Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm helpers impjegati mal-home help services fit-8 ta’ Marzu 2013 u jgħid kemm hemm helpers illum?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li f'Marzu 2013 kien hemm 83 Assistenti Soċjali jaħdmu mal-Uffiċċju tal-Anzjani. Illum hemm 82 Assistenti Soċjali jagħtu s-servizz. Barra minn hekk il-Ministeru għal Għawdex daħal f'kuntratt mal-kumpanija Support Services Ltd biex tintlaħaq id-domanda li hemm għal dan is-servizz.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għal home help f’Marzu 2013 u jgħid kemm minnhom ġew milqugħa wara l-elezzjoni ġenerali u jindika l-lokalitajiet ta’ fejn ġiet allokata l-għajnuna fid-dar?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li t-talbiet għall-Home Helpf'Marzu 2013 kienu jammontaw għal 10. Minn dawn, disgħa ngħataw servizz u jinsabu f'dawn il-lokalitajiet:
4 in-Nadur
2 ir-Rabat
2 Għajnsielem
1 ix-Xagħra.
Każ ieħor li jinsab Marsalforn ma ngħatax servizz skont id-deċiżjoni tal-Bord.
Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ – registered disabled persons
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni reġistrati bħala registered disabled persons mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex? Jista’ jgħid dawn il-persuni kemm ilhom fuq dan ir-reġistru?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Qorti t’Għawdex – każijiet dwar bejgħ ta’ xorb lil minorenni
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet li tressqu l-Qorti t’Għawdex u ta’ Malta separatament matul dawn l-aħħar sitt xhur dwar bejgħ ta’ xorb lil minorenni?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
B’riferenza għall-mistoqsija;
Ninforma lill-Onor Interpellata kif ġej:
Dipartiment Qrati tal-Ġustizzja
Fid-direttorat tal-Qrati u Tribunali Kriminali (Malta) tali nformazzjoni ma tinżammx iżda l-istess informazzjoni tista’ tinkiseb mid-dipartiment tal-Pulizija.
Qrati u Tribunali (Ghawdex)
Fil-Qorti ta’ Għawdex, matul dawn l-aħħar sitt xhur (sal-aħħar ta’ Ottubru), ma kellna ebda każ dwar bejgħ ta’ xorb lil minorenni.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien każijiet li tressqu l-Qorti t’Għawdex u ta’ Malta separatament matul dawn l-aħħar sitt xhur minn minorenni fuq minorenni oħra?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
B’riferenza għall-mistoqsija;
Ninforma lill-Onor. Interpellata kif gej:
Dipartiment Qrati tal-Ġustizzja
Fid-direttorat tal-Qrati u Tribunali Kriminali (Malta) tali nformazzjoni ma tinżammx iżda l-istess informazzjoni tista’ tinkiseb mid-dipartiment tal-Pulizija.
Qrati u Tribunali (Ghawdex)
Fil-Qorti ta’Għawdex, f’dawn l-aħħar sitt xhur, tressqu tliet minorenni dwar każijiet fuq minorenni li, pero’, jirrigwardaw l-istess inċident/każ.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm każijiet ta’ persuni Għawdxin li ġew riferuti lill-Aġenzija Appoġġ abbażi tal-protokoll li kien ġie ffirmat bejn il-Ministeru għal Għawdex taħt l-amministrazzjoni preċedenti u l-FSWS? Tista’ tgħid għal liema servizz ġew riferuti?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lil Onor. Interpellant li kien hemm żewġ każijiet ta’ persuni Għawdxin li ġew riferuti lill-Intake and Family Support Services, u ħames każijiet ta’persuni Għawdxin li ġew riferuti lill-Child Protection Services minn Marzu 2013.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm persuni Għawdxin u/jew residenti f’Għawdex li qed jiffosterjaw tfal u tagħti l-informazzjoni skont it-tip ta’ fostering? Tista’ tagħti ukoll kemm ilu jsir il-fostering għal kull tifel u tifla?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Peress li diversi studenti tas-sixth form Għawdxin qed jilmentaw għaliex l-ismart card mhix qed tiġi aċċettata mill-examination centre, jista’ l-Ministru jara x’inhi l-problema?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li sa issa qatt ma nħass il-bżonn li ċ-Ċentru tal-Eżamijiet f’Għawdex ikollu Smart Card Reader peress li l-istudenti tas-Sixth Form kienu jużaw il-faċilita` tal-ismart card reader li hemm fil-Librerija ta’ Sir M’Ang Refalo li qiegħed żewġ passi bogħod miċ-Ċentru tal-Eżamijiet .
