Legislature:
Category:
Reset
Active:

Testijiet tal-karozzi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 3714, it-testijiet in kwestjoni huma dawk in konnessjoni mas-sewqan ta' vetturi bil-mutur ta' kull kategorija (A, A+, B, B+E, C, C+E, D, D+E, F u G) u sub kategorija (A1, B1, C1, C1 +E, D1 u D1+E) u għaldaqstant jista' il-Ministru jgħid għaliex l-Għawdxin iridu jitilgħu Malta biex jagħmlu dawn it-testijiet? Jista' jara kif dawn it-testijiet jibdew isiru f'Għawdex?

Response (GALEA, ĊENSU)

Risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 10 PQ #3928 Sitting 91 2004-01-26 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Rabat - Triq San Anard

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 21020 tas-seduta 423 tat-13/11/2000, tista' il-Ministru tispjega għaliex minkejja li fir-risposta tagħha qalet li kienu qed jiġu ppreparati l-ispeċifikazzjonijiet għall-ħruġ ta' l-offerti biex jingħata s-servizz tad-drenaġġ fl-inħawi ta' Triq San Anard, Rabat, Għawdex, ir-residenti ta' dik it-triq għadhom mingħajr dan is-servizz issa li għaddew iktar minn tlett snin wara li ngħatat din ir-risposta? Jaf li r-residenti ilhom mill-1981 li ħallsu għal dan is-servizz?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li x-xogholijiet imsemmija ma setghux isiru minhabba prioritajiet ohrajn.

Gozo Channel — Servizz ta' luggage carrier

Question

Jista' il-Ministru jagħti update dwar is-sitwazzjoni tas-servizz tal-luggage carrier li kien jiġi offrut mill-Gozo Channel u li issa twaqqaf? Jista' jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jiġu mpjegati ħaddiema ġodda oħra sabiex jerġa' jibda jingħata dan is-servizz?

Response (GATT, AUSTIN)

Is-servizz tal-Baggage Trailers li kien jiġi offrut, għadu wieqaf peress illi ma kien hemm ebda żviluppi dwar il -kwistjoni mal-UHM. Infakkar illi s-servizz waqaf mhux b'deċiżjoni tal-Gozo Channel iżda għax ingħatat direttiva ndustrijali mill- Union tal-ħaddiema. Din jidher li ġiet provokata minn ordni leġittima tal-management illi fin-naħa tal-Imġarr jiġu assenjati żewġ ħaddiema fuq dan ix-xogħol u mhux tlieta kif kien hemm qabel. Tajjeb li ngħid li fuq in-naħa taċ-Ċirkewwa s-servizz jitħaddem minn żewġ ħaddiema. Il-Kumpanija mhux qiegħda teskludi ebda possibilta' biex is-servizz jerġa' jibda jingħata iżda neskludi li ser jiġu mpjegati xi ħaddiema ġodda.
Leg 10 PQ #3930 Sitting 91 2004-01-26 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Eżami ta' l-iskrivani (clerk 1)

Question

B'riferenza għar-riżultat ta' l-eżami ta' l-iskrivani (clerk 1) għal maċ-ċivil, liema riżultat ħareġ ftit qabel l-elezzjoni ġenerali 2003, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm għaddew minn dan l-eżami u kemm minn dawn li għaddew ġew effettivament impjegati? U peress li r-riżultat ta' dan it-tip iservi biss sena, jista' jgħid x'se jiġri minn dawk li għalkemm ikunu għaddew ma jiġux impjegati f'dik is-sena?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi mill-eżami għal Skrivani fis-Servizz Pubbliku li r-riżultat tiegħu ħareġ fl-2003 għaddew 545 applikant. Sa issa ħadd għadu ma ġie mpjegat. Il-validità tar-riżultat taqa’ wara sena mid-data tal-pubblikazzjoni tar-riżultat.

