Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #3037 Sitting 33 2013-06-19 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għas-Saħħa

OHSA — impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fl-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) f'Għawdex?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-Awtorita għas-Saħħa u s-Sigurta fuq il-Post tax-Xogħol topera minn sede waħda li għandha f’Tal Pieta, u m’għandiex uffiċċini fuq bażi reġjonali. Madanakollu, Uffiċċjali tal-Awtorita jitilgħu Għawdex skont il-ħtieġa. Ninsab infurmat li l-Awtorita tagħmel il-meżżi tagħha kollha biex Għawdex ikun inkluż fil-kampanji proattivi ta’ spezzjoni li tkun qed torganiżża.

Ir-Rabat (Għawdex) — Triq 31 ta' Marzu - asfalt

Question

Peress li r-residenti tat-Triq 31 ta' Marzu fir-Rabat Għawdex ilhom is-snin jistennew biex it-triq tiġi asfaltata, jista’ l-Ministru jgħid meta se ssir?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta sabiex tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru għal Għawdex minħabba li din it-triq ma taqax taħt ir-responsabbilta` ta’ Transport Malta.
Leg 12 PQ #2880 Sitting 31 2013-06-17 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet – proprjetà mikrija

Question

Peress li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ilu snin jilmenta u jitlob sabiex issir il-manutenzjoni meħtieġa fil-proprjetà mikrija lilu mid-Dipartiment tal-Artijiet, jista’ l-Prim Ministru jara li dawn ix-xogħlijiet isiru?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern kiteb kemm-il darba lid-Dipartiment għall-Proġetti u Żvilupp fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex sabiex jinvestiga l-ħsarat li qed tirreferi għalihom l-Onorevoli Membru, u f’każ ta’ xi periklu jieħu dawk il-passi neċessarji biex ineħħi l-periklu. Id-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern ser jerġa’ jikteb lid-Dipartiment in kwistjoni sabiex jieħu l-passi neċessarji.

Liġi dwar il-Vjolenza Domestika — reviżjoni

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 2608 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Peress li issa għaddew diversi snin minn meta għaddiet il-Liġi dwar il-Vjolenza Domestika, u peress li huwa iktar minn opportun li din il-liġi tiġi mtejba anke abbażi tal-esperjenza li akkwistajna matul dawn is-snin partikolarment il-ħtieġa ta' interim eviction order, tista’ l-Ministru tgħid jekk il-liġi hix se tiġi riveduta?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant fir-rigward tar-reviżjoni tal-Liġi dwar il-Vjolenza Domestika, s-sena l-oħra, Malta iffirmat il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni u Ġlieda kontra l-Vjolenza kontra n-Nisa u l-Vjolenza Domestika (CAHVIO) li tinkludi mizuri ta’ protezzjoni b’effett immedjat. Qed isir studju sabiex l-ligi tirrifletti din il-Konvenzjoni.

ETC – sejħiet għall-applikazzjonijiet – linji gwida

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ (ETC) għandhiex xi linji gwida jew kodiċi li ma jħallux lill-entitajiet pubbliċi jemendaw il-kwalifiki u l-esperjenza mitluba f’sejħiet għall-applikazzjonijiet mingħajr ma tinġieb minn qabel approvazzjoni ġdida mill-PAHRO għal dawn l-emendi? Jekk iva x’inhuma dawn il-linji gwida jew kodiċi?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ timxi fuq linja gwida ċara - jiġifieri li entita' pubblika trid tuża dawk il-kwalifiki u/jew esperjenza li jkunu approvati mill-PAHRO fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet li tagħmel. Kull entita' pubblika taf li jekk ser tagħmel tibdiliet fil-kwalifiki u/jew esperjenza għal xi vakanza partikolari wara li hija tkun ġabet l-approvazzjoni tal-PAHRO, allura jekk ser tibdel il-kwalifiki u/jew l-esperjenza approvati, l-entita' trid terġa' titlob lill-PAHRO biex japprovalha l-kriterji kif mibdula.