Ministeru tal-Finanzi – safar minn ministeru preċedenti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5524 u jgħid x’kienet in-nefqa tal-Ministri preċedenti u ċjoè dawk inkarigati mill-ekonomija,mill-investiment u minn negozji żgħar f’safar matul l-aħħar leġiżlatura? Jista’ jagħti rendikont ta’ kull safra, il-kompożizzjoni tad-delegazzjoni, ir-raġuni ta’ kull safra u n-nefqa għal kull safra?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Peress li l-Amministrazzjoni ta’ qabel kienet għaddiet l-indiċijiet tal-atti notarili kollha li kienu jeżistu fir-Reġistru Pubbliku lil ditta privata biex jiġu diġitalizzati, liema indiċijiet qatt ma reġgħu lura Għawdex, u peress li dawn l-indiċijiet issa kollha huma diġitalizzati, jista’ l-Ministru jgħid huwiex possibbli li dawn jerġgħu jittieħdu lura Għawdex fejn kienu għal dawn l-aħħar mijiet għas-snin ħalli min ikun jinteressah jkun jista’ jikkonsultahom fil-post oriġinali tagħhom?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed tiġi eżaminata din il-possibiltà.
Peress li f’Għawdex m’għandniex is-servizz ta’ avukati tat-tfal u peress li kull ma jmur qed jinħass il-bżonn li jkollna avukat tat-tfal f’Għawdex stess, jista’ l-Prim Ministru jara li f’Għawdex ukoll ikollna s-servizzi ta’ avukat tat-tfal?
Peress li fil-Qorti t’Għawdex qed ikollna diffikultajiet dwar ħatra ta’ esperti jew periti u peress li ma jkunux iridu jittraġittaw lejn Għawdex biex jespletaw l-inkarigu tagħhom u allura qed nispiċċaw inkunu limitati fl-għażla, jista’ għalhekk il-Prim Ministru jara li din is-sitwazzjoni tiġi riżolta anke billi jingħataw iktar riżorsi lill-Qorti t’Għawdex?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Id-diffikulta’ dwar l-esperti hija mill-Qorti ta’ Għawdex illi, meta mqabbel mal-Qorti ta’ Malta jdumu aktar biex jitħallsu.
Madanakollu l-Ministeru għal Għawdex finalment dejjem jagħti l-fondi meħtieġa biex jitħallsu l-ammonti dovuti.
Rigward il-limitazzjoni fl-għażla ta’ esperti, din hi prerogattiva tal-Ġudikant.
Peress li minkejja li fil-Qorti t’Għawdex perjodikament ikun hemm il-bżonn li jinħatru probation officers, peress li dan is-servizz ma jingħatax f’Għawdex, u peress li hemm persuni kwalifikati bħala probation officers, allura ma jaħsibx il-Prim Ministru li wasal iż-żmien li f’Għawdex ukoll ikollna dan is-servizz?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nissuġġerixxu lill-Onorevoli Interpellant biex jidderiġi din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat , responsabbli mill-“Probation and Parol.
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar l-inċidenza u prevalenza ta' infectious diseases bħall-influenza, liema informazzjoni għandha tinkludi r-rati ta' mortalità u tilqim? Jista’ jagħti din l-informazzjoni skont l-età u s-sess?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li ir-rata ta’ l-influwenza tvarja skont iż-żmien tas-sena. Bħalissa jidher li għal kull elf persuna li tmur ghand it-tabib tal-familja, disa’ minn dawn jkunu minħabba sintomi tal-influenza.Din ir-rata tibqa’ tiela sa Jannar/Frar u wara terġa tibda nieżla. Ir-rata fis-snin tal-passat leħqet massimu ta 150 persuna minn kull elf persuna li tmur għand it-tabib fl-ewwel xhur tas-sena.
Skont l-informazzjoni miġbura mill-“Hospital activity analysis” in-numru ta’ persuni li ddaħħlu l-isptar minħabba l-influwenza huwa skont it-tabelli ta' hawn taħt.
sena
Xaghar
Numru ta kazijiet
2012
Novembru
1
2013
Jannar
17
Frar
8
Marzu
3
April
1
Totali
30
Eta
Numru ta kazijiet
0-9
15
10-19
3
20-29
2
30-39
1
50-59
2
60-69
2
70-79
2
80-89
3
Totali
30
Min barra dan jkun hemm numru sostanzjali ta persuni li jidħlu l-isptar minħabba kumplikazzjonijiet mill influwenza bħal bronkite, pneumonia, attakki ta l-ażma u attakki ta’ qtugħ ta’ nifs li ma humiex mdahhlin fit-tablella ta’ hawn fuq.
Skont ir-Reġistru Nazzjonali ta’ l-Imwiet, in-numru ta’ każijiet ta’ mwiet li huma meqjusa bħala li kienu kkaġunati mill-
influenza
fiż-żewġ sessi bejn is-sena 1995 u is-sena 2012 kien ta’ 22 mewt f’residenti ta’ Malta u Għawdex. Ma’ dawn kien hemm ukoll 3 każijiet ta’ mwiet fejn l-
influenza
kienet meqjusa bħala kontributorja għall-mewt.
