B'riferenza għall-encroachment li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-imsemmija proprjeta' għadhiex tal-gvern peress li qed jintbagħtu kontijiet għall-pagament mid-dipartiment ta' l-artijiet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi minn riċerka li għamlet it-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern jidher li l-proprjetajiet li għamlet referenza għalihom l-Onorevoli Interpellant huma tal-Gvern.
Peress li issa se jiġi tterminat l-impjieg tal-ħaddiema tal-cafeteria tal-Gozo Channel, jista' il-Ministru jgħid x'arranġamenti hemm maħsuba dwar kif se tiffunzjona l-cafeteria fuq il-vapuri tal-Gozo Channel?
Response (GATT, AUSTIN)
Meta jintemm il-kuntratt li llum il-GCCL għandha ma' OBSL, ix-xogħol relatat mal-cafeteria ser isir minn ħaddiema tal-Gozo Channel u għal dan il-għan, ser tinħareġ internal call lill-ħaddiema fil-jiem li ġejjin biex jimtlew dawn il-postijiet.
Awtorita' tax-Xandir — Trasferiment ta' Radio Calypso
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamnetari 6693 li ġiet indirizzata lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni u li issa ġiet indirizzata lilek u cioe' tista' tforni d-dettalji kollha dwar it-trasferiment tal-frekwenza ta' Radio Calypso u dwar il-mod ta' kif it-talba għat-trasferiment ġiet determinata mill-Awtorita' tax-Xandir?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6257, jista' il-Ministru ġentilment jindika kemm tħallas fix-xahar għall-kirjiet tal-proprjetajiet imsemmija waħda waħda?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-propjetajiet li għandha mikrija għandha l-Gozo Channel huma dawn is-segwenti:-
L-Uffiċju tagħhom li jinsab f'Haywharf, Sa Maison
LM7,000 fis-sena;
L-Uffiċini tagħhom li jinsabu ċ-Ċirkewwa
LM501 fis-sena;
It-Ticket Booth taċ-Ċirkewwa
LM50 fis-sena;
L-uffiċini li jinsabu ġewwa Shore Street, Mgarr (Għawdex)
LM3,241 fis-sena;
Garaxx ġewwa Mġarr Road, Għajnsielem, li jintuża bħala workshop u store
LM5,110 fis-sena.
Il-Kumpannija tħallas ukoll parti mil-kera (limitat għal LM 60 fix-xahar) fuq erba' propjetajiet oħra, li jintużaw għall-akkomodazzjoni ta' xi mpjegati barranin tagħha u li jammontaw għas-somma ta' LM2,880 fis-sena.
Jista' il-Prim Ministru jgħid għal liema raġuni messaġġiera li ġew detailed minn mal-posta għal mal-gvern fl-1995 qed jiġu mċaħħda milli japplikaw għal senior court messengers?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jiena nfurmat li ma saret ebda sejħa għall-applikazzjonijiet għall-grad ta’ Senior Court Messenger.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6789 u r-risposta relattiva, ma jaħsibx il-Ministru li jekk bejn gap u oħra jsiru xi gradi li ma jtellfux il-passaġġ ta' l-ilma jiġu evitati inċidenti ta' nies li jaqgħu f'dawn l-istess gaps?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Awtorita' Marittima għalqet dawn il-gaps imsemmija mill-Onorevoli Interpellanta filwaqt li ġiet installata sistema sabiex tiżgura li l-passaġġ ta' l-ilma tax-xita ma jiġix ostakolat.
