Legislature:
Category:
Reset
Active:

Fabbriki – tneħħija ta’ asbestos

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Malta Enterprise u/jew il-Malta Industrial Parks qattx għamlu studju dwar il-preżenza u tneħħija tal-asbestos mill-fabbriki fiż-żoni industrijali? Meta sar? Min għamel tali studju u kemm sewa?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninsab infurmat li l-MIP għamlet studju dwar il-preżenza ta’ asbestos fil-fabbriki fiż-żoni industrijali amministrati mill-MIP. Il-maġġoranza tas- surveys saru fl-2009 u l-kumplament fl-2011. Is- surveys saru kollha mill-kumpanija ADI Ltd u n-nefqa globali kienet ta’ €598,369.58, VAT inkluż.

Dar Malta — impjegati

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid min huma dawk il-ħaddiema impjegati ġewwa Dar Malta fi Brussell? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti tagħhom? X’inhuma l-karigi tagħhom? Kif daħlu jaħdmu hemm? X’pagi għandhom?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra

Malta Enterprise – tenders/direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat mill-Malta Enterprise taħt it-tmexxija taċ-Chairman li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament? Kemm kien il-valur ta’ kull tender? Lil min ingħata? Fiex kien jikkonsisti kull tender?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninsab infurmat li taħt it-tmexxija taċ-Chairman (Mr Alan Camilleri) ġew mogħtija numru ta' direct orders/offerti restritti hekk kif indikat fil-perjodi msemmija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Malta Enterprise – safar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża f’safar u entertainment li għamel iċ-Chairman, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, f’Malta Enterprise? Jista’ jingħata rendikont xahar b'xahar? Fejn saru s-safriet u x’kienu r-raġunjiet tagħhom? Il-Malta Enterprise ingħatat ġustifikazzjoni ta’ tali żjarat?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Malta Enterprise — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet in-nefqa f’xogħlijiet u servizzi, inkluż għamara fil-bini tal-Malta Enterprise, taħt it-tmexxija tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Fiex kienet tikkonsisti tali nefqa, fejn saret u kemm qamet? Jista’ jgħid jekk tħallsux ix-xogħlijiet kollha?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninsab infurmat li taħt it-tmexxija taċ-Chairman - Mr Alan Camilleri, kien hemm diversi xogħlijiet u servizzi li saru fil-Malta Enterprise. B’rigward fiex kienu jikkonsistu tali nefqiet, fejn saru, kemm qamu u jekk tħallsux, dan huwa indikat fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Malta Enterprise – chairman

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien s-salarju tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament bħala Chairman tal-Malta Enterprise? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt? X’kienu l-benefiċċji u perkaċċi oħra li kellu dan l-individwu?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninsab infurmat li l-benfiċċji tal-persuna konċernata huma: Salarju ta' €70,000 fis-sena Spejjeż tal-mobile u linja fissa Spejjeż ta' internet Użu ta' karozza uffiċjali 'Hospitality expenses' relatati max-xogħol International Health insurance

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — impjegati li qed isegwu kors l-Università

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċċji kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qed jagħmlu kors l-università u/jew kors online ma' Università barranija (indikati separatament)? Jista’ jgħid liema korsijiet huma? Jista’ jgħid x’inhu l-grad ta’ kull impjegat u jekk id-dipartiment ikkonċernat hux qed jagħti xi għajnuna? Jekk fl-affermattiv, x’inhi din l-għajnuna?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-għadd ta' mpjegati li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċċji kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi li qed jagħmlu kors fl-Universita' ta' Malta u/jew kors online ma' Universita` barranija u li qed jingħataw xi forma ta' għajnuna finanzjarja jew ta' xi tip ieħor, hu kif jidher fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kif se nsemmi:- Tabella 'A':- Direttorat għal Servizzi Edukattivi Tabella 'B':- Direttorat għal Kwalita' u Standards fl-Edukazzjoni Tabella 'C':- Direttorat għal Servizzi Korporattivi/Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja/Information Management Unit Tabella 'D':- Universita' ta' Malta Tabella 'E':- MCAST Tabella 'F':- Arkivji Nazzjonali/Malta Libraries/Kummissjoni Nazzjonali għal Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla.
Leg 12 PQ #3795 Sitting 54 2013-07-17 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — impjegati li qed isegwu kors l-Università

