Għawdex — Kerċem - Bini ta' taraġ f'Wied il-Lunzjata
Question
Tista' il-Ministru tagħti dettalji dwar in-natura u l-utilita' tax-xogħlijiet konsistenti f'bini ta' taraġ u culvert fil-parti ta' fuq ta' Wied il-Lunzjata peress illi dik l-area hija skedata bħala special area of conservation and high landscaping value?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li x-xogħol fil-parti ta' fuq ta' Wied il-Lunzjata jikkonsisti f'bini ta' water culvert taħt il-livell tal-ħamrija biex jilqa' l-ilma tax-xita tat-Triq ta' Mulejja limiti tal-Fontana, u b'hekk jiġi evitat l-ilma tax-xita jidħol fil-propjeta' privata. Ir-raba' minn fejn għaddej dan il-culvert ser jerġa jiġi rijabilitat għall-istat oriġinali tiegħu.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 4789, peress illi fil-laqgħat tal-Kumitat Reġjonali għal Għawdex qed jiġu diskussi diversi issues u proġetti f'Għawdex, ma taħsibx il-Ministru li l-Oppożizzjoni għandha tkun mistiedna biex tipparteċipa fil-laqgħat tal-Kumitat?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
M'għandix x'inżid mar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4789.
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 4220, 4436 u 4689, jista' il-Ministru jgħid minn min saret l-applikazzjoni MEPA 93/03?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li din l-applikazzjoni ġiet sottomessa mid-Direttorat ta' l-Ippjanar fi ħdan l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), skond Sezzjoni 6 ta’ l-Avviż Legali 27 ta’ l-2002, jiġifieri li d-Direttorat, bħal ma jagħmel is-soltu f’ każijiet simili, ħass li kien fl-interess ta’ ippjanar tajjeb li jsir it-tibdil fl-allinjament tat-triq kif propost fl-istess applikazzjoni.
OPM — Vakanzi għall-post ta' senior technical officer fil-Ministeru għal Għawdex
Question
B'riferenza għall-MPO circular 45/2003 dwar posts of senior techical officer (works branch) in the department for projects and developments, Ministry for Gozo, jista' il-Prim Ministru jgħid x'kienu l-kriterji li abbażi tagħhom saret l-għażla?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi l-kriterji li abbażi tagħhom saret l-għażla li għaliha qed tagħmel riferenza l-Onorevoli Interpellant, skond kif approvati mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, kienu kif jidher hawn taħt:
Related Knowledge
30
Relevant Experience
25
Abilities required in the post
(eg: Leadership, etc)
20
Qualifications
15
Personal Qualities
10
maximum
100
minimum
50
Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm fondi allokati u/jew kemm huma stmati li se jiswew il-festeġġjamenti ta' l-1 ta' Mejju f'Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li m'hemmx fondi allokati speċifikament taħt il-vot tal-Ministeru għal Għawdex għall-festeġġjamenti ta' l-1 ta' Mejju f'Għawdex. Il-programm ta' dawn il-festi propost mill-Ministeru għal Għawdex huwa stmat li jiswa Lm15,000.
Tista' il-Ministru tgħid għaliex l-Oppożizzjoni Laburista mhix rappreżentata fil-Kunsill Reġjonali għal Għawdex? Ma jidhrilhiex li bl-esklużjoni ta' l-Oppożizzjoni il-gvern qed ikun esklussiv u joħnoq kull possibbilta' ta' djalogu u diskussjoni li l-Oppożizzjoni għandha kull dritt li tiġi nvoluta fihom bħala rappreżentant tal-poplu Għawdxi wkoll?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m'hemmx rappreżentanza politika fil-Kumitat Reġjonali għal Għawdex.