Pulizija — Rapporti dwar każi ta' serq f'Għawdex

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il każ ta' serq ġie rrappurtat lill-pulizija matul l-aħħar tlett snin f'Għawdex, kemm minn postijiet privati kif ukoll minn premises governattivi? Jista' jgħid kemm kien l-ammont ta' flus u/jew oġġetti li ġew misruqa? U kemm minn dawn il-każijiet ġew solvuti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-każijiet ta` serq minn residenzi privati u postijiet governattivi, flimkien mal-valur iddikjarat, li ġew irrapurtati lill-Pulizija f`Għawdex matul dawn l-aħħar tlett snin, kif ukoll il-każijiet ta` serq solvuti huwa kif ġej: Residenzi privati Postijiet Governattivi Sena Numru ta` rapporti Valur dikjarat Numru ta` rapporti Valur dikjarat Każi solvuti 2001 30 Lm10,464 2 Mhux indikat 12 2002 29 Lm11,589 4 Lm482 12 2003 35 Lm11,168 4 Lm2,320 5
Leg 10 PQ #3932 Sitting 91 2004-01-26 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar ġenerali ta' Għawdex — Nuqqas ta' infermiera

Question

Peress illi fl-isptar ġenerali ta' Għawdex qed jinħass il-bżonn ta' iktar nurses, tista' il-Ministru tgħid jekk hemmx xi ħsieb li jitniżżlu nurses minn Malta biex jaħdmu f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li fl-2003 ġew trasferiti disa' infermiera minn Malta għall-Isptar Ġenerali ta' Għawdex. Jiena nfurmata li l-qagħda tal-infermiera fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex tiġi riveduta kull sena ma' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u ma' l-Awtoritajiet tas-Saħħa biex jintbagħtu lejn Għawdex biżżejjed infermiera skond il-ħtieġa, mingħajr ma jitħalla effett negattiv fuq is-servizz f'Malta.

Monument fl-oakkżjoni ta' l-1 ta' Mejju

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux se jsir monument sabiex ifakkar l-1 ta' Mejju, 2004? Jista' jgħid fejn se jitqiegħed?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lil Onor. Membru li sa issa ma hemm l-ebda ħsieb li jsir monument sabiex ifakkar l-1 ta' Mejju 2004, iżda ma neskludiex il-fatt li dan jista jsir.

Tribunal tal-kunsill lokali ta' Tas-Sliema

Question

Jista' il-Ministru jgħid: a) min kien il-kummissarju li żamm is-seduta fit-tribunal tal-kunsill lokali ta' Tas-Sliema fil-5 ta' Diċembru, 2003? b) kemm każijiet instemgħu f'dik is-seduta? c) kemm kienu l-kawżi deċiżi? d) kemm kienu dawk li ġew liberati u dawk immultati? e) kemm kien id-dħul mill-multi għall-kunsill dakinhar? f) kemm tħallas il-kummissarju għax-xogħol tiegħu fl-istess seduta? g) min kien il-prosekutur f'din l-istess seduta?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-funzjoni ta` infurzar ta` kontravenzjonijiet tat-traffiku ġiet delegata lill-Kunsilli Lokali. Kif taf l-Onorevoli Interpellanta, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` Gvern Lokali. Għaldaqstant l-Onorevoli Interpellanta tista` tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Kunsill Lokali ta` tas-Sliema.

Higher Secondary — Giovanni Curmi - Naxxar

Question

Jista' il-Ministru jgħid għal -liema raġuni t-triq ta' fejn hemm il-Higher Secondary, Giovanni Curmi fin-Naxxar ma għadhiex tingħalaq meta tispiċċa l-iskola u jkunu ħerġin l-istudenti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-passaġġ tat-traffiku fit-toroq li jagħtu għall-iskola msemmija mill-Onorevoli Interpellant huwa ristrett b`tabelli tas-sinjali tat-traffiku għal waqt il-ħinijiet tad-dħul u ħruġ ta` l-istudenti. Infurmat ukoll illi normalment ikun hemm pulizija fl-inħawi f`dawn il-ħinijiet ukoll sabiex jissorvelja l-buses li jġorru l-istudenti. Pero` infurmat ukoll illi f`din l-iskola hemm numru ta` studenti kif ukoll għalliema li jkollhom jgħaddu minn dawn it-toroq sabiex jaslu fl-imsemmija skola.
Leg 10 PQ #3713 Sitting 88 2004-01-19 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Biagio Examination Centre

Question

Peress li ħafna studenti jilmentaw li l-Biagio Examination Centre mhuwiex adegwat u komdu biex isiru eżamijiet, jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li l-eżamijiet jibdew isiru x'imkien ieħor?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li iċ-Ċentru ta' l-Eżamijiet ta' Biagio huwa wieħed minn tlett ċentri li huwa speċifikament għall-użu tad-Dipartiment ta' l-Eżamijiet. B'hekk id-Dipartiment jista' jagħmel użu minn dawn iċ-ċentri (inkluż iċ-Ċentru ta' Biagio) biex imexxi l-eżamijiet li jsiru matul il-ġurnata meta l-iskejjel ikunu okkupati. Madnakollu iċ-Ċentru ta' l-Eżamijiet ta' Biagio huwa wkoll inkluż fil-programm ta' modernizzar li d-Dipartiment qiegħed iwettaq fiċ-Ċentri ta' l-Eżamijiet.