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċċji kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qed jagħmlu kors l-università u/jew kors online ma' Università barranija (indikati separatament)? Jista’ jgħid liema korsijiet huma? Jista’ jgħid x’inhu l-grad ta’ kull impjegat u jekk id-dipartiment ikkonċernat hux qed jagħti xi għajnuna? Jekk fl-affermattiv, x’inhi din l-għajnuna?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija kif muri fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Madanakollu, tajjeb li jingħad illi r-risposta tinkludi biss informazzjoni dwar dawk l-impjegati li qed jagħmlu kors l-universita’ u li lilhom qed tingħata xi tip ta’ għajnuna mill-Gvern. Għalhekk, impjegati li qed jagħmlu kors ta’ livell terzjarju mhux waqt il-ħin tax-xogħol u li mhux qed jieħdu għajnuna mill-Gvern mhumiex inklużi.

Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — impjegati li qed isegwu kors l-Università

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċċji kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qed jagħmlu kors l-università u/jew kors online ma' Università barranija (indikati separatament)? Jista’ jgħid liema korsijiet huma? Jista’ jgħid x’inhu l-grad ta’ kull impjegat u jekk id-dipartiment ikkonċernat hux qed jagħti xi għajnuna? Jekk fl-affermattiv, x’inhi din l-għajnuna?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qieghdha tiġi ppreżentata fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — impjegati li qed isegwu kors l-Università

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm impjegati li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċċji kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha li qed jagħmlu kors l-università u/jew kors online ma' Università barranija (indikati separatament)? Tista’ tgħid liema korsijiet huma? Tista’ tgħid x’inhu l-grad ta’ kull impjegat u jekk id-dipartiment ikkonċernat hux qed jagħti xi għajnuna? Jekk fl-affermattiv, x’inhi din l-għajnuna?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — impjegati li qed isegwu kors l-Università

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm impjegati li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċċji kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha li qed jagħmlu kors l-università u/jew kors online ma' Università barranija (indikati separatament)? Tista’ tgħid liema korsijiet huma? Tista’ tgħid x’inhu l-grad ta’ kull impjegat u jekk id-dipartiment ikkonċernat hux qed jagħti xi għajnuna? Jekk fl-affermattiv, x’inhi din l-għajnuna?

Response (DALLI, HELENA)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

MGTIL – studji kkommissjonati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-istudji li ġew ikkummissjonati minn MGTIL matul is-snin 2010, 2011, 2012 u 2013? Min għamel dawn l-istudji? X’kienu r-raġunijiet li saru tali studji? Kemm tħallas għal kull studju?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninsab infurmat li l-MGTIL kkommissjonat studju wieħed bejn is-snin 2011 u 2012 - FDI Promotion Strategy (maħruġ b’tender). Dan l-istudju sar minn Ernst & Young International Location Advisory Services ibbażati f'Pariġi u Amsterdam, flimkien ma’ Ernst & Young Malta. Ir-raġunijiet li sar tali studju kienu :- · Biex twassal il-Viżjoni tal-Gvern fis-setturi tal-Media u ICT f'Malta · Biex tistudja u tidentifika t-'Trends' internazzjonali fis-setturi tal-Media u ICT li jistaw jinfluwenzaw id-deciżjonijiet tal-Investituri Barranin · Biex tpoġġi lil Malta fuq il-mappa biex tattira investiment barrani f'dawn is-setturi · Biex tidentifika strateġija biex Malta tkun iktar attrajenti lejn dawn l-investituri · Biex tfassal strateġija ta’ promozzjoni u tidentifika setturi speċifiċi Biex twassal lil Malta biex ikollha pjan ta’ azzjoni biex timplimenta din l-istrateġija, kif ukoll jiġu identifikati numru ta’ investituri. Il-ħlas għal dan l-istudju kien ta €211,999.98.