Jista' il-Ministru jgħid għal liema raġuni l-premju Best of the Best fil-Karnival din is-sena ma ngħatax? Jista' in oltre jgħid it-trofew tal-fidda fejn qed jinżamm?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-Kummisjoni Nazzjonali Folklor waqqaf għal din is-sena biss il-Premju Best of the Best. Ir-raġuni li ma ingħatax il-premju din is-sena hi li il-Kummisjoni qed tirrevedi il-proċess ta' kif jiġi allokat dan l-unur. It-trofew qed jinżamm fl-uffiċju tal-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 4572, ma jaħsibx il-Ministru li ma jagħmilx sens li biċċa mit-test isir Għawdex u biċċa Malta? Ma jaħsibx li l-Għawdxin għandhom jagħmlu it-test kemm prattiku u kemm tat-teorija f'Għawdex stess?
Response (GALEA, ĊENSU)
M'għandi xejn x'inżid mar-risposta għall-mistoqsija parlamentari nru. 4572.
Għawdex — Dipartiment tal-protezzjoni ċivili - assistance & rescue officer
Question
B'riferenza għall-MPO circular no. 8/2004 dwar posts of assistance and rescue officer in the department of civil protection (Gozo station), jista' il-Prim Ministru jgħid u jispeċifika x'inhuma other employment rights imsemmija fil-klawsola 6.2?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li “other employment rights” imsemmija fis-sejħa li għaliha qed issir referenza huma dawk id-drittijiet li l-applikanti magħżula jkunu qegħdin igawdu fl-impjieg tagħhom ma’ l-entità pubblika u li jkunu wirtu mill-impjieg preċedenti li kellhom mal-Gvern.
Tista' il-Ministru tgħid kemm kien hemm fondi ivvotati għall-karnival għal kull sena separatament mill-1998 sa l-2004 u kemm minn dawn il-fondi attwalment intnefqu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 4220 u 4436 dwar jekk il-kunsill lokali tar-Rabat Għawdex irreġistrax oġġezzjoni għall-applikazzjoni tal-MEPA 93/03, jista' il-Ministru jgħid min għamel l-applikazzjoni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Kif diġa spjegajt fir-risposta tiegħi għal mistoqsija parlamentari numru 4436, il-Kunsill Lokali rreġistra oġġezzjoni għall-applikazzjoni PC 93/03. Din l-applikazzjoni ġiet sottomessa mid-Direttorat ta' l-Ippjanar fi ħdan l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), skond Sezzjoni 6 ta’ l-Avviż Legali 27 ta’ l-2002, jiġifieri li d-Direttorat ħass li kien fl-interess ta’ ippjanar tajjeb li jsir it-tibdil fl-allinjament tat-triq kif propost fl-istess applikazzjoni.
Jista' il-Ministru jgħid għal liema raġuni f'Għawdex m'hawnx kuratur tal-mużewijiet?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lil Onor. Membru li f'Heritage Malta r-responsabbiltajiet f'kull qasam ma jiddistingwux bejn Malta u Għawdex għaliex l-istrateġija hija waħda ħolistika li tkopri kemm Malta u Għawdex u għalhekk hemm kuratur għall-kull qasam differenti.
Pero' għal fini ta' Għawdex u l-amministrazzjoni ta' Heritage Malta f'Għawdex hemm ukoll Manager - Gozo sites li dalwaqt għandu jkun appuntat.
Gradi oħra jiġu appuntati skond il-proċeduri wara li jiġi ffirmat il-ftehim kollettiv li bħalissa qiegħed jiġi diskuss.
Gwardjani lokali — Numru tat-telefon li jintuża mill-pubbliku f'każ ta' inċident
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 4569 dwar numru tat-telefon li jintuża f'każ ta' inċident tat-traffiku, jista' il-Ministru jgħid jekk in-numru tat-telefon 21320202 li se jintuża biex il-pubbliku jinforma lill-gwardjani lokali b'inċident tat-traffiku, huwiex intiż li jintuża wkoll għall-inċidenti li jiġru f'Għawdex? Ma jaħsibx li jagħmel iktar sens li jkun hemm linja oħra apposta għall-Għawdxin?
Ma jaħsibx il-Ministru li għandu jkun hemm numru apposta għall-Għawdxin?
