Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #2170 Sitting 25 2013-06-03 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — persuni trasportati mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex bil-helicopter

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1896 u jgħid kemm kien hemm persuni li ġew trasportati bil-helicopter mill-Isptar Ġenerali t'Għawdex għall-Isptar Mater Dei f'dawn l-aħħar tliet xhur, jagħti l-età tal-persuna u r-raġuni għaliex ittieħdet l-Isptar Mater Dei?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li f’dawn l-aħħar tlett xhur kien hemm 4 trasferimenti ta’ pazjenti mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-Isptar Mater Dei bil-helikopter. L-etajiet ivarjaw minn tarbija ta’ ġurnata sa anzjan ta’ 70 sena. Ir-raġunijiet kienu varji u t-tabella t’hawn taħt tispjega dawn id-dettalji: Raġuni għat-trasferiment bil-helikopter mill-Isptar t'Għawdex għall-Isptar Mater Dei Data Eta/snin Raġuni 07/02/2013 3 Kumplikazzjoni respiratorja ( respiratory distress ) 12/02/2013 56 Mard tal–kliewi akut ( acute renal failure ) 19/03/2013 70 Emorraġija fil–moħħ ( subdural haemorrhage ) 05/04/2013 1 (ġurnata) Mard tal–qalb konġenitali ( congenital heart disease )
Leg 12 PQ #2240 Sitting 25 2013-06-03 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

In-Nadur — Għawdex - Triq ir-Ramla- asfaltar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1974 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura u issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Peress li r-residenti ta’ Triq Ramla in-Nadur, liema triq mhux dik li tieħu għar-Ramla imma li tmiss ma’ Triq Binġemma u hija parti mill-housing estate, ripetutament jilmentaw bl-istat ħażin tat-triq u hemm ħofor fondi, jista’ l-Ministru jara li titqaxxar l-art fejn hemm dawn il-ħofor u tiġi asfaltata dik il-parti?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li t-triq imsemmija taqa' taħt ir-responsabilita tal-Kunsill Lokali tal-post. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant tirreferi l-mistoqsija lill- Ministru responsabli mill-Kunsilli Lokali.
Leg 12 PQ #2053 Sitting 24 2013-05-29 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għas-Saħħa

Lumbar Puncture

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilu jsir l-intervent tal-lumbar puncture f'Malta? Jista’ jgħid jekk issirx kemm fuq il-kbar kif ukoll fuq it-tfal? Jista’ jgħid jekk qattx kien hemm xi rapporti li saret ħsara ta' diżabilità permanenti jew xi ħsara oħra wara li sar dan l-intervent? Kemm isir frekwenti dan l-intervent fl-Isptar Mater Dei? Jista’ jgħid kemm kien hawn tfal li qatt ingħataw lumbar puncture f'Malta u kemm minnhom kellhom kumplikazzjonijiet minħabba l-istess intervent?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

divorzju — Kawżi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm divorzji konsenswali u kemm kien hemm kawżi ta' separazzjonijiet konvertiti f'kawżi ta’ divorzju mill-introduzzjoni tal-liġi tad-divorzju sal-lum, kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex separatament?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li: F’Malta: Bejn l-1 t’Ottubru 2011 sal-lum kien hemm 117-il rikors konġunt għal divorzju u 50 kawża ta’ separazzjoni konvertita f’kawża ta’ divorzju. F’Għawdex: Mill-introduzzjoni tal-liġi tad-divorzju fil-1 t’Ottubru sal-lum ġew preżentati tmienja u għoxrin (28) rikors għad-divorzju. Minn dawn, għoxrin (20) inqatgħu, waħda (1) ġiet ċeduta filwaqt li s-seba’ (7) l-oħra għadhom pendenti. Fl-istess żmien ken hemm żewġ kawżi ta’ separazzjoni personali li ġew konvertiti f’kawża ta’ divorzju – waħda ġiet deċiża, l-oħra għadha pendenti. Ukoll fl-istess żmien kien hemm kawża oħra li bdiet bħala kawża ta’ divorzju. Din għadha pendenti.

Kawżi pendenti — minorenni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi pendenti dwar korruzzjoni ta' minorenni, stupru ta' minorenni u akkużi oħra relatati fil-konfront ta' minorenni fil-Qorti ta' Malta u ta' Għawdex separatament?

Response (MALLIA, EMANUEL)

No response available.