Mit-22 mewt li huma meqjusa bħala li kienu kkaġunati mill l-
influenza
, 15 kienu fl-irġiel u 7 kienu fin-nisa. Ħdax seħħew f’persuni bejn l-età ta’ 85 u 94 sena, 6 f’persuni bejn l-età ta’ 75 u 84 sena, 3 f’persuni bejn l-età ta’ 65 u 74 sena, u 2 f’persuni taħt l-età ta’ 65 sena.
L-ikbar numru ta’ każijiet kienu fl-2000 u fl-2009.
Ma kienx hemm każijiet ta’ mwiet li kienu meqjusa bħala kkaġunati minn l-
influenza
fl-2011 u fl-2012.
Skola tas-Subien Ninu Cremona – użu għad-dixxiplina tal-atletika
Question
Peress li qed ikun hemm diversi lmenti fis-sens li għandna ħafna tfal u persuni oħra li jixtiequ jipprattikaw id-dixxiplina tal-atletika, u hemm il-faċilitajiet fl-iskola tas-subien Ninu Cremona fir-Rabat Għawdex iżda mhux qed jitħallew jużaw dawn il-faċilitajiet, jista’ l-Ministru jispjega għaliex qed isir dan?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi li l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol qed jirċievi diversi talbiet biex organizzazzjonijiet sportivi f'Għawdex ikunu jistgħu jipprattikaw id-dixxiplina tal-atletika u sport ieħor. Ix-xogħol fuq il-faċilità fl-iskola tas-Subien Ninu Cremona tal-Kulleġġ ta' Għawdex huwa kważi lest.
Kif inhi l-prattika u l-proċedura, ladarba jitlestew ix-xogħlijiet fuq dawn il-faċilitajiet sportivi, jibdew il-proċeduri għall-użu tagħhom billi ssir talba mill-Kunsill Malti għall-Isport lid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi sabiex isir il-kuntratt bejn din l-entita' u d-Direttorat. B'hekk jiġi assigurat li l-affarijiet isiru skont il-proċedura.
Ministeru tal-Finanzi – safar minn ministeru preċedenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet in-nefqa tal-Ministri preċedenti u ċjoè dawk inkarigati mill-ekonomija,mill-investiment u minn negozji żgħar f’safar matul l-aħħar leġiżlatura? Jista’ jagħti rendikont ta’ kull safra, il-kompożizzjoni tad-delegazzjoni, ir-raġuni ta’ kull safra u n-nefqa għal kull safra?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — safar minn ministeru preċedenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet in-nefqa tal-Ministri preċedenti u ċjoè dawk inkarigati mill-ekonomija, mill-investiment u minn negozji żgħar f’safar matul l-aħħar leġiżlatura? Jista’ jagħti rendikont ta’ kull safra, il-kompożizzjoni tad-delegazzjoni, ir-raġuni ta’ kull safra u n-nefqa għal kull safra?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministri konċernati.
Peress li l-listi tal-kawżi ċivili jkunu fuq il-website tal-gvern u saħansitra hemm in-noticeboard list iżda in kwantu għall-kawżi tal-kriminal ma hemm ebda servizz ta' dan it-tip, jista’ l-Prim Ministru jikkonsidra li din in-noticeboard list fil-website tal-gvern ikollha wkoll il-kawżi tal-kriminal?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ninsab mgħarraf li minħabba l-volum kbir ta’ kawżi fil-kamp penali (bħalma huma kawżi tad-distrett, kawżi tal-VAT, kawżi tas-Sanità etc) kienet ittieħdet deċiżjoni fil-passat li mhux il-kawżi kriminali kollha jiddaħħlu fis-sistema komputerizzata tal-Qorti imma jiddahhlu biss il-kumpilazzjonijiet. Terga’, kienet ittieħdet ukoll deċiżjoni fil-passat li l-kumpilazzjonijiet (għad li jkunu ddahhlu fis-sistema kompjuterizzata) xorta waħda ma jkunux fuq il-website peress li ħafna drabi il-listi tas-seduti quddiem il-Qrati tal-Maġistrati ma jkunux kumpilazzjonijiet biss imma jkunu jinkludu ukoll kawżi oħra.
Ir-raġunament kien li jekk dan is-servizz jingħata fil-kamp penali, ikun aktar ta’ tfixkil għal pubbliku milli ta’ gwida, peress li l-maġġoranza tal-kawżi ma jkunux jidhru.
Madankollu l-Gvern qed jikkonsidra li fil-gejjieni dan is-servizz jibda jingħata ukoll fil-kamp kriminali u dan wara li jsir studju tax-xogħol involut flimkien mad-dipartiment tal-Pulizija sabiex kull kawża kriminali tibda tiddaħħal fis-sistema komputerizzata tal-Qorti.