B'riferenza għad-domanda parlamentari nru. 1402, jista' il-Ministru jgħid għaliex l-iskola tal-Biedja ġiet trasferita għal band'oħra? Jaħseb li l-premises il-ġodda ta' l-iskola tal-biedja huma adattati u adegwati għall-bżonnijiet kemm ta' l-istudenti kif ukoll ta' l-għalliema? Jista' jgħid ukoll kemm ilu pjanat dan it-trasferiment peress illi ma kien hemm ebda aċċenn għalih qabel jew ebda konsultazzjoni mad-diretti interessati?
Response (GALEA, LOUIS)
L-istaff u studenti ta' l-iskola tal-Biedja tax-Xewkija ġiet integrata fl-iskola Sekondarja tas-subien Ninu Cremona. L-istudenti u l-għalliema ser igawdu l-istess faċilitajiet li kienu igawdu l-istudenti ta' l-istess skola Junior Lyceum u Sekondarja. It-trasferiment ġie deciż matul il-vaganzi tas-sajf u sar biex anke f'Għawdex inkunu nistgħu nibdew inpoġġu s-sisien għall-fergħa ta' l-Istitut ta' l-Agrikummerċ ta' l-MCAST.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 917 u cioe' kemm saru xogħlijiet ta' upgrading f'bajjiet u xtut fis-snin 2000,01,02,03? Liema huma dawn ix-xogħlijiet, meta saru u kemm swew?
Peress li fir-risposta ma hemm ebda riferenza għal Għawdex, tista' il-Ministru tgħid kemm saru xogħlijiet ta' upgrading f'bajjiet u xtut fis-snin 2000 sa 2003? Tista' tgħid liema huma dawn ix-xogħlijiet, meta saru u kemm swew?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li xxoghlijiet ta' upgrading f'bajjiet u xtut u xogholijiet ohra relatati ma' dawn illokalitajiet fis snin 2000. 2001, 2002 u 2003 huma kif murija fliskeda annessa.
Sena Lokalita’ Ammont
2000 LM
Marsalforn Bay 15093..00
Ghar Qawqla 3500.00
Xwejni Bay 1100.00
Qbajjar Bay 950.00
Xlendi Bay 6722.50
Ramla Bay 700.00
total expenditure for
Master Plan 266999.00
2001
Marsalforn Bay 2271.66
Ghar Qawqla 3655.37
Qbajjar Road 9586.50
Xlendi Bay 3588.69
Mgarr Bay 588.00
Zewwieqa Bay 565.00
total expenditure for
Master Plan 79596.00
2002
Marsalforn Bay 135425.66
Qbajjar 1500.00
Ghar Qawqla 2500.00
Zewwieqa Bay 1350.00
Xlendi Bay 25730.67
total expenditure for
Master Plan 44802.00
2003 sa Awissu
Marsalforn Bay 1336.84
Ghar Qawqla 1487.05
Qbajjar Bay 6321.00
Xlendi Bay 1800.00
Zewwieqa Bay 350.00
Mgarr ix-Xini 450.00
total expenditure for
Master Plan 14047.00
TOTAL 632015.94
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 915 u cioe' kemm saru xogħlijiet ta' restawr fuq siti arkeoloġiċi fis-snin 2000, 2001, 2002 u 2003? Liema huma dawn ix-xogħlijiet, meta saru u kemm swew?
Peress li fir-risposta ma kien hemm ebda riferenza għal Għawdex, tista' il-Ministru tgħid kemm saru xogħlijiet ta' restawr fuq siti arkeoloġiċi fis-snin 2000, 2001, 2002 u 2003? Tista' tgħid liema huma dawn ix-xogħlijiet, meta saru u kemm swew?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella hawn annessa.
MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - SITI ARKEOLOĠIĊI – XOGĦOL TA’ RESTAWR
Xogħ
lijiet ta’ restawr ta Siti Arkeoloġ
iċ
i/Storiċ
i
Meta saru
Restawr tal-faċċata tal-Mużew tal-Folklor, manutenzjoni tal-mekkaniżmu tal-Mitħna tax-Xagħra, xogħlijiet fuq il-faċċata tal-Mużew ta’ l-Armerija u restawr tal-Kavallier ta’ San Martin u replika tal-‘carriages’ tal-kanuni.
2000
Restawr tal-ħajt tal-Mużew tal-Folklor, manutenzjoni tal-Mitħna tax-Xagħra u restawr taċ-Ċittadella u tat-Torri ta’ Mġarr ix-Xini.