Kawżi dwar bejgħ ta’ xorb lil minorenni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi pendenti fil-Qorti ta' Għawdex u ta' Malta dwar bejgħ ta' alkoħol lill-minorenni? Jista’ jgħid kemm kien hemm każijiet ta' din ix-xorta li ġew imressqa l-qorti fl-aħħar sena xahar b'xahar separatament?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant fl-ewwel parti tal-Mistoqsija mhux disponibbli taħt forma ta’ statistika. Infurmat illi matul dawn l-aħħar tnax-il xahar kien hemm persuna waħda li nbdew proceduri kriminali kontriha talli serviet xorb alkoħoliku lill-persuni taħt is-17 il-sena. Dan kien f’Marzu ta’ din is-sena f’San Pawl il-Baħar u l-każ għadu pendenti quddiem il-Qorti. F’Għawdex m’hemm l-ebda kawżi pendenti.

Kawżi dwar traffikar ta’ droga — nisa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm nisa tressqu l-qorti in konnessjoni ma’ kawżi ta' traffikar ta' droga f'dawn l-aħħar tliet snin kull sena separatament u l-lokalità minn fejn ġejja l-persuna?

Response (MALLIA, EMANUEL)

B’referenza għall-mistoqsija numru 2157 ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-snin 2010, 2011 u 2012 kien hemm 18, 15 u 24 –il mara rispettivament li tressqu l-Qorti b’konnessjoni ma’ traffikar ta’ droga. Minn dawn 9 kienu barranin, kif jidher hawn taħt: 2010 2011 2012 Dominican Republic (2) Maltin (16) Korea (1) Poland (1) Maltin (13) Spain (2) Romania (1) Colombia (2) Maltin (19) 2010 Residence Amount Birgu 1 Paola (CCF) 1 Dominican Republic 2 Gharb 1 Gzira 2 Madliena 1 Marsaxlokk 1 Naxxar 1 Paola 2 Safi 1 San Gwann 1 Sliema 1 Valletta 2 Victoria Gozo 1 Total 18 2011 Residence Amount Attard 1 Birkirkara 1 Bormla 1 Floriana 1 Korean /Polish 2 Gzira 1 Haz-Zebbug 1 Kalkara 1 Mosta 1 Msida 1 San Gwann 1 St Paul's Bay 1 Valletta 1 Zejtun 1 Total 15 2012 Residence Amount Bormla 2 Floriana 1 Spain 2 Romania 1 Colombia 2 Hamrun 1 Paola (CCF) 1 Pieta’ 1 Qormi 1 Rabat 1 Santa Lucija 1 Siggiewi 1 St Julians 1 St Paul’s Bay 3 Valletta 3 Zabbar 1 Zejtun 1 Zurrieq 1 Total 24

Minorenni mressqa l-qorti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu minorenni l-Qorti f'dawn l-aħħar sentejn, kull sena separatament, u x'kienu l-akkużi?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2011 kien hemm 130 persuna li tressqu quddiem il-Qorti tal-Minorenni, filwaqt li matul is-sena l-oħra kien hemm 116. L-akkużi fil-konfront ta’ dawn il-minuri kienu jinkludu serq, ħsarat, ksur ta' bon ordni, ħebb/theddid/feriti fuq il-persuna, prostitutzzjoni, użu ħażin tat-telefon/compjuter, reati sesswali/pornografija, ksur tar-regolamenti dwar droga, tipjip, traffiku, żibel u skart, armi u ma obdewx ordni leġittima/partikularijtet foloz.

Għawdex – In-Nadur – Triq ir-Ramla- asfaltar

Question

Peress li r-residenti ta’ Triq Ramla in-Nadur, liema triq mhux dik li tieħu għar-Ramla imma li tmiss ma’ Triq Binġemma u hija parti mill-housing estate, ripetutament jilmentaw bl-istat ħażin tat-triq u hemm ħofor fondi, jista’ l-Ministru jara li titqaxxar l-art fejn hemm dawn il-ħofor u tiġi asfaltata dik il-parti?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-triq imsemmija taqa` taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għal Għawdex. Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Liċenzja tal-Mutur ‘A’ — applikazzjonijiet fl-uffiċċju ta’ Għawdex

Question

Peress li dawk li qed japplikaw għal-liċenzja tal-mutur A fl-uffiċċju ta’ Għawdex qed ikollhom ħafna diffikultajiet u qed jgħidulhom li l-applikazzjoni ma tistax tiġi pproċessata, jista’ l-Ministru jgħid għaliex qed jiġri dan?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li, sa ġimgħa ilu, wieħed ma setax japplika għall-kategorija “A” jekk ma kienx fil-pussess tal-kategorija “A2” għal perjodu ta’ sentejn jew aktar. Għalhekk, kien hemm numru ta’ applikanti li kellhom l-applikazzjoni tagħhom li ma’ setgħetx tiġi pproċessata minn Transport Malta. Dan ir-regolament issa ġie mibdul permezz tal-Avviż Legali Numru 149 tal-2013 maħruġ fis-17 ta’ Mejju 2013, u li issa, fost oħrajn, jippermetti li applikant li għandu eta’ ta’ mill-anqas 24 sena jista’ japplika direttament mingħajr il-bżonn li jkollu l-kategorija “A2”. Dawk l-applikazzjonijiet pendenti issa se jinħadmu mill-aktar fis u l-applikanti ser jissejħu għat-test fi żmien 3 jew 4 ġimgħat.
Leg 12 PQ #1896 Sitting 22 2013-05-27 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — persuni trasportati mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex bil-helicopter