Dipartiment ta' l-artijiet — Kumpens fuq proprjeta'
Question
Peress illi hemm ħafna persuni li ilhom jistennew biex jirċievu l-kumpens għall-proprjeta' esproprjata lilhom minħabba skopijiet pubbliċi, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jitħallsu l-kumpensi dovuti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi d-Dipartiment ta' l-Artijiet iħallas kumpens kull sena għall-proprjeta' esproprijata skond l-ammont ta' fondi li jkollu allokati għal dan il-għan. Għall-esproprjazzjoni li saret wara l-1993, il-fondi jiġu allokati mill-vot tad-Dipartiment li jitlob l-esproprjazzjoni u jinżammu f'fond separat. Mill-1 ta' Jannar 2004, ebda Dikjarazzjoni tal-President ma tista' toħroġ jekk il-kumpens ma jiġix depożitat f'kont bankarju favur is-sidien tal-proprjeta' esproprjata.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 4968 li saret fis-seduta tad-29/03/04, seduta 114 li għaliha għadha ma ngħatatx ir-risposta, tista' il-Ministru ġentilment telenka x-xogħlijiet ta' manutenzjoni li saru fl-iskejjel ta' Għawdex matul is-snin, 2002, 2003 u 2004 s'issa għal kull skola separatament u tgħid ukoll kemm swiet kull biċċa xogħol? Tista' tgħid liema minn dawn ix-xogħlijiet saru mill-ħaddiema tal-gvern u liema saru minn kuntratturi privati?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6788 u r-risposta relattiva, jista' il-Ministru jispjega x'hemm maħsub u x'irid jgħid biha li x-xogħol jiġi ridimensjonat u fiex jikkonsisti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li f'rapport li ħejjet l-Awtorita' Marittima, wara diversi diskussjonijiet mal-paritijiet konċernati, issa ġew identifikati l-possibilitajiet u l-alternattivi kollha li attwalment jeżistu sabiex jista' jitkompla l-proġett tal-mollijiet u terminals ġewwa ċ-Ċirkewwa u l-Imġarr.
Billi d-deċiżjoni finali dwar dawn il-proposti għadha ma ttiħditx m'iniex f'pożiżżjoni li nagħti dettalji iktar speċifiċi f'dan l-istadju.
Madankollu, il-Gvern jibqa' mpenjat li, permezzz ta' dan il-proġett, il-mezz ta' trasport marittimu bejn Malta u Għawdex jissaħħaħ u jitjieb konsiderevolment.
Peress illi kien hemm ilmenti minn diversi produtturi tat-tadam fis-sens illi peress li l-kwoti ngħalqu mhux qed isibu l-bejgħ tal-bqija tat-tadam għaliex mhux kopert bis-sussidju, jista' il-Ministru jara kif din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata biex dawn il-produtturi jkunu jistgħu jbiegħu l-prodotti tagħhom?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li f' ħafna każijiet l-ammont ta' tadam ikkuntrattat żdied b' massimu ta' 30 fil-mija fuq il-kwota skond kif inhu permess mir-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea. Il-bdiewa sejrin jirċievu s-sussidju ta' 7ċ kull kilo għat-tadam kollu li biegħu lill-proċessuri, minbarra il-prezz minimu ta' 2ċ mingħand il-proċessuri.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6360 li ġiet indirizzata lilll-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika u li issa ġiet riferuta lilek u cioe' tista' tgħid meta huwa previst li jitlesta x-xogħol tat-terminal ta' l-Imġarr, Għawdex?
Djar — Għawdex - Appartamenti fil-Qasam tad-djar Taċ-Ċawla
Question
Tista' il-Ministru ġentilment tgħid kemm hemm appartamenti fil-housing estate f'Taċ-Ċawla, Għawdex b'kollox u tindika kemm minnhom huma mibjugħa, mikrija u vakanti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li fil-Qasam tal-Bini ndikat mill-Onor. Interpellanti hemm 128 appartament li minnhom inbiegħu 26 taħt Skemi ta' l-Awtorita tad-Djar.
