Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #3067 Sitting 64 2003-11-25 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Facilitators Għawdxin

Question

B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 2747, jista' il-Ministru jgħid għal kemm tammonta l-ispiża biex dan il-kors isir f'Għawdex stess kif ukoll jindika x'inhuma l-ispejjeż involuti u għal xiex?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li it-tweġiba mitluba għadha ma waslitlix, ikolli nwieġeb f'xi Seduta oħra.

Għawdex — Nutar tal-Gvern

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex f'Għawdex għad m'għandniex Nutar tal-Gvern? Jista' jara li sakemm jiġi maħtur Nutar tal-Gvern fir-Reġistru Pubbliku, Għawdex, in-nutar li jiġi minn Malta jiġi iktar ta' spiss biex il-back log ta' xogħol jonqos?

Response (BORG, TONIO)

Il-proċeduri biex jiġi appuntat Nutar tal-Gvern għal Għawdex jaqgħu taħt ir-responsabbilita` tal-Ministeru għal Għawdex. Sakemm dan il-post huwa vakant, xogħol ta` kuntratti meħtieġa f`Għawdex qed jinħadem mill-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern, Malta. Rigward il-"backlog", jiġifieri ħruġ ta` kopji, ġie appuntat Aġent Arkivist għal Għawdex li jonqsu jieħu l-ġurament tal-ħatra qabel ma jkun jista` jagħmel dan ix-xogħol.

Reġistru Pubbliku — Riċerki

Question

Jista' il-Ministru jgħid għal liema raġuni r-riċerki mir-Reġistru Pubbliku qed isiru Malta biss meta qabel ta' Għawdex kienu jsiru f'Għawdex stess, bil-konsegwenza li issa r-riċerki qed idumu iktar?

Response (BORG, TONIO)

Mindu ġiet adottata s-sistema ġdida ta` riċerki garantiti fl-1999, ir-riċerki mir-Reġistru Pubbliku dejjem kienu jsiru f`post ċentrali. Fuq kollox, iż-żmien li matulu d-Dipartiment huwa marbut li jipprovdi r-riċerki uffiċjali huwa l-istess kemm għal Malta u kemm għal Għawdex.
Leg 10 PQ #2747 Sitting 57 2003-11-18 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Facilitators Għawdxin

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex madwar 30 facilitator qegħdin ikollhom jiġu Malta wara l-ġurnata tax-xogħol biex jagħmlu l-kors? Għaliex dan il-kors ma jsirx f'Għawdex stess, tenut kont li issa li ġejja x-xitwa u l-inkonvenjent tagħhom ikun ikbar?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li minħabba l-fatt li dan il-kors jinvolvi il-parteċipazzjoni ta' numru ta' letturi barranin, id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ħasset li l-ispiża biex tirreplika l-kors f'Għawdex mhix vijabbli. Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u l-Universita' ta' Malta qegħdin jagħmlu minn kollox biex l-inkonvenjent imġarrab mill-Għawdxin jonqos kemm jista' jkun.

Għawdex — San Lawrenz - problema tad-drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se tiġi rimedjata l-problema tad-drenaġġ f'Corner Street u f'Dalelands Street, f'San Lawrenz, Għawdex?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li diġa qed tittieħed azzjoni mis-Sezzjoni tad-Drenaġġ f'Għawdex biex tiġi rimedjata l-problema imsemmija fis-sistema tad-drenaġġ.
Leg 10 PQ #2704 Sitting 56 2003-11-17 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għawdex — Skola tal-biedja Kelinu Galea - studenti

Question

B'riferenza għall-istudenti ta' l-iskola tal-biedja Kelinu Galea li ġiet magħluqa biex issir MCAST, b'riferenza għall-assigurazzjoni mogħtija mill-Ministru li dawn l-istudenti se jiġu mqiegħda f'post alternattiv adegwat u peress li dawn l-istudenti qed jitqiegħdu viċin ħafna tat-toilets, jista' jara li dawn l-istudenti jiġu posted adegwatament?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li qegħdin isiru l-arranġamenti meħtieġa sabiex dawn l-istudenti jiġu akkomodati fi klassijiet oħra.