Benefiċċji soċjali — żidiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’zidiet fil-benefiċċji soċjali se jingħataw fil-ġranet li ġejjin? Kemm hu l-ammont globali ta’ din iż-żieda u kemm persuni se jibbenefikaw minnhom?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-żidiet li se jitħallsu fis-6 ta’ Lulju se jingħataw lil dawk il-familji li jirċievu l-Allowance għat-Tfal u jgħixu bil-paga minima nazzjonali u lil dawk il-persuni li laħqu l-eta’ ta’ 65 sena, qegħdin f’riskju ta’ faqar u jirċievu l-Għajnuna Supplimentari. Skont l-informazzjoni miġbura jirrizulta li bil-miżura għall-allowance għat-tfal għandhom jibbenefikaw madwar 4,095 familja bi spiza globali ta’ madwar €475,000 filwaqt illi bil-mizura tal-Għajnuna Supplimentari għandhom jibbenefikaw 4,512 persuni bi spiza globali ta’ madwar €450,000.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — impjegati li qed isegwu kors l-Università

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċċji kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qed jagħmlu kors l-Università u/jew kors online ma' università barranija (indikati separatament)? Jista’ jgħid liema korsijiet huma? Jista’ jgħid x’inhu l-grad ta’ kull impjegat u jekk id-dipartiment ikkonċernat hux qed jagħti xi għajnuna? Jekk fl-affermattiv, x’inhi din l-għajnuna?

Response (MIZZI, JOE)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #3789 Sitting 53 2013-07-16 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — impjegati li qed isegwu kors l-Università

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċċji kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qed jagħmlu kors l-università u/jew kors online ma' Università barranija (indikati separatament)? Jista’ jgħid liema korsijiet huma? Jista’ jgħid x’inhu l-grad ta’ kull impjegat u jekk id-dipartiment ikkonċernat hux qed jagħti xi għajnuna? Jekk fl-affermattiv, x’inhi din l-għajnuna?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — impjegati li qed isegwu kors l-Università

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċċji kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qed jagħmlu kors l-Università u/jew kors online ma' università barranija (indikati separatament)? Jista’ jgħid liema korsijiet huma? Jista’ jgħid x’inhu l-grad ta’ kull impjegat u jekk id-dipartiment ikkonċernat hux qed jagħti xi għajnuna? Jekk fl-affermattiv, x’inhi din l-għajnuna?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba se titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — impjegati li qed isegwu kors l-Università

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċċji kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qed jagħmlu kors l-Università u/jew kors online ma' università barranija (indikati separatament)? Jista’ jgħid liema korsijiet huma? Jista’ jgħid x’inhu l-grad ta’ kull impjegat u jekk id-dipartiment ikkonċernat hux qed jagħti xi għajnuna? Jekk fl-affermattiv, x’inhi din l-għajnuna?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — impjegati li qed isegwu kors l-Università

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċċji kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qed jagħmlu kors l-Università u/jew kors online ma' università barranija (indikati separatament)? Jista’ jgħid liema korsijiet huma? Jista’ jgħid x’inhu l-grad ta’ kull impjegat u jekk id-dipartiment ikkonċernat hux qed jagħti xi għajnuna? Jekk fl-affermattiv, x’inhi din l-għajnuna?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għaddewlna, qiegħed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub, miġbur f’Tabella.
Leg 12 PQ #3793 Sitting 53 2013-07-16 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — impjegati li qed isegwu kors l-Università

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċċji kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qed jagħmlu kors l-Università u/jew kors online ma' università barranija (indikati separatament)? Jista’ jgħid liema korsijiet huma? Jista’ jgħid x’inhu l-grad ta’ kull impjegat u jekk id-dipartiment ikkonċernat hux qed jagħti xi għajnuna? Jekk fl-affermattiv, x’inhi din l-għajnuna?

Response (REFALO, ANTON)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #3778 Sitting 52 2013-07-15 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Direct Orders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders fl-aħħar tliet xhur u jagħti d-dettalji relattivi?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra.