Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #7946 Sitting 173 2004-10-18 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Triq Ġebla tal-Ġeneral - tarmac

Question

Peress illi meta ngħata t-tarmac fi Triq Ġebla tal-Ġeneral, San Lawrenz, Għawdex il-wiċċ ġie jaqleb għal fuq ġenb għal fuq il-proprjetajiet tar-residenti tat-triq, tista' il-Ministru tara li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata u dan in vista tal-fatt li dalwaqt tibda x-xitwa u l-ilma jista' jidħol ġol-garaxxijiet tar-residenti?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li t-triq li qed tirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant kienet asfaltata u meta dan l-aħħar ingħata t-tarmak inżammu l-istess livelli li kien hemm qabel. Jista' jkun li xi residenti tad-djar tal-HOS li inbnew fuq din it-triq jkollhom problemi ta' l-ilma tax-xita. F'każijiet bħal dawn id-Dipartiment konċernat jieħu l-passi meħtieġa biex dawn il-problemi jiġu eliminati.
Leg 10 PQ #8014 Sitting 173 2004-10-18 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Decompression chamber

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 7503 u 7536 dwar id-decompression chamber li suppost issir f'Għawdex u li suppost (kif ilu jingħad minn naħa tal-gvern għal diversi xhur) se ssir mill-fondi ta' l-UE, tista' il-Ministru tgħid jekk sarx xi studju dwar l-ispecifications tad-decompression chamberu jekk iva, tgħid x'inhuma? In oltre kemm huma l-fondi allokati għaliha u meta hu antiċipat li tibda topera u fejn?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena ninsab infurmata li s'issa sar studju dwar il-fattibilta' ekonomika u finanzjarja għat-twaqqif ta' Decompression Chamber f'Għawdex. Barra minn dan, saret riċerka estensiva dwar l-ispecifications għaliha Ġa tħejjew l-ispecifications għal service contract tal-progett li jinkludi d-Decompression Chamber. It-total ta' fondi li qed jiġu allokati għal dan il-proġett jitilgħu għal madwar Lm465,500. L-apparat se jiġi nstallat f'sit li ser jinbena apposta fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u l-proġett hu mistenni li jitlesta f'Ottubru 2006.

Sidien tat-taxis Għawdxin — Xogħol f'Malta

Question

B'riferenza għas-sentenza mogħtija mill-Qorti ta' l-Appell fid-19/4/04, Appell nru: 2950/1996/2, jista' il-Ministru jgħid il-gvern xi provvedimenti ħa biex sidien ta' taxis Għawdxin ikunu jistgħu jaħdmu l-Belt Malta kif ukoll biex sidien ta' taxis reġistrati Għawdex ikunu jistgħu jiġu trasferiti lil xi ħadd li joqgħod Malta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat illi l-policy ta' l-Awtorita dwar it-Trasport ta' Malta hi li l-50 taxi li huma reġistrati biex jaħdmu f'Għawdex jaħdmu biss f'Għawdex (ħlief f'każ li jkollhom iwasslu passiġieri lejn sptar, port jew ajruport f'Malta) u dawk li huma reġistrati biex jaħdmu f'Malta, jaħdmu biss f'Malta. Jien infurmat ukoll li l-policy hi li taxis operati f'Għawdex jistgħu jinbiegħu anki lill- Maltin, bil-kundizzjoni li dawn jibqgħu joperaw f'Għawdex.

Ċirkewwa — Faċilitajiet sanitarji

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7624 u għar-risposta mogħtija peress illi l-uffiċċju tal-kumpannija jagħlaq fil-5.00 p.m., jista' il-Ministru jgħid x'faċilitajiet sanitarji jistgħu jużaw wara l-5.00 p.m.?

Response (GATT, AUSTIN)

Kull min ikollu bżonn juża faċilitajiet sanitarji wara l-5.00 ta' fil-għaxija, jista' jagħmel użu jew tal-portable toilet booths li hemm fil-parkeġġ tal-karozzi tal-linja, jew dawk provduti mill-Cafeteria.

Ċirkewwa — Bozoz

Question

Peress illi l-bozoz taċ-Ċirkewwa ilhom ma jixegħlu diversi xhur u għadhom ma ġewx mibdula u peress li biex isir l-irbit tal-vapuri fil-għaxija d-dawl qed ikun permezz ta' spot light tal-vapur, jista' il-Ministru jara li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata mhux biss biex il-ħaddiema jkunu jistgħu jaħdmu aħjar imma anke għal skopijiet ta' sigurta'?

Response (GATT, AUSTIN)

It-tweġiba għall- Mistoqsija Parlamentari diġa' ngħatat f' P.Q. 7487.