ETC – Sejħiet għall-applikazzjonijiet – kwalifiki u esperjenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk f’każ ta’ sejħa għall-applikazzjonijiet li l-kwalifiki u l-esperjenza fl-istess sejħa jkunu emendati mingħajr ma qabel tinġieb approvazzjoni ġdida mill-PAHRO għal dawn l-emendi, impjieg li jkun ibbażat fuq dik is-sejħa jiġix dikjarat mill-Korporazzjoni għall-Impjieg u t-Taħriġ (ETC) bħala wieħed irregolari?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li f'każ fejn il-kwalifiki u/jew l-esperjenza meħtieġa mill-applikanti għal xi vakanza partikolari jkunu emendati mingħajr ma qabel tinġieb approvazzjoni ġdida mill-PAHRO, impjieg li jkun ibbażat fuq kriterji mhux approvati mill-PAHRO jiġi ddikjarat mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ (ETC) bħala wieħed irregolari u l-engagement form tal-persuna magħżula ma tkunx aċċettata. F'dawn il-każijiet, il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ tibgħat ittra uffiċjali lill-entita' konċernata biex tinfurmaha dwar dan.

Procurement Committee — laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa’ l-Procurements Committee fi ħdan il-Malta Enterprise mill-ewwel ta’ din is-sena s’issa? Jista’ jgħid ukoll x’kienu d-dati ta’ dawn il-laqgħat, il-ħinijiet ta’ meta saru u l-persuni li ffurmaw il-kumitat waqt il-laqgħat imsemmija?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninsab infurmat li fil-Malta Enterprise/Malta Industrial Parks Ltd hemm żewġ kumitati ta' Procurement:- 1) Il-Procurement Committee li jevalwa Quotations/Departmental Tenders li minn Jannar 2013 sal-lum iltaqa’ 6 darbiet. 2) L-Evaluation Committee li jevalwa Tenders tad-Dipartiment tal-Kuntratti u tenders li huma iffinanzjati mill-fondi tal-UE. Dan il-kumitat iltaqa’ 17-il darba minn Jannar 2013 sal-lum. Iktar dettalji dwar id-dati u l-ħinijiet tal-laqgħat kif ukoll l-membri ta' dawn il-kumitati huma ndikati fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #2766 Sitting 30 2013-06-12 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

PAHRO — sejħiet għall-applikazzjonijiet – kwalifiki u esperjenza

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk sejħa għall-applikazzjonijiet tibqax valida u legali jekk jirriżulta li entità pubblika temenda l-kwalifiki u l-esperjenza f’dik is-sejħa, hekk kif jiġu approvati mill-Public Administration and Human Resources Office (PAHRO) mingħajr ma qabel l-entità pubblika ġġib approvazzjoni ġdida mill-istess PAHRO biex tagħmel dawn l-emendi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab infurmat li s-sejħiet ta’ applikazzjonijiet maħruġa mill-entitajiet pubbliċi jridu dejjem jirriflettu l-kriterji ta’ kwalifiki u esperjenzi hekk kif approvati mill-Uffiċċju tar-Riżorsi Umani fl-Amministrazzjoni Pubblika (PAHRO).
Leg 12 PQ #2855 Sitting 30 2013-06-12 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għat-Turiżmu

Ir-Rabat (Għawdex) — Triq in-Neolitiċi - asfalt

Question

Peress li r-residenti tat-Triq in-Neolitiċi fir-Rabat Għawdex ilhom snin jitolbu li t-triq tagħhom tiġi asfaltata, jista’ l-Ministru jgħid meta se jsir dan ix-xogħol?

Response (VELLA, KARMENU)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Għawdex — Servizz ta’ Telecare

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm persuni f’Għawdex li għandhom is-servizz ta’ telecare?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ dawk li għandhom is-servizz tat-Telecare f Għawdex huwa 518.

Għawdex — fostering

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm persuni f’Għawdex li qed jagħmlu fostering u tgħid kemm hemm qualified foster parents f’Għawdex?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li hemm 22 persuna f’Għawdex li qed jagħmlu fostering (2 minnhom huma mal-Specialized Home Based Care). In-numru ta’ approved foster carers f’Għawdex huwa ta’ 11 (dan jinkludi lit-2 specialized foster carers ), in-numru ta’ foster carers f’Għawdex li qed jistennew approvazzjoni huwa ta’ 3, filwaqt li n-numru ta’ foster carers f’Għawdex li l-assessment tagħhom qiegħed fil-proċess huwa ta’ 8. Minn dawk it-tmien foster carers f’Għawdex li l- assessment tagħhom qiegħed fil-proċess, b’rapport ta’ tlieta minnhom ġie sottomess lill-Fostering Board u qed nistennew risposta. Filwaqt li l-ħamsa l-oħra l- assessment tagħhom qiegħed fil-proċess; jiġifieri qegħdin jiġu mwettqa l- homevisits , biex imbagħad isir l- assessment report biex jiġi sottomess lill-Fostering Board. Dan wara course li sar din is-sena f’Għawdex.
Leg 12 PQ #2604 Sitting 27 2013-06-05 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għat-Turiżmu