Għawdex — Bajja tax-Xlendi - hump

Question

Peress li fil-bajja tax-Xlendi s-sajf li għadda s-sidien ta' diversi stabbilimenti lmentaw dwar il-problema tat-traffiku u saħansitra ġiet ippreżentata petizzjoni lill-kunsill lokali tal-Munxar, peress li issa ġejja x-xitwa u fil-bajja tax-Xlendi jkun hemm kumulu ta' ilma li jikkawża ħsara lill-istabbilimenti iktar u iktar issa li hemm hump li żżomm l-ilma, jista' il-Ministru jikkonsidra dawn il-problemi u jara kif isolvi jew ta' l-inqas itaffi l-inkonvenjent ta' dawn in-nies?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li meta l-Awtorita' dwar it-Trasport ikkonsultat mal-Kunsill Lokali tal-Munxar ġiet infurmata li fil-ġranet li gejjin din il-hump ser titneħħa.
Leg 10 PQ #2706 Sitting 56 2003-11-17 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għawdex — Rabat - skola primarja tal-Vajringa

Question

Peress illi fl-iskola primarja tal-Vajringa tar-Rabat, Għawdex hemm librerija frekwentata minn ħafna nies ta' eta' differenti, peress illi t-taraġ li jieħu għal din il-librerija mhuwiex addattat għan-nies anzjani u għall-persuni b'diżabilita', jista' il-Ministru jara jekk huwiex possibbli li jiġi nstallat lift għal dan l-iskop jew isiru xi xogħlijiet biex jiffaċilitaw l-aċċess għal-librerija?

Response (GALEA, LOUIS)

Rigward l-installazzjoni ta' 'lift' fil-librerija ta' l-iskola primarja tal-Vajrinġa tar-Rabat Għawdex, nitlob lill-Onor. Membru sabiex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #2741 Sitting 56 2003-11-17 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Naxxar — Giovanni Curmi higher secondary - xogħlijiet

Question

Jista' il-Ministru jara li x-xogħlijiet li qed isiru f'Giovanni Curmi Higher secondary fin-Naxxar isiru kemm jista' ikun malajr peress illi l-istudenti qed ibatu ħafna minn dan l-inkonvenjent, speċjalment dawk l-istudenti li jbatu mill-asthma?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Malta Heritage — Ħaddiema Għawdxin

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema Għawdxin mal-Malta Heritage għandhomx xi kondizzjonijiet partikolari u/jew speċifiċi għalihom u jekk iva, jista' jgħid fiex jikkonsistu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nassumi li l-Onor. membru qiegħda tirreferi għall-ħaddiema Għawdxin li jaħdmu Malta mal-Heritage Malta u jien infurmat li dawn il-ħaddiema Għawdxin bħalissa għandhom l-istess kundizzjonijiet bħal ħaddiema oħra tas-Servizz Pubbliku. Fl-aħħar ta' Ottubru il-ħaddiema Għawdxin li kienu jaħdmu ġo Għawdex stess mal-Ministeru ta' Għawdex ġew detailed għal ma' Heritage Malta u mhux maħsub li jkollhom xi kundizzjonijiet differenti minn dawk tal-ħaddiema Maltin.

Gozo Channel — Uffiċini

Question

Jista' il-Ministru jgħid għal liema raġuni l-uffiċini minn fejn topera l-Gozo Channel qegħdin Malta? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li dawn l-uffiċini jiġu ttrasferiti lejn Għawdex?

Response (GATT, AUSTIN)

L-uffiċċju prinċipali tal-Gozo Channel ilu għal snin twal ġewwa Sa Maison. Għandha wkoll uffiċċju ġewwa ċ-Ċirkewwa, fejn ikun hemm xi uffiċjali għolja oħrajn. Huwa l-ħsieb li meta t-Terminal taċ-Ċirkewwa ikun lest, il-Kumpannija titttrasferixxi l-uffiċini hemmhekk. Għawdex jibqa' biss l-uffiċċju tad-Duty Manager.

Heliport — Servizz tal-helicopter

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1976 u għat-tweġiba relattiva, b'riferenza wkoll għal hekk imsejjħa suppożizzjonijiet kif del resto dehru anke fil-gazzetti lokali, peress li huwa fatt magħruf li dalwaqt jispiċċa l-kuntratt tal-helicopter, jista' il-Ministru jgħid għaliex mhux se jerġa' jiġġedded il-kuntratt tal-kumpannija li qed topera preżentement? Jista' jgħid f'liema stadju waslu n-negozjati, jekk qed isiru, ma' kumpanniji oħra li jipprovdu dan is-servizz?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma kienx hemm żviluppi minn meta tajt tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 1976.
Leg 10 PQ #2372 Sitting 50 2003-11-03 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Drainage allowances — Fondi

Question

Tista' il-Minsitru tgħid meta ser jiġu allokati l-fondi sabiex jitħallsu d-drainage allowances u s-shift allowances lill-ħaddiema tad-Dipartiment tad-drenaġġ, liema allowances ilhom miżmuma għal-dawn l-aħħar tlett xhur, u tenut kont li l-ħaddiema fid-dipartiment tad-Drenaġġ Malta qed jitħallsu regolarment? Tista' il-Ministru tforni spjeggazzjoni għal dan id-dewmien u għal din id-diskriminazzjoni?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li qegħdin jittieħdu l­passi meħtieġa biex jitħallsu l­allowances imsemmija mill­aktar fis possibbli.
Leg 10 PQ #2412 Sitting 50 2003-11-03 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

San Lawrenz Għawdex — Problema tad-Drenaġġ

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta ser tiġi rimedjata l-problema tad-drenaġġ f'Corner Street u f' Dalelands Street San Lawrenz Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill­Onor. Interpellant tagħmel il­Mistoqsija lill­Ministru konċernat.

Gozo Air Charter — Sussidju

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk is-sussidju li jingħata lil Gozo Air Charter jikkwalifikax bħala public service obligation u għalhekk applikabbli d-deroga relatata ma tale sussidji a tenur tar-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Malta Air Charter li topera s-servizz tal-helicopter bejn Malta u Għawdex u li hi sussidjarja ta' l-Air Malta ma tirċievi ebda sussidju. It-telf li tagħmel, tagħmel tajjeb għalih l-Air Malta li min-naħa tagħha wkoll ma tirċievi l-ebda sussidju.
Leg 10 PQ #2451 Sitting 50 2003-11-03 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MCAST — Xewkija Għawdex

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta ser jinfetaħ l-MCAST fix-Xewkija Għawdex u kemm huwa previst li jkun l-istaff kompletament totali u jindika d-diversi posts u jgħid jekk u meta ħarġu l-calls for applications?

Response (GALEA, LOUIS)

Ġejt informat li ċ-Ċentru ta' l-MCAST fix-Xewkija huwa previst li jinfetaħ aktar tard dan ix-xahar. Huwa previst li jkun hemm bżonn ta' madwar 15-il 'lecturer' u 3 'support staff'. Matul is-sena ħarġu diversi sejħiet għall-postijiet tax-xogħol kif jidher hawn taħt. Fit-3 ta' Awissu. Fis-17 ta' Awissu Fit-2 ta' Ottubru Fid-19 ta' Ottubru.
Leg 10 PQ #2452 Sitting 50 2003-11-03 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Xlendi — Problema tat-traffiku

Question

Peress li fil-bajja tax-Xlendi s-sajf li għadda s-sidien ta' diversi stabilimenti lmentaw dwar il-problema tat-traffiku u saħansitra ġiet preżentata petizzjoni lill-kunsill lokali tal-Munxar, peress li issa li ġejja x-xitwa u fil-bajja tax-Xlendi jkun hemm kumulu ta' ilma li jikkawża ħsara lill-istabilimenti iktar u iktar issa li hemm hump li żżomm l-ilma, tista' il-Ministru tikkonsidra dawn il-problemi u tara kif issolvi jew ta' l-anqas ittaffi l-inkonvenjent ta' dawn in-nies?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill­Onor. Interpellant tagħmel il­Mistoqsija lill­Ministru konċernat.