2001
Waterproofing’ tal-Mużewijiet ta’ l-Arkeoloġija, tal-Folklor u tan-‘Natural Science’, tal-Post fi triq Żenqa fiċ-Ċittadella u tal-Mitħna tax-Xagħra. Xogħlijiet strutturali tas-sala prinċipali tal-Mużew ta’ l-Arkeoloġija u tar-Ravelin taċĊittadella.
2002
Tkomplija ta’ xogħlijiet fiċĊittadella.
2003
L-ammont minfuq fuq siti arkeoloġiċi/storiċi huwa kif ġej:
2000 Lm73,400
2001 Lm91,310
2002 Lm92,840
2003 Lm45,460 (sa Ġunju)
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 916 u cioe' kemm saru xogħlijiet ta' upgrading f'zoni turistiċi fis-snin 2000, 2001, 2002 u 2003? Jista' jgħid liema huma dawn ix-xogħlijiet, meta saru u kemm swew?
Peress illi fir-risposta ma kien hemm ebda riferenza għal Għawdex, tista' il-Ministru tgħid kemm saru xogħlijiet ta' upgrading f'zoni turistiċi fis-snin 2000, 2001, 2002 u 2003? Tista' tgħid liema huma dawn ix-xogħlijiet, meta saru u kemm swew?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li xxoghlijiet ta' upgrading f'zoni turistici u xoghlijiet ohra relatati ma' dawn illokalitajiet fissnin 2000, 2001, 2002 u 2003 huma kif murija fliskeda annessa.
Dwar ixxoghlijiet fuq siti arkeologici nirreferi lillOnorevoli Interpellant gharrisposta talmistoqsija numru 1183.
Sena Lokalita’ Ammont
2000 LM
Marsalforn Bay 15093..00
Ghar Qawqla 3500.00
Xwejni Bay 1100.00
Qbajjar Bay 950.00
Xlendi Bay 6722.50
Ramla Bay 700.00
total expenditure for
Master Plan 266999.00
2001
Marsalforn Bay 2271.66
Ghar Qawqla 3655.37
Qbajjar Road 9586.50
Xlendi Bay 3588.69
Mgarr Bay 588.00
Zewwieqa Bay 565.00
total expenditure for
Master Plan 79596.00
2002
Marsalforn Bay 135425.66
Qbajjar 1500.00
Ghar Qawqla 2500.00
Zewwieqa Bay 1350.00
Xlendi Bay 25730.67
total expenditure for
Master Plan 44802.00
2003 sa Awissu
Marsalforn Bay 1336.84
Ghar Qawqla 1487.05
Qbajjar Bay 6321.00
Xlendi Bay 1800.00
Zewwieqa Bay 350.00
Mgarr ix-Xini 450.00
total expenditure for
Master Plan 14047.00
TOTAL 632015.94
Tista` il-Ministru tgħid għaliex fil-Cold Stores tal-Gvern hemm żewġ cold rooms biss li jiffunzjonaw minn sitta?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li lapparat u lining ta' lerbgħa missitt cold rooms iridu jinbidlu kompletament. Id-Dipartiment għal Proġetti u Żvilupp ħareġ offerti għallapparat u xxogħol meħtieġ biex jitranġaw tnejn minn dawn ilcold rooms u ser joħroġ littri ta' aċċettazzjoni filġranet li ġejjin. Huwa ppjanat li żżewġ cold rooms loħra jitranġaw iżjed 'l quddiem.
Tista’ il-Ministru jgħid u jispjega għaliex fl-iskola primarja tax-Xewkija Għawdex minn teaching staff ta’ 11 hemm 4 minnhom li huma instructors? Ma jidirlhux il-Ministru li erbgħa minn ħdax huwa persentaġġ għoli ħafna tenut kont anke l-bżonnijiet tat-tfal?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li f'kull skola f'Malta u f'Għawdex issib kemm għalliema kif ukoll instructors.
L-instructors laħqu dan il-livell wara li kien sarilhom kors pedagoġiku. Id-Diviżjoni ma tagħmel l-ebda differenza bejnhom u bejn l-għalliema fejn jidħol it-taħriġ tagħhom (In-Service Courses).
Flats tal-Gvern — Taċ-Ċawla - Installazzjoni ta' lifts
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1187, peress li ma kien hemm ebda aċċenn għall-istallar ta' lifts bil-blocks, ma taħsibx il-Ministru li wasal iż-żmien li tiġi ndirizzata din il-problema tar-residenti tal-flats tal-Gvern f'Taċ-Ċawla li appuntu jkollhom il-faċilita' tal-lift?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onor Interpellant sabiex jagħmel ilmistoqsija lillMinistru kkonċernat.
