? Meta hu maħsub li dawn it-toroq (triq bi triq) jingħataw it-tarmac?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob l-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta mogħtija għal-mistoqsija parlamentari numru 878, li tapplika wkoll għal dan il-każ.

Gudja — Asfaltar ta' toroq

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm toroq fil-lokalita' tal-Gudja li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-gvern u li għadhom ma ngħatawx it-tarmac? Meta hu maħsub li dawn it-toroq (triq bi triq) jingħataw it-tarmac?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi filwaqt illi bħalissa l-Awtorita` dwar it-Trasport u l-Kunsill Lokali tal-Gudja għaddejjien b'taħdidiet biex jiġi ffirmat kuntratt bejniethom biex isir xogħol ta' asfalt fiż-żona tax-Xlejli, id-Direttorat tat-Toroq qiegħed fil-proċess li jirrivedi l-informazzjoni li għandu dwar toroq oħra imsemmija mill-Onorevoli Interpellant fil-lokalitajiet kollha u l-informazzjoni tkun tista tingħata meta dan il-proċess ikun tlesta.

Sigurta' Soċjali — Children's allowance

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm familji benefiċċjarji taċ-children's allowance matul is-snin 1996, 1997, 1998, 1999, 2000, 2001, 2002 u 2003 s'issa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qieghda tingabar u risposta ser tinghata f’xi Seduta ohra.

Malta Drydocks — Tiswija ta' vapuri

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm vapuri li qed issirilhom tiswija fil-Malta Drydocks bħalissa? Hemm vapuri oħrajn li se jidħlu għat-tiswija fil-Malta Drydocks fil-futur qarib? Meta hu maħsub li se jibda x-xogħol fuqhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Bħalissa fil-Malta Drydocks hemm 8 vapuri, li qed issirilhom tiswija. Hemm 7 vapuri oħra li se jidħlu fil-Malta Drydocks fil-futur qarib.
Leg 10 PQ #877 Sitting 16 2003-06-30 Oral · Interim From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Mediċini li jinsabu out of stock

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm mediċini (special items u mhumiex) li huma out of stock bħalissa? Kemm ilhom out of stock u meta hu maħsub illi jaslu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Marsa — Asfaltar ta' toroq

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm toroq fil-lokalita' tal-Marsa (jekk hemm) li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-gvern u li għadhom ma ngħatawx tarmac? Meta hu maħsub li dawn it-toroq (triq bi triq) jingħataw it-tarmac?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien ninsab infurmat illi d-Direttorat tat-Toroq qiegħed fil-proċess li jirrevedi l-informazzjoni li għandu dwar it-toroq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant fil-lokalitajiet kollha u l-informazzjoni tkun tista tingħata meta dan il-proċess ikun tlesta.

Santa Luċija — Asfaltar ta' toroq

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm toroq fil-lokalita' ta' Santa Luċija (jekk hemm) li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-gvern u li għadhom ma ngħatawx tarmac? Meta hu maħsub li dawn it-toroq (triq bi triq) jingħataw it-tarmac?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob l-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta mogħtija għal-mistoqsija parlamentari numru 878, li tapplika wkoll għal dan il-każ.