In-Nadur (Għawdex) — Triq ir-Ramla- asfaltar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2240 li saret lill-Ministru għal Għawdex u mistoqsija parlamentari 1974 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura u issa ġew riferuti lilu u ċjoè: Peress li r-residenti ta’ Triq Ramla in-Nadur, liema triq mhux dik li tieħu għar-Ramla imma li tmiss ma’ Triq Binġemma u hija parti mill-housing estate, ripetutament jilmentaw bl-istat ħażin tat-triq u hemm ħofor fondi, jista’ l-Ministru jara li titqaxxar l-art fejn hemm dawn il-ħofor u tiġi asfaltata dik il-parti?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tan-Nadur li l-Kunsill jagħmel patching regolari u kull meta jinħass il-bżonn, fit-triq li rreferiet għaliha l-Onorevoli Interpellant. L-aħħar patching ta’ din ix-xorta sar f’Mejju li għadda. Intant il-Kunsill Lokali reċentement ħareġ tender sabiex it-triq in kwistjoni tingħata wiċċ ġdid, madankollu nfurmat li l-Kunsill mhux f’pożizzjoni finanzjarja li jagħmel dan ix-xogħol.

Kawżi ta’ Vjolenza Domestika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-kawżi tal-vjolenza domestika matul is-sena 2013 kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex? Jista’ jgħid kemm ġew deċiżi, kemm ġew rinunzjati, kemm mill-akkużati huma rġiel u kemm nisa u jekk hemmx reċedivi u/jew akkużati li għandhom iktar minn akkuża waħda?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Jannar u Mejju ta’ din is-sena kien hemm 381 każ vjolenza domestika li ġew imressqa quddiem il-Qorti mill-Pulizija. Minn dawn s’issa ġew deċiżi 299 każ, li minnhom 248 kienu dikjarati bħal proċediment eżawrit jew rinunzjati. Infurmat ukoll illi f’249 każ l-akkużati kienu rġiel u f’132 każ l-akkużati kienu nisa, li wħud minnhom kienu akkużati aktar minn darba.

Qorti Volontarju — proċeduri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm proċeduri fil-Qorti Volontarju f’din l-aħħar sena skont it-tip ta’ proċedura u dan kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta’ Proċeduri inizzjati fil-Qorti Ċivili (Ġurisdizzjoni Volontarja) f’Malta u f’Għawdex matul is-sena 2012 kienu kif ġej: Malta: Proċedura Malta Aċċettazzjoni Wirt 30 Aċċettazzjoni bis-setgħa ta’ ġenitur 22 Adozzjonijiet 75 Awtorizzazzjni Bejgħ, Xiri u Self 75 Awtorizzazzjoni Ġenerali 102 Donazzjoni 11 Diviżjoni 4 Nomina Eżekutur Testamentarju 36 Inabilitazzjoni/nomina kuratur 13 Interdizzjoni/nomina kuratur 49 Nomina kuratur 11 Protezzjoni minuri (riċerka) 84 Ftuħ u Pubb. Testment Sigriet 12 Revoka Digriet 13 Reża Konti 12 Rinunzja eredita 103 Rinunzja nomina Eżekutur 16 Xoljiment tal-Komunjoni 105 Apertura Suċċessjoni 98 Taxxi 21 Żbank 44 Proċeduri varji 51 Total 987 Ġew Depożitati 31 testment sigriet: Ġew ippreżentati 6494 talbiet għal riċerki testamentarji Għawdex Proċedura Għawdex Bejgħ 5 Komunjoni tal-Akwisti 3 Pubblikazzjoni Kuntratt 8 Awtorizazzjoni Ġenerali 15 Eżekuterija 3 Awtorizazzjoni Trasferiment 4 Inabilitazzjoni/Ħatra Kuratur 8 Interdizzjoni Atti Ħajja Ċivili 4 Ħrug Passaport 2 Rikors Protezzjoni minuri (Kap. 518) 78 Separazzjoni Dei Beni 3 Apertura Suċċessjoni 7 Awtorizzazzjoni Żbank 3 Revoka Digriet 1 Rexissjoni Kuntratt 2 Eżekuzzjoni 1 Ordni Pubblikazzjoni Kuntratt 1 Pubblikazzjoni Testment Sigriet 1 Total 149 Ġew Depożitati 2 testment sigriet. Ġew ippreżentati 0 talbiet għal riċerki testamentarji – tali talbiet isiru lil Qorti Malta stante li minn hemmhekk imbagħad joħroġ ir-ricerka kemm dwar testmenti preżentati fil-Qorti Malta kif ukoll Għawdex Toħrog ricerka konġunta.

