Peress li t-tariffi tar-Reġistru Pubbliku li ġew ippublikati riċentement jirriflettu żieda li hija d-doppju ta' kif kienu, jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti r-raġuni għall din iż-żieda daqshekk kbira? Inoltre peress li żdiedu it-tariffi tar-riċerki wkoll, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux ser ikun hemm titjieb fis-servizz tenut kont li r-riċerki qed idumu ħafna u qed isiru anke żbalji?
Tista' il-Ministru tgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għal boarding out minn individwi f'Għawdex sena b'sena mill-1 ta' Jannar 2000 sa Lulju 2004 u tindika s-sess u l-eta? Tista' tgħid kemm minn dawn ġew boarded out mill 1 ta' Jannar 2000 sa Lulju 2004 u tgħid xi kwalita' ta' xogħol kienu jwettqu l-applikanti qabel ma ġew boarded out?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanti għat-tieni parti tat-Tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 3129 f'Seduta Nru. 70.
Peress li ħafna mill-applikazzjonijiet għar-rekluti mal-Forzi Armati ta' Malta li għalqu dan l-aħħar ġew rifjutati minħabba kontravenzjonijiet tat-traffiku li tniżżlu fuq il-kondotti, ma jaħsibx il-Prim Ministru li l-applikanti ma kellhomx jiġu mċaħħda minħabba dawn il-multi tat-traffiku?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li l-proċess ta’ reklutaġġ fil-Forzi Armati, bħal kull eżami pubbliku ieħor, qiegħed jitmexxa mid-Dipartiment ta’ l-Eżamijiet u għaldaqstant l-Onorevoli Membru għandu jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jgħid meta ser jiġi rivedut il-ftehim dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema tal-Gozo Channel?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema huma regolati b'żewġ Ftehim Kollettivi.
Il-Ftehim Kolletiv li jirregola l-ħaddiema li jaħdmu fuq il-baħar (minbarra l-uffiċċjali) u n-nies li jaħdmu x-xatt, u li skada fl-aħħar ta' Settembru 2002, preżentament qed jiġi negozjat . Il-Ftehim Kollettiv mal-uffiċċjali li jaħdmu fuq il-vapuri jiskadi fl-aħħar ta' Diċembru 2004.
Jista' il-Ministru jgħid u jispjega għal-liema raġuni mhux qed ikun hemm ġarr ta' luggage mat-tripsta' wara nofs in-nhar fuq il-vapuri tal-Gozo Channel?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-UHM ordnat lill-membri tagħha ma jipprovdux is-servizz tal-ġarr tal-bagalji għat-turisti u l-passiġġieri, liema azzjoni mingħajr ġustifikazzjoni qed toħloq inkonvenjent għal xejn. Din id-direttiva ngħatat wara li l-Kumpannija ma' laqgħetx it-talba tal-UHM sabiex jiżdiedu l-ħaddiema li jieħdu ħsieb is-servizzi tal-bagalji -bl-iskuża li l-ħaddiema li qed jieħdu ħsieb dan ix-xogħol illum issa fis-sajf għandhom wisq x'jagħmlu.
Il-kumpanija toffri servizz billi żewġ impjegati tagħha fiċ-Ċirkewwa u tnejn fl-Imġarr jgħabbu l-bagalji tat-turisti f'vettura apposta u mbagħad għal fuq il-vapur u mbagħad iħottu l-bagalji mal-wasla fid-destinazzjoni tal-vapur. Mir-records jidher li fil-fatt, it-traffiku tal-bagalji żdied bi ftit ħafna u din iż-żieda ma tiġġustifikax l-ispiża li jiżdiedu l-ħaddiema mal-bagalji.
Minħabba l-insistenza tal-UHM, il-kumpanija iddeċediet, u fil-fatt implimentat il-proċedura li titlob lill-passiġġiera jkunu huma li jqiegħdu il-bagalji tagħhom fil-luggage trolleys ħlief għal passiġieri anzjani jew b'diżabilita' fejn għandha tibqa' l-għajnuna ta' l-impjegati tal-kumpanija. Dan il-bdil sar biex jassigura li l-passiġġieri jinqdew xorta waqt li l-ħaddiema ma jkollhomx għalfejn jgħidu li żdidilhom wisq ix-xogħol.
Minkejja din is-soluzzjoni, il-UHM ordnat lill-ħaddiema jwaqqfu s-servizz tal-luggage trolleys.
Kunsill Lokali Rabat Għawdex — Temporary parking permit
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għal-liema raġuni l-awtoritajiet kompetenti f'Malta qegħdin idumu ħafna, anke sena biex jawtoriżżaw lill-Kunsill Lokali tar-Rabat Għawdex sabiex ibiddel temporary parking permit f'wieħed permanenti fl-iskema ta' pparkjar għar-residenti?
Response (BORG, TONIO)
Nifhem li l-mistoqsija ta' l-Onor. Membru tikkonċerna l-Controlled Parking Scheme fir-Rabat (Għawdex). Peress li din taqa' taħt il-kompetenza ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport, nitlob lill-Onor. Interpellanti biex tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru konċernat.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6554, peress li issa Għawdex ma għandhux frekwenza nazzjonali jista' il-Ministru jgħid hux ser tingħata frekwenza oħra minflok dik ta' Radio Calypso?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi fis-26 ta' Lulju l-Awtorita' tax-Xandir se tħabbar ir-riżultati ta' business study li se jitfa' dawl dwar is-sitwazzjoni tar-radju nazzjonali eżistenti u jekk għandhomx jiġu allokati frekwenzi ġodda għax-xandir. Dan il-Ministeru għalhekk qed jistenna li jirċievi r-rakkomandazzjonijiet ta' l-Awtorita' tax-Xandir qabel ma jiddeċiedi kif għandu jipproċedi f'dan il-qasam.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6554 jista' il-Ministru jforni d-dettalji kollha dwra dan it-trasferiment u dwar il-mod ta' kif it-talba ġiet determinata mill-Awtorita' tax-Xandir?
