B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1737 dwar xiri ta' makna ġdida għall-istress tests, tista' il-Ministru tgħid f'liema stadju waslet il-proċedura għax-xiri ta' din il-makna issa li għaddew diversi xhur minn meta saret il-mistoqsija, cioe' mid-29.09.03? Tista' tgħid kemm pazjenti ġew bżonn din il-makna u ġew riferuti mid-29.09.03 sal-lum?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-proċeduri għax-xiri ta' magna ġdida għall-istress test huma fl-istadju ta' l-adjudication.
Qed nagħti rendikont xahar b'xahar mid-29 ta' Settembru 2003 sallum ta' kemm pazjenti ġew bżonn din il-makna u ġew riferuti lejn Malta
mid-29 sat-30 ta' Settembru 2
Ottubru 17
Novembru 11
Diċembru 12
Jannar 2004 21
Frar 25
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 4006 li saret fis-26 ta' Jannar, 2004 peress illi l-Ministru fid-29 ta' Jannar, 2004 wieġeb illi risposta tingħata f'seduta oħra, jista' il-Ministru jekk jogħġbu jindirizza din il-mistoqsija mill-iktar fis peress illi ħafna Għawdxin qed jinħolqulhom inkonvenjenti k bar biex imorru jagħmlu t-testijiet għal-liċenzji tas-sewqan f'Malta? Ma jaħsibx il-Ministru li dawn it-testijiet għandhom isiru f'Għawdex stess?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li t-test il-ġdid tat-Teorija għalissa ser jibqa f'Malta, filwaqt li t-test prattiku qed isir Għawdex.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2705, jista' il-Ministru jgħid għaliex minkejja li fir-risposta tiegħu tas-17.11.03 qal li l-hump fil-bajja tax-Xlendi kienet se titneħħa fil-ġranet li ġejjin, din il-hump għadha hemm?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi l-Kunsill Lokali tal-Munxar kellu xi diffikultajiet biex isib kuntrattur biex iqaxxar it-triq u għalhekk dan ix-xogħol kien għadu ma twettaqx. Jidher li issa dawn il-problemi ġew risolti u x-xogħol mistenni jibda fit-3 ta' Marzu, 2004.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1445 u għar-risposta relatata, tista' il-Ministru tgħid xi progress sar fix-xogħol ta' ekwipaġġar tal-cold rooms fil-cold stores tal-gvern mid-data tar-risposta 'il hawn, cioe' mit-22.09.03?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li bħalissa qiegħed isir xogħol ta' ekwipaġġar mill-ġdid ta' żewġ cold rooms fil-cold stores tal-Gvern f'Għawdex.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura ta' kif jitqassmu VIP tags waqt it-tiġrijiet tar-regatta li jsiru f'Marzu u Settembru? Jista' jgħid ukoll min hu responsabbli għat-tqassim ta' dawn it-tags?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li parti sostanzjali mit-tags tar-Regatta jiġu mqassma mill-Għaqda Regatta Nazzjonali. Il-bqija jitqassmu mill-Kumitat Festi Nazzjonali.
Huma jgħaddu dawn it-tags lill-kull distrett li qiegħed jipparteċipa fir-Regatta. Dawn min-naħa tagħhom iqassmu lid-delegati, uffiċjali u qaddiefa.
Jingħataw VIP tags ukoll lill-media lokali, VIP’s li jikkonsistu f’ġurnalisti barranin, nies distinti oħra bħal Sindki, kunsilliera, membri parlamentari, membri ta’ l-Għaqda Regatta Nazzjonali, il-Kumitat Festi Nazzjonali, membri ta’ Kunsill Malti għall-Isport, membri ta’ Kunsill Malti għall-Kultura u Arti kif ukoll membri tal-ġurija,
Il-proċedura hija stabbilita kull sena u talbiet ġodda wkoll jiġu kkunsidrati.
Jista' il-Ministru jgħid għalfejn din is-sena ma kienx hemm ippjanat li jsir dope testing fuq il-qaddiefa tar-regatta, liema testijiet ilhom isiru għal ħafna snin? Jista' jgħid jekk ingħatatx informazzjoni lill-qaddiefa (kollha jew uħud minnhom) li ma kienx se jsir dan it-test?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lil Onor. Interpellant li r-regolamenti tar-Regatta jiġu maħruġa mill-Kumitat Festi Nazzjonali.
Dawn ilhom is-snin li stabbilew il-fatt illi l-qaddiefa jkunu suġġetti għad-doping tests.
Dan it-test isir jekk, meta u x'ħin jiddeċiedi l-Kumitat Festi Nazzjonali u mhux neċessarjament li jsir kull sena.