Gozo Channel — Servizz tal-vapur

Question

Jista' il-Ministru jgħid għalfejn wara s-6.00 p.m. qed jintuża vapur wieħed biss kuljum? Jista' in oltre jgħid jekk mis-6.00 p.m. hux qed ikun hemm l-istess shift jew jekk hux qed jinbidel f'xi ħin?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-vjaġġi kollha ta' wara s-sitta ta' fil-għaxija jinħadmu bl-istess vapur. Ix-xift tal-kru li jkunu fuq dak il-vapur jibda fis-17.45 u jispiċċa fil-01.45 ta' fil-għodu. Ir-raġuni prinċipali li l-vjaġġi jkun qed jagħmilhom l-istess vapur huwa sabiex il-vapuri l-oħrajn jkun jista' jsir ix-xogħol tagħhom ta' manutenzjoni, safety drills, charters tal-fuel, bunkering , u rutini oħra neċessarji.

Sezzjoni tad-drenaġġ — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm tnaqqis fil-ħaddiema mas-sezzjoni tad-drenaġġ?

Response (GATT, AUSTIN)

Fid-diviżjoni tal-Wastewater tal-KSI, hemm numru kbir ta' ħaddiema żejda kif ukoll xibka sħiħa ta' prattiċi ta' xogħol skaduti u mmirati biss biex iżidu l-ispiża tal-Gvern. Matul is-sena li ġejja l-Gvern ser jara li l-ispiża ta' din id-diviżjoni tkun ikkontrollata bl-aħjar mod possibbli.
Leg 10 PQ #7633 Sitting 171 2004-10-12 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Żebbuġ - Shooting Range

Question

Tista' il-Ministru tgħid għal liema raġuni għadhom ma ħarġux il-permessi biex tibda tiffunzjona x-shooting range fiż-Żebbuġ, Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li r-raġuni għala għadhom ma ħarġux il-permessi hija illi kellha ssir applikazzjoni amendata lill-MEPA għaliex inħasset il-ħtieġa li jkun hemm xi tibdil fl-applikazzjoni oriġinali tal-faċilita' msemmija.

Għawdex — Dipartiment ta' l-Edukazjzoni - Social Workers

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jagħmlu social work mad-dipartiment ta' l-edukazzjoni f'Għawdex? Jista' jindika kif inhu maqsum ix-xogħol ta' l-iskejjel fost dawn is-social workers u jindika wkoll x'tip ta' kwalifiki għandhom dawn il-persuni?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hemm tlett persuni li qed jagħmlu xogħol soċjali mad-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni f’Għawdex. Il-każijiet mill-iskejjel primarji u sekondarji jitqassmu bejn dawn it-tlett ħaddiema soċjali. Tnejn minn dawn il-ħaddiema soċjali għandhom diploma fix-xogħol soċjali, waqt li l-oħra għandha ‘bachelor’s degree’ fl-istess suġġett.

Finanzi — Performance Allowances

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid meta se jitħallsu l-performance allowances lid-diretturi u assistenti diretturi mad-dipartiment tal-finanzi, liema allowances normalment jitħallsu f'Mejju?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-ħlas ta’ performance bonuses lil diretturi u assistenti diretturi fil-Ministeru tal-Finanzi qed jiġu pproċessati issa minħabba xi dewmien li kien hemm primarjament dovut billi l-eżerċizzju għas-sena konċernata kien jinkorpora fih numru ta’ uffiċjali li rtiraw bl-età jew li llum iservu f’diversi Ministeri oħra.

Għawdex — Korporazzjoni Enemalta - meters single phase

Question

Jista' il-Ministru jgħid għal liema raġuni il-korporazzjoni Enemalta f'Għawdex ilha mingħajr meters tas-single phase għal xhur sħaħ u jara li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata minnufih a benefiċċju ta' l-applikanti?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-provvista ta' meters single phase f'Għawdex intużat fi żmien aqsar mill-previsti iżda għandha tiġi għan-normal fil-ġranet li ġejjin.