Għawdex – Qbid ta’ droga

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm qbid ta’ droga mill-pulizija f’Għawdex dawn l-aħħar tliet xhur?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul ix-xhur ta’ Marzu, April u Mejju ta’ din is-sena, id-droga maqbuda mill-Pulizija f’Għawdex kienet hekk: Heroin 485.5grms Cocaine 2grms Ecstacy 6 tablets

Liġi dwar il-Vjolenza Domestika — reviżjoni

Question

Peress li issa għaddew diversi snin minn meta għaddiet il-Liġi dwar il-Vjolenza Domestika, u peress li huwa iktar minn opportun li din il-liġi tiġi mtejba anke abbażi tal-esperjenza li akkwistajna matul dawn is-snin partikolarment il-ħtieġa ta' interim eviction order, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-liġi hix se tiġi riveduta?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Għawdex – persuni li jieħdu pensjoni ta’ diżabilità severa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm persuni f'Għawdex li jieħdu pensjoni ta' diżabilità severa?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ persuni li jirċievu l-pensjoni ta’ diżabilità severa f’Għawdex hu ta 41.

Minorenni mressqa l-qorti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet fil-qorti tal-minorenni f'dawn l-aħħar sentejn, kemm minnhom kienu dwar akkużati bniet u kemm minnhom subien, kemm f'Malta u f'Għawdex separatament skont it-tip ta' reat li ġew akkużati bih?

Response (MALLIA, EMANUEL)

B’żieda mat-tagħrif li jien tajt fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2158, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuni minuri li ġew imressqa quddiem il-Qorti tal-Minorenni matul dawn l-aħħar sentejn kienu kif ġej: Subien Bniet Total 2011 Malta 104 22 126 Għawdex 4 nil 4 Total 108 22 130 2012 Malta 70 38 108 Għawdex 7 1 8 Total 77 39 116
Leg 12 PQ #2168 Sitting 25 2013-06-03 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – kumpless sportiv

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1951 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Edukazzjoni u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Peress li dawk li jiffrekwentaw il-gym tal-kumpless sportiv fi Triq l-Ewropa, ir-Rabat Għawdex, qed jilmentaw minħabba s-sħana u minkejja li saru diversi talbiet biex jiġi stallat airconditioning unit ieħor, dan baqa’ qatt ma sar, jista’ l-ministru jieħu l-passi neċessarji biex jara li dan isir?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-GYM tal-Kumpless Sportiv t'Għawdex huwa mghamar b'aircondition unit ta' 24000 BTU. Ix-xiri ta' aircondition unit ieħor isir meta jkun hemm fondi meħtieġa. Il- vot ta' din is-sena għall-kumpless sportiv l-anqas huwa biżżejjed biex ikopri l-ispejjeż kommessi mill-gvern preċidenti li kien hu ukoll li ppropona kemm kellu jkun il-vot għal din is-sena
Leg 12 PQ #2169 Sitting 25 2013-06-03 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – Out patients — persuni Għawdxin

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1898 u jgħid kemm kien hemm persuni Għawdxin li kellhom appuntamenti l-out patients l-Isptar Mater Dei f'dawn l-aħħar sitt xhur u għal liema servizz u jgħid kemm kien hemm appuntamenti li tħassru u ta' liema servizz?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.