Legislature:
Category:
Reset
Active:

Gozo Channel — Ħaddiema

Question

Peress li fl-istqarrija ministerjali tal-21/04/04 intqal li l-Gozo Channel se tibda tieħu ħsieb il-catering hi stess, jista' il-Ministru jgħid x'impatt dan se jkollu fuq il-ħaddiema li jaħdmu fil-bar tal-vapuri? Jista' jgħid jekk hux se jkun hemm xi żieda jew tnaqqis ta' ħaddiema minħabba dan?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-ħaddiema li bħalissa qed jaħdmu fil-barijiet tal-vapuri m'humiex impjegati mal-Gozo Channel, imma ta' kumpanija terza. Għaldaqstant, peress li dawn l-impjegati m'humiex tal-GCCL ma' nistax ngħid hux ser ikun impatt fuq dawn il-ħaddiema. Li nista' ngħid hu li x-xogħol ser jibda jsir mill-ħaddiema tal- GCCL biex b'hekk il-kumpanija tiffranka madwar Lm150,000 fis-sena.

Għawdxin li jkollhom familjari rikoverati fl-isptar San Luqa — Riduzzjoni fuq biljetti tal-Gozo Channel

Question

Peress illi s'issa kienet teżisti skema li permezz tagħha dawk li jkollhom familjari rikoverati l-isptar ikollhom riduzzjoni fuq il-biljett tal-Gozo Channel, jista' il-Ministru jgħid jekk in vista ta' dawn il-miżuri l-ġodda din l-iskema hux se tiġi affettwata?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba l-fatt li ser jibqa' jkun hemm il-bżonn li l-kumpanija tgħin lill-persuni li jkunu verament fil-bżonn, ser tiddaħħal proċedura fejn iċ-Ċhairman tal-kumpanija jkun jista' jagħti l-permess uffiċċjali lill-management biex f'ċerti każijiet il-passiġġier/i ma' jħallsux parti min-noll jew jiġi frankat in-noll sħiħ. B'hekk il-GCCL tkun tista' tibqa' taqdi l-obbligi soċjali tagħha wkoll.

Sa Maison — Vapuri tal-Gozo Channel

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'tip ta' vapuri se jintużaw għal Sa Maison u jekk dawn humiex se jġorru passiġġieri jew vetturi tal-merkanzija biss? In oltre jista' jgħid jekk sarux xi studji jekk il-port t'Għawdex jiflaħx għaż-żieda ta' vapuri?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Għawdex — Qorti tal-Familja

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 4969, peress illi fil-Qorti ta' Għawdex ma jidhru li saru ebda xogħlijiet, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fejn se jsiru s-seduti tal-Qorti tal-Familja f'Għawdex?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-amministrazzjoni tal-Qorti ta' Għawdex issottomettiet tliet proposti fejn jistgħu jsiru s-seduti tal-Qorti tal-Familja f'Għawdex u qed tistenna l-approvazzjoni għal waħda minnhom. Sadattant, seduti tal-Qorti tal-Familja qed isiru fil-Bini tal-Qorti stess.
Leg 10 PQ #5128 Sitting 119 2004-04-22 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Triq Wagganu - asfaltar

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex Triq Wagganu li tagħti minn San Lawrenz għal Santa Luċija, f'Għawdex ma ġietx asfaltata kollha kemm hi?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-parti tat-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant qiegħda fil-programm ta' xogħlijiet għal din is-sena.

Telephones ċellulari

Question

Ma jaħsibx il-Ministru li wasal iż-żmien li kull linja ta' telephone ċellulari tiġi reġistrata, speċjalment dawk il-linji li jinxtraw over the counter u b'hekk ikun kemm iktar kontroll fuq dawn il-linji u jiġu evitati l-abbużi u użu ħażin ta' dawn il-linji?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-bżonn li jiġi mpost obbligu fuq il-pubbliku fejn kull linja għandha tiġi rreġistrata huwa suġġett imsemmi ħafna, kemm f'Malta kif ukoll barra minn Malta. Bħalissa, meta l-konsumatur li jixtri linja ta' mobile telephone prepaid, m'għandux l-obbligu li jirreġistra ismu ma' l-operatur tas-servizz u f'każi fejn l-individwu jirreġistra, l-linja kemm pre-paid kif ukoll post-paid (b'kuntratt), għandu l-faċilita permezz tal- mobile li jżomm in-numru tal-linja anonima meta jagħmel telefonati. L-Awtorita' ta' Malta dwar il-Kommunikazzjoni hija konxja tas-sitwazzjoni preżenti u qiegħda tinvestiga l-issues relatati ma' abbuż u l-użu ħażin ta' dawn il-linji.
Leg 10 PQ #5130 Sitting 119 2004-04-22 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Ċimiterju Santa Marija - xiri ta' oqbra