Il-qaddiefa li jiġu suġġetti għat-test jintgħażlu mill-Kumitat Festi Nazzjonali u jintgħażlu permezz ta' polza u allura l-ebda qaddief ma' jkun jaf jekk hux ser ikun suġġett għal dan it-test.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 4220, jista' il-Ministru jgħid jekk il-kunsill lokali tar-Rabat Għawdex irreġistrax oġġezzjoni għall-applikazzjoni tal-MEPA 93/03?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali rreġistra oġġezzjoni għall-applikazzjoni PC 93/03
Tista' il-Ministru tgħid għal-liema raġuni qed ikun hemm dewmien fil-bini tal-ħajt tar-revelin taċ-Ċittadella? Tista' tgħid ukoll minn liema fond jew vot qed jitħallsu l-ispejjeż għal dan ir-restawr u jekk hemmx inklużi l-pagi tal-ħaddiema? Tista' tgħid ukoll kemm hemm ħaddiema nvoluti f'dan ix-xogħol ta' restawr?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li x-xogħolijiet fuq ir-revelin taċ-Ċittadella imxew bil-mod prinċipalment peress li wara li nħatt il-ħajt ta' barra instabu fdalijiet arkeoloġiċi li riedu jiġu studjati u rekordjati mit-Taqsima tal-Mużewijiet. Barra minn hekk ried jinstab mod li permezz tiegħu jkun jista' jitkompla x-xogħol filwaqt li dawn is-sejbiet jibqgħu aċċessibbli għall-pubbliku.
Ix-xogħol tal-bini tal-ħajt tar-revelin reġa' beda f'nofs Jannar ta' din is-sena u l-parti li qed tinbena bħalissa mistennija tkun lesta sal-aħħar ta' Frar tal-2004.
L-ispejjeż għal dan ir-restawr inkluż il-pagi tal-ħaddiema ser jitħallsu mill-voti tal-Ministeru għal Għawdex.
Hemm erba' ħaddiema assenjati fuq dan ix-xogħol.
Ħaddiema Għawdxin li jaħdmu Malta — Sussidju tal-biljetti tal-Gozo Channel
Question
Tista' il-Ministru tgħid għal liema raġuni għadu ma tħallasx is-sussidju tal-biljetti tal-Gozo Channel lill-ħaddiema Għawdxin li jaħdmu Malta? Tista' tgħid meta se jitħallas?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li s-sussidju tal-biljetti tal-Gozo Channel lill-ħaddiema Għawdxin li jaħdmu Malta ser ikunu tħallsu kollha sa' l-aħħar ta' din il-ġimgħa.
Għawdex — Dipartiment ta' l-agrikoltura - uffiċjali tekniċi
Question
Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm uffiċjali tekniċi fid-dipartiment ta' l-agrikoltura f'Għawdex li jifhmu: a) fiż-żbir tas-siġar; b) fiż-żrigħ tax-xtieli ornamentali; c) fil-kur ta' l-annimali; u d) fix-xogħol tat-taqsima ta' l-ispettorat kemm ta' irziezet kif ukoll tar-raba?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li fil-fergħa ta' l-Agrikoltura tad-Dipartiment għall-Proġetti u Żvilupp tal-Ministeru għal Għawdex hemm Principal Agricultural Officer, Veterinary Officer, Senior Veterinary Officer, żewġ (2) Agricultural Officers, Senior Agricultural Foreman, Agricultural Foreman, tlett (3) Assistant Foreman, sitta u ħamsin (56) Gardener u wieħed u għoxrin (21) Farmer li jifhmu f'wieħed jew f'aktar mill-oqsma msemmija.
Ministeru għal Għawdex — Applikazzjonijiet għal post ta' direttur customer services
Question
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' applikazzjonijiet li daħlu biex timtela' il-pożizzjoni ta' direttur (customer services) fil-Ministeru għal Għawdex, liema applikazzjonijiet għalqu fit-23 ta' Jannar?
Jista' jgħid ukoll kemm ilha battala l-pożizzjoni u jekk hemmx aġent direttur biex jagħmel ix-xogħol? Jekk fin-negattiv, għaliex ġara dan?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
MISTOQSIJA NUMRU 4217
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta’ Direttur (“Customer Service”) huwa ta’ tlieta.
Il-pożizzjoni ilha battala mill-erbatax ta’ Ottubru 2003.
Għalkemm ix-xogħol li normalment jagħmel direttur jinqasam bejn uffiċjali oħra f’każ ta’ assenza jew nuqqas temporanju mill-post, hemm l-obbligu li jinħatar aġent direttur biss fejn dan huwa mitlub mill-liġi.
Tista' il-Ministru tgħid kemm kotba ġew weeded out kull sena mil-lending library ta' Pjazza San Franġisk, fir-Rabat, Għawdex fl-aħħar ħames snin u kemm kotba ġodda ġew akkwistati mill-istess librerija fl-istess perjodu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella hawn taht.
L-ghadd ta’ kotba li gew weeded out kull sena mil-Lending Library ta’ San Frangisk fir-Rabat, Ghawdex fl-ahhar hames snin hu kif gej:
1999
2000
2001
2002
2003
TOTAL
141
96
201
134
207
779
L-ghadd ta’ kotba li gew akkwistati kull sena mil-Lending Library ta’ San Frangisk fir-Rabat, Ghawdex fl-ahhar hames snin hu kif gej:
1999
2000
2001
2002
2003
TOTAL
248
1,631
1,264
804
1,279
5,226
Għawdex — Rabat - Self ta' kotba mil-lending library
Question
Tista' il-Ministru tgħid kemm kien l-għadd ta' kotba li ssellef il-pubbliku kull sena mil-lending library ta' Pjazza San Franġisk, fir-Rabat, Għawdex fl-aħħar ħames snin?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-ghadd ta’ kotba li ssellef il-pubbliku kull sena mil-lending librarta’ Pjazza San Frangisk, fir-Rabat, Ghawdex fl-ahhar hames snin huwa kif muri hawn taht:
1999
2000
2001
2002
2003
88,663
70,367
64,414
62,601
67,192
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 3737 li saret lill-Ministru għal Għawdex u cioe' jista' il-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-iżvilupp fi Triq Borg Olivier, fir-Rabat, Għawdex - file no: MEPA 93/03? Jista' jgħid jekk ġewx konsultati l-kunsill lokali tar-Rabat, il-clubs tal-football u entitajiet oħra?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-applikazzjoni PC 93/03 li għaliha qegħda tirreferi I-Onor. Interpellant, m' hix applikazzjoni ta' żvilupp, iżda applikazzjoni għal tibdil fl-allinjament tal-bini. Din l-applikazzjoni tipproponi li l-allinjament jinbidel b' tali mod li jidħol “cul-de-sac” li jagħti aċċess minn Triq Borg Olivier fir-Rabat, Għawdex.
Il-Kunsill Lokali tar-Rabat, Għawdex ġie kkonsultat, bħalma jiġri f' kull każ ta’ applikazzjoni għal tibdil fl-allinjament. Il-clubs tal-football u entitajiet oħra ġew mgħarrfa u mitluba jikkummentaw, permezz ta' l-avviżi fl-istampa kif ukoll permezz ta' "site notice", li twaħħlet fil-post. Fil-fatt, kien hemm fost dawn l-entitajiet li kitbu u wrew l-opinjoni tagħhom fuq dan it-tibdil fl-allinjament, u l-argumenti tagħhom ġew ikkunsidrati fl-analiżi ta' l-applikazzjoni.
In konsegwenza ta' l-inċident fatali li seħħ is-sena l-oħra fi skola ġewwa Malta, jista' il-Ministru jgħid jekk f'Għawdex sarux xi spezzjonijiet fl-iskejjel biex jiġi assigurat li hemm tagħmir tajjeb u li ma jkunx ta' riskju għall-istudenti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li f'Għawdex ukoll saru l-ispezzjonijiet neċessarji sabiex jiġi assikurat li hemm tagħmir tajjeb u li ma jkunx ta' periklu għall-istudenti.
Għawdex — Spezzjonijiet fil-faċilitajiet sportivi ta' l-iskejjel
Question
In konsegwenza ta' l-inċident fatali li seħħ is-sena l-oħra fi skola ġewwa Malta, jista' il-Ministru jgħid jekk f'Għawdex sarux xi spezzjonijiet fil-faċilitajiet sportivi kollha biex jiġi assigurat li hemm tagħmir tajjeb u li ma jkunx ta' riskju in partikolari għat-tfal?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nitlob lil Onor. Membru tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jgħid jekk it-team nazzjonali ta' l-għum għandhomx coach?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Infurmat li l-A.S.A. qed tistenna biex jiġu kkonfermati għajnuniet finanzjarji minn diversi entitajiet biex tkun f'pożizzjoni li tinnegozja u tingaġġa coach nazzjonali għall-għawm.
Sadanittant l-għawwiema qed jitħarrġu minn Gayle Rizzo, il-coach nazzjonali taż-żgħażagħ.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 3749, jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex f'pożizzjoni li jeskludi li jekk dan il-monument isir hux se jieħu post xi monument ieħor in partikolari l-monument f'ġieħ Manwel Dimech?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lil Onor. Interpellant li ma għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt għall-mistoqsija numru 3749.
Għawdex — Skola Agius de Soldanis - Għalliema tal-Bioloġija
Question
Jista' il-Ministru jgħid għal liema raġuni hemm emergency teacher tgħallem il-Biology lill-form 4 u 5 fl-iskola Agius de Soldanis Junior Lyceum, fir-Rabat Għawdex u t-teacher tal-Biology proprja qed tagħmel biss xogħol ta' supervisor meta jkun hemm il-free lessons? Ma jidhirlux il-Ministru li emergency teacher mhijiex kwalifikata biżżejjed biex tgħallem lil dwn l-istudenti li waslu biex jagħmlu l-'O' level?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li s-Supply Teacher imsemmija m'għadiex tgħallem fl-iskola Agius De Soldanis u l-għalliema tal-Bioloġija propja daħlet mill-Maternity Leave u ħadet lura t-teaching load li kellha.