Testijiet tal-karozzi

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex dawk l-Għawdxin li jridu jagħmlu t-test tal-karozza jridu jitilgħu Malta? Jista' il-Ministru jara kif dan it-test jibda jsir Għawdex?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tindika dwar liema test qed tirreferi.
Leg 10 PQ #3737 Sitting 88 2004-01-19 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Rabat - Żvilupp fi Triq Borg Olivier

Question

Tista' il-Ministru tgħid fiex jikkonsisti l-iżvilupp fi Triq Borg Olivier, fir-Rabat, Għawdex (MEPA Ref No: 93/03)? Tista' tgħid jekk ġewx ikkonsultati l-kunsill lokali tar-Rabat, il-clubs tal-football u entitajiet oħra?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru koncernat.
Leg 10 PQ #3738 Sitting 88 2004-01-19 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali — Samples tad-demm

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex is-samples tad-demm mill-isptar Ġenerali ta' Għawdex li jkunu se jittieħdu fl-isptar San Luqa biex jiġu eżaminati qed jiġu trasportati fuq il-vapuri tal-Gozo Channel mingħajr ma jkunx hemm ħadd li jieħu ħsiebhom mill-isptar waqt it-traġitt?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li s-samples tad-demm li jkunu se jittiehdu mill-Isptar Generali t'Ghawdex ghall-Isptar San Luqa biex jigu ezaminati qed jingabru mill-kurrier ta' l-isptar kmieni filghodu. Fl-assenza tal-kurrier impjegat iehor ta' l-isptar iwassalhom sac-Cirkewwa fejn ikun hemm it-trasport jistennihom li permezz tieghu imbaghad jittiehdu l-Isptar San Luqa.

Attivitajiet konnessi mas-sħubija ta' Malta fl-UE

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'se jkun l-involviment tal-ministru fl-attivitajiet li se jsiru fl-1 ta' Mejju, 2004 fl-okkażjoni tas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea? Jista' jgħid kemm hu l-ammont ta' flus li hu maħsub li se jintnefaq f'dawn l-attivitajiet?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lil Onor. Membru li l-Ministeru tiegħi taż-Żgħażagħ u Kultura huwa l-Ministeru li qiegħed iħejji l-programm għal dawn l-attivitajiet flimkien ma’ Ministeri u entitajiet oħra. Il-flus għal din l-attivita’ jridu joħorġu mill-line item – Cultural activities taħt il-vot Rikurrenti tal-Ministeru tiegħi fejn hemm ivvutati s-somma ta’ Lm 235,000. Spejjeż addizzjonali jistgħu jkunu ffinanzjati minn sponsorships.

Gozo Channel — Servizz ta' luggage carriage

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li s-servizz ta' luggage carriage tal-Gozo Channel ġie mwaqqaf? Jista' jagħti r-raġuni għal dan?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li s-servizz li ghalih qed jirreferi l-Onor. Interpellant m'ghadhux jinghata wara direttiva tal-Union biex il-haddiema ma juzawx il-Baggage Trailers

Imġarr Għawdex — MV Calypso

Question

Jista' il-Ministru jgħid għal liema raġuni l-MV Calypso ilu diversi ġranet marbut l-Imġarr, Għawdex? Hemm xi ħsieb li l-MV Calypso jerġa' jibda jintuża?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li hija ħaġa normali li, meta wieħed mil-vapuri tal-Kumpannija Gozo Channel ikun it-Tarzna, l-MV Calypso jkun sorġut ġewwa Għawdex. Bħalissa il-vapur MV Gaudos qiegħed it-Tarzna għal-manutenzjoni annwali. Il-vapur MV Calypso qed jintuża biex isiru l-vjaġġi tal-Cargo għal Sa Maison.
Leg 10 PQ #3222 Sitting 71 2003-12-04 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Ninu Cremona — Studenti tal-Form 4

Question

Jista' il-Ministru jgħid għal liema raġuni l-istudenti tal-Form 4 ta' l-iskola Ninu Cremona ntalbu jagħmlu photocopy tal-ktieb tal-History u ġew mitluba jirritornaw l-oriġinal li kienu ngħataw fil-bidu tas-sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li il-ktieb imsemmi huwa għall-użu fl-Iskejjel Sekondarji b'distinzjoni ta' Junior Lyceums. Fil-bidu tas-sena kotba indirizzati lejn l-iskola sekondarja Agius De Soldanis, bi żball tqassmu lis-subien ta' Ninu Cremona Junior Lyceum. L-iżball irranġa ruħu, imma mhux eskluż li xi għalliem ġol-Liceo Ninu Cremona għamel 'photocopies' tal-ktieb għal-klassijiet tiegħu, wara li kien beda jużahom u sabhom qed jaqduh.
Leg 10 PQ #3223 Sitting 71 2003-12-04 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Proġetti ta' embellishments fit-toroq

Question

Tista' il-Ministru tgħid xi proġetti ta' embellishments saru fit-toroq u fir-roundabouts, tgħid fejn saru u kemm swew item per item?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li x­xogħolijiet ta' embellishment li saru fit­toroq u fir­roundabouts f'Għawdex mill­ewwel ta' din is­sena 'l hawn huma: i) Xogħol fir­roundabout fi Triq San Leonardo limiti tax­Xewkija li ġie jiswa Lm326.80; ii) Xogħol f'Belvedere fi Triq San Leonardu limiti tax­Xewkija li ġie jiswa Lm6852.00; iii) Xogħol f'Belvedere fi Triq Cocco Palmieri, Nadur li ġie jiswa Lm1630.31; iv) Kisi ta' ħitan bil­gagazza fi Triq ta' Xħajma limiti tan­Nadur li ġie jiswa Lm450.000; v) Kisi ta' ħitan bil­gagazza fi Triq ta' Ħamet limiti tax­Xagħra li ġie jiswa LM350.00. Barra minn dawn ix­xogħolijiet inbniet greenhouse li ser tintuża fil­produzzjoni ta' xtieli ta' l­istaġun biex jitħawwlu matul is­sena fit­traffic islands u postijiet oħra pubbliċi. Inbeda wkoll programm li jaħseb biex is­soft areas kollha li jaqgħu taħt ir­responsabilita' tal­Gvern Ċentrali jiġu msebbħa bit­taħwil tas­siġar ġodda u manutenzjoni aħjar ta' dawk eżistenti. Dan il­programm huwa mifrux fuq tlett snin. L­ispejjez imsemmija hawn fuq ma jinkludux il­pagi tal­ħaddiema li jkunu ħadmu fuq dan ix­xogħol.

Għawdex — Qasam tad-djar taċ-Ċawla - Xiri ta' djar mill-inkwilini

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għal liema raġuni wħud mill-kerrejja fil-housing estate taċ-Ċawla qed jiġu mċaħħda milli jakkwistaw id-djar mikrija lilhom stess?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellanti sabiex tirreferi lill-kerrejja (inkwilini) lit-Taqsima tal-Customer Care ta’ l-Awtorita’ tad-Djar ġewwa Għawdex jew inkella lill-Awtorita’ tad-Djar f’Malta.

Għawdex — San Lawrenz - problema ta' drenaġġ

Question

B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 2703, jista' il-Ministru jgħid fiex tikkonsisti l-azzjoni li qed tittieħed u kemm hu previst li ddum is-sezzjoni sabiex issolvi l-problema ta' drenaġġ fi Triq Wileġ San Lawrenz u Corner Street, f'San Lawrenz, Għawdex?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma bdiet tinvestiga l-kondizzjoni tas-sistema tad-drenaġġ fi Triq Wileġ, San Lawrenz biex tara jekk hemmx bżonn estensjoni mas-sistema eżistenti. Jekk jinstab li hemm bżonn estensjoni, din ser issir fi żmien sitt xhur. Fil-każ ta' Corner Street, San Lawrenz hemm bżonn li ssir fossa (cesspit) b'pompa awtomatika biex tilqa u tmexxi d-dranaġġ ta' l-inħawi. Il-Korporazzjoni bi ħsiebha tibda u tlesti dan il-boosting station is-sena d-dieħla (i.e. 2004).