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm talbiet pendenti biex jinxtraw oqbra mill-privat fiċ-ċimiterju ta' Santa Marija f'Għawdex? Tista' tgħid ukoll jekk humiex jiġu aċċettatu iżjed talbiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata illi preżentement hemm 265 applikazzjoni pendenti għax-xiri ta' oqbra fiċ-Ċimiterju ta' Santa Marija. Applikazzjonijiet ġodda għal xiri ta' oqbra fl-istess ċimiterju għadhom qed jintlaqgħu fl-Uffiċċju tas-Saħħa Pubblika fir-Rabat Għawdex.

Għawdex — Applikazzjonijiet għall-permessi quddiem il-MEPA

Question

Peress illi ħafna applikazzjonijiet għall-permessi f'Għawdex quddiem il-bord tal-MEPA għadhom pendenti minħabba li jeħtieġu li jsiru spezzjonijiet, jista' il-Ministru jara li dawn l-ispezzjonijiet isiru kemm jista' ikun malajr u b'hekk jiġi evitat dewmien esaġerat fil-proċess?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li quddiem il-Bord ta’ l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ma hemm l-ebda applikazzjoni dwar żvilupp f’ Għawdex li hija pendenti minħabba li tinħtieġ spezzjoni. Ta’ min isemmi li quddiem il-Kummissjoni għall-Kontroll ta’ l-Iżvilupp hemm għaxar (10) applikazzjonijiet li huma pendenti minħabba l-ħtieġa ta’ spezzjoni. Għal sitta (6) minn dawn kellha ssir spezzjoni llum, 22 ta’ April 2004.

Għawdex — Xewkija: Triq Kan. Zammit Haber - pompa tad-drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta u fejn se ssir il-pompa tad-drenaġġ fi Triq Kan. Zammit Haber, Xewkija, Għawdex peress illi r-residenti ilhom għal bosta snin jistennew sabiex din il-pompa ssir?

Response (GATT, AUSTIN)

Hu mistenni li sa l-aħħar tas-sena 2004 jinħareġ il-permess għall-bini ta' din il-pumping station wara li jkun hemm qbil mal-MEPA dwar is-sit preċiż tagħha li għadu mhux deċiż. Ix-xogħol propju mistenni jinbeda fis-sena 2005.

Maltapost plc — Ħaddiema Għawdxin

Question

Peress illi f'dawn l-aħħar ġranet ġew trasferiti seba' ħaddiema Għawdxin tal-Maltapost plc minn Għawdex għal Malta, jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex maħsub li din tkun miżura proviżorja?

Response (GATT, AUSTIN)

Total ta' 43 Għawdxi mpjegati ma' Maltapost bħalissa jirrappurtaw għax-xogħol f'Malta minħabba esiġenzi tas-servizz. Jekk fil-ġejjieni Maltapost ikollha xogħol li jkun jista' jsir f'Għawdex, il-kumpannija tikkunsidra li tibgħat xi impjegati minn dawn lura f'Għawdex skond il-bżonn.

Għawdex — Qorti tal-Familja - seduti ta' medjazzjoni

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 4969, peress li l-Ministru fir-risposta tiegħu kkonferma li l-laqgħat tal-medjaturi tal-proċeduri f'Għawdex għandhom isiru dejjem Għawdex, jista' il-Viċi Prim Ministru allura jara għalfejn l-Għawdxin qed jintalbu jmorru għas-seduti Malta u jara li jingħataw direttivi lill-medjaturi f'dan is-sens?