Response (GALEA, ĊENSU)
Billi l-Awtorita' tax-Xandir mhiex parti mid-dikasteru li jaqa' taħt ir-responsabilta' tal-Ministeru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni, nitlob lill-Onorevoli Interpellanta tagħmel id-domanda tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għal Għawdex — beach cleaning section - nuqqas ta' arja kkundizzjonata
Question
Peress li l-beach cleaning section fil-Ministeru għal Għawdex m'għandhomx air conditioning fl-uffiċini tagħhom, tista' il-Ministru tara li jiġi stallat l-air conditioning unit f'dawn l-uffiċini?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-uffiċċju ta' l-iskrivani tal-Beach Cleaning section huwa pprovdut b'arja kkundizzjonata. L-installazzjoni ta' apparat ta' arja kkundizzjonata f'uffiċċju ieħor ta' din is-sezzjoni tiġi kkunsidrata skond il-prioritajiet tad-Dipartiment.
Jista' il-Minsitru jgħid u jispjega kif l-unika frekwenza tar-radju li kien hemm allokata għal Għawdex fuq bażi nazzjonali issa mhux se tibqa' tittrasmetti minn Għawdex?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi s-sid ta' Radju Calypso qiegħed fi proċeduri biex ibiegħ il-kumpanija Radju Calypso Ltd. lill-kumpanija oħra. Jien infurmat ukoll li l-Awtorita' tax-Xandir kellha talba quddiemha f'dan is-sens u li hija approvata. Peress li l-istazzjonijiet tar-radju joperaw fuq bażi kummerċjali, s-sid ta' dan l-istazzjon m'għandu l-ebda obbligu li jbiegħ lil xi operatur ieħor ġewwa Għawdex għaldaqstant wieħed għandu dritt li jiddisponi mill-istazzjon skond ir-regoli tas-suq. L-approvazzjoni tal-bejgħ ta' dan l-istazzjon skond l-artiklu 16 ta' l-Att dwar ix-xandir.
Tista' il-Ministru telenka x-xogħlijiet kemm infrastrutturali kif ukoll ta' manutenzjoni tat-toroq f'Għawdex f'dawn l-aħħar ħames snin? Tista' tgħid ukoll min għamel ix-xogħol u kemm ġie jiswa?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6260 li ġiet riferuta lelek u cioe' peress li fil-Qorti ta' Għawdex m'hemmx sigurta' biżżejjed, ma taħsibx il-Ministru li l-Qorti ta' Għawdex għandu jiġi mgħammar b'apparat ta' sigurta' bħal dak ta' Malta?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Peress li l-apparat indikat irid jitħaddem minn uffiċċjali addetti għas-sigurta', hekk kif jimtela l-post ta' security guard li mistenni jimtela' fi żmien qasir, ikunu jistgħu jittieħdu l-passi biex, jekk ikun ill-każ, jiddaħħal l-apparat li qed tirreferi għalih fil-Mistoqsija.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6261, peress illi filwaqt li kull min jagħmel użu mill-awla ż-żgħira japprezza l-afreski u ma jixtiequx li ssirilhom ħsara iżda huwa ta' inkonvenjent kbir li taħdem f'din l-awla fil-ġranet ta' sħana, ma taħsibx il-Ministru li jista' ikun opportun li din l-awla ssir kamra ta' l-avukati u min-naħa l-oħra l-kamra ta' l-avukati tiġi mgħammra biex issir awla?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Mhuwiex xieraq li jiżdied taraġ ieħor għall-pubbliku jekk isir l-arranġament indikat f'din il-mistoqsija.
Peress illi qed ikun hemm ilmenti kontinwi dwar l-ambulanzi li m'għandhomx arja kondizzjonata, tista' il-Ministru tara li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata a benefiċċju tal-ħaddiema u tal-pazjenti li jinġarru lejn Malta ta' kuljum għal trattamenti li ma jsirux Għawdex minħabba nuqqas ta' faċilitajiet fl-isptar Ġenerali ta' Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata illi qegħdin isiru l-arranġamenti meħtieġa sabiex isiru t-tiswijiet ta’ l-air conditioning ta’ l-ambulanzi ta’ l-Isptar Ġenerali t’Għawdex.
Fir-rigward ta’ dawk l-ambulanzi li ma fihomx air conditioning m’huwiex possibli li jiġi nstallat l-air conditioning fihom.Kull meta hu possibbli l-ġarr ta' pazjenti bejn l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u l-Isptar San Luqa isir bl-ambulanzi li fihom l-arja kondizzjonata.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta ser jingħataw il-ħatra dawk il-pulizija li f'Marzu 2004 għamlu l-eżami u f'April 2004 ġew mgħarrfa li għaddew għall-surġenti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-ħatriet imsemmija jingħataw meta l-esiġenzi tas-servizz ikunu jippermettu.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw promotions lill-istaff ta' l-isptar ġenerali ta' Għawdex kif ukoll jgħid x'tibdil, jekk kien hemm fil-postings wara li ngħataw dawn il-promotions?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru kkonċernat.