Ċirkewwa — faċilitajiet sanitarji

Question

Peress illi fiċ-Ċirkewwa m'hemmx faċilitajiet sanitarji kemm għall-pubbliku kif ukoll in partikolari għall-ħaddiema tal-Gozo Channel, jista' il-Ministru jara li jiġu pprovduti dawn il-faċilitajiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħaddiema tal-Gozo Channel normalment jagħmlu użu mill-faċilitajiet ta' l-Uffiċju tal-Kumpanija stess li jinsab iċ-Ċirkewwa u fit-Ticket Booth tas-South Quay skond minn fejn jopera l-vapur. Rigward il-kumplament tal-mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #7627 Sitting 170 2004-10-11 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Biċċerija

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex għadha mhix lesta l-biċċerija f'Għawdex minkejja li t-terminu prefiss ilu li skada? Meta huwa previst li terġa' tibda tiffunzjona l-biċċerija f'Għawdex tenut kont l-inkonvenjent tar-raħħala Għawdxin li jridu joqogħdu jmorru għall-qatla tal-bhejjem fil-biċċerija ta' Malta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li t-tender għax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni fil-biċċerija f’Għawdex ġiet ppublikata fis-sitta ta’ Lulju 2004, għalqet fit-tnax ta’ Awissu 2004 u waslet biex tinħareġ l-ittra tal-aċċettazzjoni biex ikun jista’ jinbeda x-xogħol li mistenni jieħu seba’ ġimgħat biex jitlesta. Sa dan it-tant tħejja d-dokument għad-disinn, provvista, stallazzjoni, ittestjar u kkumissjonar tal-apparat għal-biċċerija f’Għawdex li qiegħed jiġi vverifikat qabel tinħareġ l-offerta.
Leg 10 PQ #7628 Sitting 170 2004-10-11 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Artisti - Għajnuniet

Question

Tista' il-Ministru telenka l-għajnuniet li ngħataw lill-artisti Għawdxin matul l-aħħar ħames snin, kull sena separatament?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab nfurmata li l-għajuniet li ngħataw lill-artisti Għawdxin matul l-aħħar ħames snin huma skond it-tabella hawn taħt indikata: Sena Stampar (Lm) Ospitalita’ (Lm) Sussidju Dirett (Lm) Pustaġġ (Lm) TOTAL 1999 108.1 889.60 5,774.09 0.00 6,771.70 2000 308.78 1,341.35 3,836.43 100.00 5,586.56 2001 217.01 900.35 4,857.62 72.02 6,047.00 2002 665.28 349.25 5,518.84 431.62 6,964.99 2003 285.23 341.00 1,223.13 319.64 2,169.00 TOTAL 1,584.31 3,821.55 21,210.11 923.28 27.539.25

Ċirkewwa — Bozoz

Question

Peress illi l-bozoz taċ-Ċirkewwa ilhom ma jixegħlu diversi xhur u għadhom ma ġewx mibdula u peress li biex isir l-irbit tal-vapuri fil-għaxija d-dawl qed ikun permezz ta' spot light tal-vapur, jista' il-Ministru jara li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata mhux biss biex il-ħaddiema jkunu jistgħu jaħdmu aħjar imma anke għal skopijiet ta' sigurta'?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #7421 Sitting 167 2004-10-04 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Nollijiet tal-vapuri — Sussidji lill-istudenti

Question

Peress illi dalwaqt se terġa' tibda s-sena akkademika, tista' il-Ministru tgħid meta se tingħata ż-żieda fuq is-sussidju lill-istudenti minħabba ż-żieda fin-nollijiet tal-vapuri?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il-kumpens ghaz-zieda fin-nollijiet qed jigi kkunsidrat mill-Ministeru tal-Finanzi.
Leg 10 PQ #7422 Sitting 167 2004-10-04 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Għawdex — Heritage Malta - Ħatra ta' co-ordinators

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk humiex se jiġu maħtura co-ordinators Heritage Malta f'Għawdex bħalma nħatru f'Malta u jekk se jinħatru, jista' jgħid xi kwalifki ntalbu jew se jintalbu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Bħalissa Heritage Malta qegħda tibni l-istruttura tagħha. Ninsab infurmat li għadd ta' co-ordinators ser jinħatru f'postijiet fejn ġie deċiż li hemm il-ħtieġa. Fl-uffiċju ta' Għawdex ser jinħatru żewġ co-ordinators: wieħed Corporate Services u ieħor Public Programmes.

Korp tal-Pulizija — Ħatra ta' surġenti

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 3471 u 6389, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jinħatru l-kumplament tat-43 surġent fil-korp tal-pulizija meta dawn ilhom li applikaw sa minn Settembru 2003 u jidher li dan il-proċess ilu jkarkar għal ċertu żmien?

Response (BORG, TONIO)

Kif diġa' għedt fit-Tweġiba preċedenti dwar l-istess suġġett, il-ħatriet imsemmija jingħataw meta l-esiġenzi tas-servizz ikunu jippermettu. L-ewwel grupp li għadda u ġew minn ta' quddiem diġa' inħatru, ħaġa li l-Onorevoli Interpellant insiet issemmi fid-domanda tagħha. Malli jkun hemm il-ħtieġa, jidħlu l-oħrajn li għaddew skond l-ordni tal-mertu tagħhom.