Response (BORG, TONIO)

L-Onor. Membru hija nfurmata li l-medjaturi għandhom jagħmlu s-seduti tagħhom f'Għawdex meta l-każ jiġi ppreżentat hemm. Ordnijiet f'dan is-sens għandhom jingħataw mill-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) (Ġurisdizzjoni Superjuri) (Sezzjoni tal-Familja) billi l-medjaturi huma, ai termini tal-liġi, esperti tagħha.

Għawdex — Tribunal Industrijali - rikorsi

Question

Peress illi rikorsi fit-Tribunal Industrijali ta' każijiet f'Għawdex iridu jiġu ppreżentati l-Qorti ta' Malta, jista' il-Viċi Prim Ministru jara li dawn jibdew jiġu ppreżentati fir-reġistru tal-Qorti Għawdex?

Response (BORG, TONIO)

Is-suġġeriment tal-Onor. Interpellant ser jiġi studjat in vista tal-artikolu 73 sub-artikolu 9 tal-Kapitolu 452 tal-Liġijiet ta' Malta.

Gozo Air Charter/Heliport — Ħaddiema

Question

In vista ta' l-istqarrija li saret mill-Ministru dwar l-Air Malta, jista' jgħid il-Gozo Air Charter, il-Heliport u l-ħaddiema tal-heliport kif se jiġu milquta, jekk se jiġu milquta?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li fil-waqt li l-Gozo Heliport m'għandhiex impjegati magħha, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ħaddiema tal-Malta Aircharter li jammontaw għal tmintax (18) ġewwa l-heliport jinqasmu f'żewġ kategoriji - 1. Tlieta li huma mislufa mill-AirMalta (seconded) 2. Ħmistax huma mislufa mill-Corporate Services Department fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex.

Għawdex — Reġistru tal-Qorti - kawżi ġodda

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm daħlu kawżi ġodda fir-reġistru tal-Qorti ta' Għawdex u jelenkahom skond il-kompetenza?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat kif ġej:- Kompetenza Numru ta` kawżi ġodda (mill-01/01/2004 sat-23/03/2004) Inferjuri 4 Superjuri 28 Tribunal għal talbiet żgħar 29 Sezzjoni Familja 3
Leg 10 PQ #4968 Sitting 114 2004-03-29 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Manutenzjoni fl-iskejjel

Question

Tista' il-Ministru telenka x-xogħlijiet ta' manutenzjoni li saru fl-iskejjel ta' Għawdex matul is-snin 2002, 2003 u 2004 għal kull skola separatament u tgħid ukoll kemm swiet kull biċċa xogħol? Tista' tgħid liema minn dawn ix-xogħlijiet saru mill-ħaddiema tal-gvern u liema saru minn kuntratturi privati?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Għawdex — Qorti tal-Familja - seduti ta' mejdazzjoni

Question

B'riferenza għall-każijiet tal-Qorti tal-Familja f'Għawdex li qed jiġu riferuti għall-medjazzjoni, peress illi l-medjaturi qed jitolbu lill-partijiet sabiex imorru għas-seduti Malta, jista' il-Viċi Prim Ministru jara li s-seduti ta' medjazzjoni fil-każijiet tal-Qorti t'Għawdex isiru f'Għawdex stess?

Response (BORG, TONIO)

Il-laqgħat tal-Medjaturi għandhom isiru dejjem Għawdex meta l-proċeduri jibdew hemm. Għal dan il-għan hemm spazju provdut fil-bini tal-istess Qorti.

ETC — Statistika ta' ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru, bħala Ministru responsabbli għall-ETC, jagħti statistika mill-1998 sa l-2003 dwar in-numru ta' ħaddiema li jaħdmu f'Għawdex, in-numru ta' ħaddiema li jaħdmu Malta u n-numru ta' ħaddiema Għawdxin li jaħdmu Malta kif ukoll jagħti l-persentaġġ ta' ħaddiema Għawdxin mal-popolazzjoni Għawdxija u l-persentaġġ ta' ħaddiema Maltin mal-popolazzjoni Maltija?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

ETC — Statistika ta' ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru, bħala Ministru responsabbli għall-ETC, jagħti statistika bejn l-1998 sa l-2003 ta' ħaddiema li jaħdmu f'Għawdex u ta' ħaddiema li jaħdmu f'Malta fid-diversi oqsma tax-xogħol, per eżempju, manifattura, turiżmu, self-employed, mal-gvern u mal-korporazzjonijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.