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li ġew trasportati bil-helicopter mill-Isptar Ġenerali t'Għawdex għall-Isptar Mater Dei f'dawn l-aħħar tliet xhur, jagħti l-età tal-persuna u r-raġuni għaliex ittieħdet l-Isptar Mater Dei?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #1897 Sitting 22 2013-05-27 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — Persuni Għawdxin rikoverati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni Għawdxin rikoverati fl-Isptar Mater Dei fuq medda tal-aħħar sitt xhur? F’liema ward kienu u kemm damu hemm kull wieħed u waħda separatament?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #1898 Sitting 22 2013-05-27 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – Out patients — persuni Għawdxin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni Għawdxin li kellhom appuntamenti l-out patients l-Isptar Mater Dei f'dawn l-aħħar sitt xhur u għal liema servizz u jgħid kemm kien hemm appuntamenti li tħassru u ta' liema servizz?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

GĦAWDEX –kumpless sportiv

Question

Peress li dawk li jiffrekwentaw il-gym tal-kumpless sportiv fi Triq l-Ewropa, Rabat Għawdex, qed jilmentaw minħabba s-sħana u minkejja li saru diversi talbiet biex jiġi stallat aircondition unir ieħor, dan baqa’ qatt ma sar, jista’ l-ministru jieħu l-passi neċessarji biex jara li dan isir?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat, il-Ministru għal Għawdex.

Arriva — Ħinijiet tat-tluq

Question

Peress li l-Għawdxin li ta' kuljum jaqbdu l-vapur tal-5.00 a.m. lejn Malta qed ikollhom problemi bl-Arriva fis-sens li l-karozza tal-linja qed titlaq hekk kif appena n-nies ikunu neżlin minn fuq il-vapur u b'hekk mhux qed jilħquha u konsegwentement qed jaslu tard għax-xogħol, jista' l-Ministru jara li din il-problema tiġi indirizzata u riżolta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din il-problema qiegħda tiġi indirizzata bl-iskeda l-ġdida tas-sajf li tidħol fis-seħħ fil-ġimgħat li ġejjin. Dan huwa parti mill-eżerċizzju wiesgħa li qiegħed isir fir-rigward tat-trasport pubbliku.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — Ingaġġi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 968 u 599 u jgħid x'vakanzi mtlew fil-Ministeru u d-dekasteru li jaqa' taħtu bejn l-1 ta' Novembru 2012 u t-8 ta' Marzu 2013 u jagħmel referenza għal kull sejħa separatament?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ vakanzi li mtlew bejn l-1 ta’ Novembru 2012 u t-8 ta’ Marzu 2013 fl-entitajiet li llum jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi.
Leg 12 PQ #1527 Sitting 21 2013-05-21 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta – bdoti – sahra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' bdoti tal-Air Malta li ddaħħlu għax-xogħol meta kienu off duty? Jekk fl-affermattiv jista’ jgħid kemm swiet lill-Air Malta din is-sahra?

Response (VELLA, KARMENU)

Qiegħed inpoġġ l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #1528 Sitting 21 2013-05-21 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta – bdoti – early retirement scheme

Question

Jista’ l- Ministru jgħid kemm bdoti tal-Air Malta għamlu użu mill-early retirement scheme u kemm swiet din l-iskema lill-Air Malta?

Response (VELLA, KARMENU)

In-numri ta’ piloti li għamlu użu mill-early retirement scheme huma tnax (12). Tminn (8) piloti li ħadu s-somma kumplessiva ta’ €2,730,698.00 Pilota (1) se jitħallas is-somma ta’ €4,777.00 kull xahar sad-data tal-pensjoni fis-sena 2023 Tlett (3) piloti oħra li sa’ l-aħħar tas-sena sejrin jgħamlu użu ta’ skema b’estimu ta’ €988,076.00
Leg 12 PQ #1529 Sitting 21 2013-05-21 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta – bdoti — leave

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm bdoti ħarġu b'long leave u kemm fadlilhom minn dan il-leave bdot bi bdot?

Response (VELLA, KARMENU)

Qiegħed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.