Ninsab infurmata wkoll li l-102 appartament li ma nbiegħux huma kollha mikrija.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6691 li ġiet indirizzata lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern u li issa ġiet riferuta lilek u cioe' tista' tgħid għal liema raġuni l-awtoritajiet kompetenti f'Malta qegħdin idumu ħafna, anke sena, biex jawtorizzaw lill-kunsill lokali tar-Rabat, Għawdex sabiex ibiddel temporary parking permit f'wieħed permanenti fl-iskema ta' ippjarkjar tar-residenti?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Minn riċerka li saret fir-records tad-Direttorat għall-Immaniġjar tat-Traffiku irriżulta li ma kien hemm ebda talba għal temporary permit u lanqas ma hemm affarijiet oħra pendenti fir-rigward ta' l-iskema ta' ipparkjar tar-residenti.
Dipartiment ta' l-edukazzjoni — Applikazzjonijiet għar-rekluti mal-AFM
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6688 li ġiet indirizzata lill-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi u li issa ġiet riferuta lilek u cioe' peress li ħafna applikazzjonijiet għar-reklutaġġ mal-Forzi Armati ta' Malta li għalqu dan l-aħħar ġew rifjutati minħabba kontravenzjonijiet tat-traffiku li tniżżlu fuq il-kondotta, jaqbel il-Ministru li l-applikanti ma kellhomx jiġu mċaħħda din l-opportunita' minħabba dawn il-multi tat-traffiku?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fil-ħarġa tal-gazzetta tal-gvern tal-21 ta' Mejju li għadda, l-klawsola numru 14b ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet tgħid li flimkien ma' l-aaplikazzjoni l-kandidati għandhom jippreżentaw "ċertifikat riċenti tal-kondotta mill-Puluzija, Form A (maħruġ fi żmien ta' mhux aktar minn sitt xhur qabel id-data ta' l-għeluq ta' l-applikazzjoni)". F'din il-kondotta huma ripodotti ukoll il-kontravenzjonijiet imsemmija. Kontravenzjoni tat-traffiku komuni mhux akkompanjata minn ċirkostanzi aggravanti m'għandiex tkun ostaklu għal dawn l-applikazzjonijiet. Id-Dipartiment ta' l-Eżamijiet jikkonsulta ruħu ma' l-awtoritajiet kompetenti dwar ċirkostanzi aggravanti.
Awtorita' tax-Xandir — Trasferiment ta' Radio Calypso
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamnetari 6693 li ġiet indirizzata lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni u li issa ġiet indirizzata lilek u cioe' tista' tforni d-dettalji kollha dwar it-trasferiment tal-frekwenza ta' Radio Calypso u dwar il-mod ta' kif it-talba għat-trasferiment ġiet determinata mill-Awtorita' tax-Xandir?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jagħti d-dettalji dwar l-appalt tat-terminals tal-Gozo Channel u jgħid meta suppost jitlestew ix-xogħlijiet?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li dwar il-proġett tal-mollijiet u terminals ġewwa ċ-Ċirkewwa u l-Imġarr, qegħdin isiru diskussjonijiet mal-partijiet konċernati bil-għan li l-proġett jiġi ridimensjonat. Għaldaqstant, huwa mistenni illi jkun hemm progress fix-xogħolijiet meta jiġu konklużi dawn id-diskussjonijiet.
Peress illi fit-terminal taċ-Ċirkewwa n-naħa fejn ikun hemm il-karozzi jistennew għall-vapur hemm sensiela ta' bankini b'gap bejniethom u peress li kien hemm diversi inċidenti ta' nies li waqgħu f'dawn il-gaps, jista' il-Ministru jara li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li dawk li l-Onor. Interpellant qegħda tirreferi għalihom mhumiex bankini sabiex jimxu n-nies minn fuqhom iżda diviżjoni bejn il-marshalling area u l-exit road mill-vapur. F'din it-traffic island, għaddejja l-komunikazzjoni tad-dawl kemm dak domestiku kif ukoll dak tat-toroq ta' l-istess żona. Il-gaps imsemmija qegħdin hemm sabiex iservu ta' passaġġ għall-ilma tax-xita skiond il-qlib tal-marshalling area.