Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kunċert ta' Elton John — Involviment tal-Ministeru

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kien u fiex kien jikkonsisti l-involviment tal-Miniteru fil-kunċert ta' Elton John?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru silef il-materjal biex jintrama parti mill-istand għall-ispettaturi. Xi ħaddiema li jaqgħu taħt il-Ministeru wettqu xogħol fiż-żarmar ta' l-istess stand. Il-ħlas tas-sahra ta' dawn il-ħaddiema se jitħallas mill-organizzaturi. Kienu mislufa wkoll madwar disa' mitt (900) siġġu għal dik il-parti magħrufa bħala Golden Circle. L-organizzaturi ntalbu biex jagħmlu assikurazzjoni għall-użu ta' dawn is-siġġijiet. Il-ħlas għall-ġarr tal-materjal għall-armar ta' l-istand u tas-siġġijiet sar mill-organizzaturi.
Leg 10 PQ #1124 Sitting 24 2003-07-14 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Korsa taż-Żwiemel — Ta' Xħajma - Xogħlijiet

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 883, tista' il-Ministru telenka x-xogħlijiet li jsiru regolarment fuq il-korsa taż-żwiemel tax-Xħajma u b'liema frekwenza jsiru dawn ix-xogħlijiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li x-xogħlijiet li jsiru fil­korsa taż­żwiemel tax­Xħajma jinkludu twittija ta' ramel, qtugħ ta' ħaxix ħażin, żbir u ħart. Minn Settembru 2002 sa Marzu 2003 sar ukoll xogħol ta' manutenzjoni li jinkludi brix u żebgħa tar­railing, manutenzjoni fil­gallerija tal­premijiet, bini ta' ħajt kif ukoll manutenzjoni fl­uffiċċji u fil­gates.
Leg 10 PQ #1125 Sitting 24 2003-07-14 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Pixxina

Question

B'referenza għal-mistoqsija parlamentari numru 839, tista' il-Ministru tgħid fejn ser tinbena l-pixxina, id-daqs tagħha, kif ukoll dwar il-faċilitajiet li l-pixxina hija maħsuba li jkollha?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il-bini ta’ pixxina f’Ghawdex ghadu mhux fl-istadju tad-dettal mitlub mill-onor interpellant.

Kunċert ta' Elton John — Kontribut finanzjarju

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk ingħatax kontribut finanzjarju da parti tal-Ministru għall-kunċert ta' Elton John? Jekk iva, jista' il-Ministru jgħid kemm kien l-ammont u għal xiex intużaw il-flus?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 1122.
Leg 10 PQ #983 Sitting 21 2003-07-07 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Karti ta' l-identita' — Tibdil fl-indirizzi

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm applikanti għall-change of address tal-karti ta' l-identita' minn malta għal Għawdex mill-1998 sal-lum, separatament għal kull sena?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ persuni li bidlu l-indirizz taghhom minn Malta ghal Ghawdex mis-sena 1998 sal-lum huma: 1998 190 1999 334 2000 311 2001 374 2002 435 2003 (sat-30/6) 268

Seminar "The open method of co-ordination" — Laqgħa li saret fi Kreta

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk fis-seminar "The open method of co-ordination" li sar fi Kreta din is-sena kienx hemm rappreżentant Malti li attenda l-laqgħa bejn iż-żgħażagħ u d-diretturi ġenerali taż-żgħażagħ?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat li għas-Seminar The Open method of co-ordination li sar fi Kreta din is-sena kien hemm preżenti żewġ rappreżentanti tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ u Rappreżentant tal-Labour Youth Forum.
Leg 10 PQ #986 Sitting 21 2003-07-07 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Karti ta' l-identita'

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid għaliex il-barranin li qed japplikaw għall-karta ta' l-identita' f'Għawdex qed idumu sa sitt xhur biex jieħdu l-karta ta' l-identita' tagħhom? Jista' isir xi ħaġa biex dan id-dewmien jonqos?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-barranin li japplikaw għall-karta ta’ l-identita` qed idumu biex jieħdu l-karta ta’ l-identita` għall-ewwel darba minħabba verifiki li jsiru dwar il-pożizzjoni legali tagħhom fil-gżejjer Maltin u dwar l-indirizz li jkunu applikaw fuqu. Spiss jiġri li meta ssir spezzjoni fuq il-post ma jinstab ħadd id-dar u għalhekk il-każ ma jkunx jista’ jkompli miexi qabel isiru aċċertamenti oħrajn dwar l-indirizz residenzjali tagħhom. Qed jittieħdu l-passi biex dawn il-proċeduri jinbidlu u jitħaffu.
Leg 10 PQ #1075 Sitting 21 2003-07-07 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Qorti - Clerical staff - court messengers

Question

Peress li fil-Qorti ta' Għawdex qed jinħass il-bżonn ta' iktar clerical staff kif ukoll ta' court messengers, tista' il-Ministru tgħid jekk hemmx xi ħsieb li dan in-nuqqas jiġi rimedjat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 10 PQ #1076 Sitting 21 2003-07-07 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Korsa ta' Xħajma — Ħaddiema tal-Gvern

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema tal-Gvern jaħdmu fil-korsa ta' Xħajma u fiex jikkonsistu l-mansjonijiet tagħhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li fil­Korsa ta' Xħajma hemm 'roster' ta' tlett (3) ħaddiema li jaħgmlu 'watching duties' u hemm żewġ (2) ħaddiema oħra li jagħmlu xogħol ta' manutenzjoni. Matul ix­xhur tax­xitwa ħaddiema tat­Taqsima Indafa tal­Bajjiet jagħmlu xogħol ta' tiswija u manutenzjoni.