Tista' il-Ministru tgħid għaliex l-iskola tal-biedja ġiet trasferita għall-band oħra? Taħseb il-Ministru li l-premises il-ġodda ta' l-iskola tal-biedja huma addattati u adegwati għall-bżonnijiet kemm ta' l-istudenti kif ukoll ta' l-għalliema? Tista' tgħid ukoll kemm ilu pjanat dan it-trasferiment peress illi ma kien kemm ebda aċċenn jew ebda konsultazzjoni mad-diretti interessati?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel ilmistoqsija lillMinistru konċernat.
Tista` il-Ministru tagħti dettalji dwar il-pompa tad-drenaġġ li ser ssir f'San Blas in-Nadur u tindika l-lokalita` ezatt fejn din se ssir? Tista`
tgħid jekk sarux diskussjonijiet jew konsultazzjonijiet mar-residenti tal-lokalita`?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li lpompa taddrenaġġ li ser ssir f'San Blas hija neċessarja biex tingħalaq l'Outfall ' ta' San Blas u flistess ħin jinqdew innies tallokalita'. Issit propost biex ssir il'pumping station' huwa dak li ġie sottomess lillMEPA flapplikazzjoni numu PA 338/03.
Tista` il-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema b'kollox impjegati mal-Gozo Channel u tindika l-mansjonjiet tagħhom? Tista' l-Ministru tgħid kemm
ġew impjegati nies mal-Gozo Channel din is-sena, tindika x-xhur relattivi ta' meta dawn l-ħaddiema gew impjegati u x'mansjonijiet għandhom?
Tista’ il-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru xogħolijiet ta’ manutenzjoni fit-toroq ta’ madwar l-Industrial Estate tax-Xewkija, inkluża wkoll dik it-triq ta’ quddiem l-ETC? Jekk iva, tista’ il-Ministru tgħid meta huma maħsuba li jinbdew dawn ix-xogħlijiet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li xxogħolijiet ta' manutenzjoni mistennija jsiru fixxhur li ġejjin.
Tista’ il-Ministru jgħid u jispjega għaliex fl-iskola primarja tax-Xewkija Għawdex minn teaching staff ta’ 11 hemm 4 minnhom li huma instructors? Ma jidirlhux il-Ministru li erbgħa minn ħdax huwa persentaġġ għoli ħafna tenut kont anke l-bżonnijiet tat-tfal?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasalli twegiba tingħata f'xi seduta ohra.
Dipartiment ta' l-Agrikoltura — Head Office - Air Condition
Question
Tista’ il-Ministru tgħid għaliex fid-dipartiment ta’ l-agrikoltura fil-Head office uħud mill-uffiċċji huma air-conditioned u oħrajn le? Tista’ il-Ministru tara li l-uffiċċji kollha jkollhom air-condition?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li diġa' qed jittieħdu passi biex luffiċini msemmija jkollhom larja kondizzjonata.
Tista' il-Ministru tgħid x'xogħlijiet ta' restawr jew manutenzjoni sar fuq id-diversi funtani u għejun f'Għawdex, telenka x-xogħlijiet jekk saru u tgħid meta?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li xxogħolijiet ta' restawr jew manutenzjoni fuq iddiversi funtani u għejun f'Għawdex isiru regolarment.
Jista' il-Ministru jgħid jekk materjal edukattiv huwiex eżenti mid-dazju? Jekk iva għaliex qed jintalab ħlas ta' dazju fuq educational dvd's?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li materjal edukattiv hu suġġett għad-dazju ta' importazzjoni bir-rata ta' dazju imposta fit-Tariffa tad-Dwana skond il-materjal li jkun. L-unika eżenzjoni hi fuq materjal edukattiv prodott mill-Ġnus Magħquda jew mill-aġenziji speċjaliżżati tal-Ġnus Magħquda. Prodotti ta’ oriġini mill-Unjoni Ewropea mhumiex suġġetti għal dazju.
Tista' il-Ministru tgħid jekk humiex se jsiru xi xogħlijiet ta' manutenzjoni u ta' upgrading fl-appartamenti fil-housing estate f'Taċ-Ċawla? Jekk iva, tista' tindika x'inhuma dawn ix-xogħlijiet u meta huma maħsuba li jinbdew u f'kemm żmien huma maħsuba li jkunu terminati?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Fix-xhur li ġejjin ser jitkompla xxogħol ta' manutenzjoni talgallariji u tax'shafts'. Huwa mistenni illi fejn huwa possibbli dan ixxogħol ser jitlesta sa laħħar ta' din issena.