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 4574, tista' il-Ministru tispeċifika x-xogħol ta' ekwipaġġar mill-ġdid tal-cold rooms?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li x-xogħol ta' ekwipaġġar mill-ġdid tal-cold rooms fil-Cold Stores tal-Gvern f'Għawdex jikkonsisti fi bdil tal-kisi ta' l-art, ta' l-"insulation" u tal-bibien tal-kmamar kif ukoll bdil ta' l-apparat tar-refriġerazzjoni u sistemi anċillari għalih.
Tista' il-Ministru tgħid x'sar mill-fond għall-artisti? Tista' tgħid kif u meta se jitħallsu l-artisti li kienu ntitolati għall-fondi minn dan il-fond in konnessjoni ma wirjiet jew xogħlijiet u/jew esibizzjonijiet oħra?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Naħseb li l-Onorevoli Nterpellant qiegħda tirreferi għall-fond li minnu jitħallsu s-sussidji lill-organizzazzjonijiet kulturali. Ninsab infurmata li l-ebda artist m'hu dovut xi ħlasijiet minn dan il-fond in konnessjoni ma' wirjiet jew xogħlijiet oħra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 4368, jista' il-Ministru jispeċifika eżatt u jagħti d-dettalji kollha in konnessjoni ma' applikazzjoni PA07236/03 dwar ic-civic amenity facility?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-applikazzjoni PA 07236/03 saret minn għand il-kumpanija WasteServ Malta Ltd biex issir ‘civic amenity facility’ f’ sit imsejjaħ ‘Ta’ l-Imgħajjen’, limiti tax-Xewkija, li għandha daqs ta’ madwar 7,700 metru kwadru. L-applikazzjoni, li hija ‘outline’ ġiet validata fis-16 ta’ Jannar, 2004, u għandha tiġi ddeterminata sas-16 ta’ Lulju, 2004. L-iżvilupp propost jikkonsisti f’ faċilita’ fejn il-pubbliku jista’ jiddeposita varjeta’ ta’ skart domestiku, kif ukoll xi skart li jista’ jiġi rriċiklat. L-applikazzjoni qed tiġi pproċessata.
Tista' il-Ministru tgħid kemm medical equipment ġie skrappjat jew tneħħa mill-użu fl-isptar ġenerali ta' Għawdex f'dawn l-aħħar ħames snin (1999-2003) sena b'sena? F'kull każ, kemm kien ilu li nxtrara l-equipment li tneħħa mis-servizz?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li fil-perijodu imsemmi ġew skrappjati żewġ tipi ta' apparat mediku mill-Isptar Ġenerali t'Għawdex. Fis-sena 2002 kienet ġiet skrappjata makna għall-użu anaestetiku u li kienet ilha għad-dispożizzjoni tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex sa mit-twaqqif tiegħu. Ta' min igħid ukoll li fis-sena 2000 kienet tneħħiet X-Ray Mobile Unit, liema apparat mediku kien ilu għad-dispożizzjoni tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex sa mit-twaqqif tal-istess sptar.
Ministeru ħal Għawdex — Post ta' direttur customer services
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 4217, tista' il-Ministru tgħid min iffirma l-ittri għaċ-charges kontra l-ħaddiema tad-direttorat tal-customer services bejn l-14 ta' Ottubru, 2003 u l-14 ta' Frar, 2004 ladarba ma kienx hemm la direttur u lanqas aġent direttur?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li d-dikjarazzjonijiet ta' l-abbużi kontra l-uffiċċjali li għalihom saret referenza ġew iffirmati mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għal Għawdex.
Gwardjani lokali — Numru tat-telefon li jintuża f'każ ta' inċident tat-traffiku
Question
Numru tat-telefon li jintuża f'każ ta' inċident tat-traffikuJista' il-Ministru jgħid jekk in-numru tat-telefon 21320202 li se jintuża biex il-pubbliku jinforma lill-gwardjani lokali b'inċident tat-traffiku, huwiex intiż li jintuża wkoll għall-inċidenti li jiġru f'Għawdex? Ma jaħsibx il-Ministru li jagħmel iktar sens li jkun hemm linja oħra apposta għall-Għawdxin?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li n-numru tat-telefon hu l-istess wieħed kemm Malta kif ukoll Għawdex.