Għawdex — Permess għal kiosk

Question

B'riferenza għall-korrispondenza li qed tintbagħat separatament, jista' il-Ministru jgħid jekk ir-rikjesta magħmula mill-kunsill lokali fuq l-applikant tirriżultax mill-Att dwar liċenzji tal-kummerċ (Kap 363)? Jekk le, jista' il-Ministru jgħid minn fejn tirriżulta din il-fakulta'?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanti li t-twaqqif ta` kjosk huwa regolat minn Regolament 10 ta` l-Avviż Legali 119/2002. Billi din hija funzjoni tal-Kunsilli Lokali, u billi l-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji b`personalita` legali distinta, nitlob lill-Onor. Membru biex tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Kunsill Lokali konċernat.
Leg 10 PQ #839 Sitting 16 2003-06-30 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Bini ta' pixxina

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 650, tista' il-Ministru tgħid jekk hemmx proġettat il-bini ta' pixxina f'Għawdex? Jekk le, ma taħsibx il-Ministru li wasal iż-żmien sabiex ikun hemm pixxina ġewwa Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Huwa l-ħsieb tal­Gvern li tinbena pixxina f'Għawdex.
Leg 10 PQ #840 Sitting 16 2003-06-30 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Sports - Flus budgeted

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 649, tista' il-Ministru tgħid kemm intefqu flus għall-isports f'Għawdex matul dawn l-aħħar snin separatament għal kull sena? Tista' tgħid ukoll separatament għal kull sena tul dawn l-aħħar ħames snin, kemm kien hemm flus budgeted għall-isports f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni qed tinġabar u r­risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 10 PQ #883 Sitting 16 2003-06-30 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Tax-Xħajma - korsa taż-żwiemel

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk hemmx proġettati xogħlijiet ta' manutenzjoni u anke xogħlijiet strutturali fil-korsa taż-żwiemel tax-Xħajma? Ma taqbilx il-Ministru li wasal iż-żmien li l-korsa f'Għawdex tingħata ħafna iktar attenzjoni u tiġi attrezzata adegwatament?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li x­xogħlijiet fuq il­korsa taż­żwiemel tax­Xħajma jsiru regolarment.
Leg 10 PQ #884 Sitting 16 2003-06-30 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Fondi budgeted għall-kultura

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm kien hemm fondi budgeted għall-kultura f'Għawdex għal dawn l-aħħar ħames snin, kemm effettivament intnefqu u għal xiex kif ukoll telenka d-diversi attivitajiet li bbenefikaw minn fondi tal-gvern u kemm kienu dawk il-fondi?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni qed tinġabar u r­risposta tingħata f'seduta oħra.

Għawdex — Flus - Sports

Question

Jista' il-Minstru jgħid kemm intefqu flus għall-isports f'Għawdex matul dawn l-aħħar ħames snin separatament għal kull sena? Jista' jgħid ukoll separatament għal kull sena tul dawn l-aħħar ħames snin, kemm kien hemm flus budgeted għall-isports f'Għawdex?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Il-budget għall-isports f'Għawdex huwa provdut taħt il-Vot tal-Ministeru għal Għawdex. Għalhekk l-Onor. Interpellant hija mitluba li tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru għall-Għawdex. Madankollu ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Segretarjat responsabbli mill-Isport għen billi għamel diversi għotjiet lil Assoċjazzjonijiet / Klabbs. Fost dawn ta' min isemmi għotja ta' Lm 9,000 lill-Gozo Football Association sabiex jiġu nstallati floodlights fis-Silver Jubilee Ground u għotja oħra ta' Lm 300 lil Xaghra Athletic Club. Il-Kunsill Lokali ta' San Lawrenz u s-St. Lawrence Spurs ibbenefikaw minn 8,825 u 8,831 Euros rispettivament mill-Programm Youth biex jipparteċipaw fi programmi sportivi.

Għawdex — Bini ta' pixxina

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx proġettata l-bini ta' pixxina f'Għawdex? Jekk le, ma jaħsibx il-Ministru li wasal iż-żmien sabiex ikun hemm pixxina ġewwa Għawdex?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru għall-Għawdex.

Għawdex — Dilettanti tal-water polo

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'faċilitajiet hemm f'Għawdex għad-dilettanti tal-water polo?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ngħarraf lil Onor. Interpellant li l-faċilita' li teżisti f'Għawdex hija dik ta' l-Otters Waterpolo facilty ġewwa Marsalforn.

Għawdex — Swimming Promotion Unit

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk l-iSwimming Promotion Unit toperax f'Għawdex ukoll? Jekk le, hemm xi ħsieb li dan jibda jsir?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Minħabba li s-Swimming Promotion Unit jeħtieġ pixxina msaħħna, mhux daqstant faċli li dan il-programm ikun introdott f'Għawdex. Madanakollu qed isir studju dwar il-possibiltajiet għal aktar inizjattivi sportivi f'Għawdex.
Leg 10 PQ #333 Sitting 10 2003-06-16 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Skrivana — Għawdxin

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm Għawdxin li jaħdmu bħala skrivana Malta, f'liema dipartimenti qegħdin u kemm ilhom Malta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant tagħmel il­mistoqsija lill­Ministru konċernat.