Legislature:
Category:
Reset
Active:

Edukazzjoni — Revision of Papers

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7944, peress li r-riżultat tar-revision of paper tal-Matsec O level qed joħorġu wara li jsiru r-resits tal-Matsec O level, il-Ministru jaqbel li jkun jagħmel iktar sens u ġid għall-istudneti li r-revision of paper għandha tingħata qabel biex l-istudent ikun jista' jipprepara ruħu aħjar?

Response (GALEA, LOUIS)

Ġejt informat li jagħmel kull sens li r-riżultati tar-revision of paper jingħata kemm jista' jkun qabel l-istudent jerġa' joqgħod għall-eżami fis-sessjoni supplimentari. Informat li dan jiġri fil-każ ta' l-eżamijiet tal-Matsec. Filwaqt li żgur li hemm il-ħtieġa li l-Universita' teżamina kif għandha ttejjeb il-proċeduri, l-istudenti jridu jifhmu li l-iskop tar-revision of paper hu biss biex ikun assigurat li ma jkun sar l-ebda żball fl-immarkar tal-karta meta l-istudent ikollu suspett li seta' sar dan.

Sidien ta' Taxis Għawdxin — Xogħol f'Malta

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8015 u għar-risposta relattiva, peress li l-policy ta' l-awtortia' dwar it-trasport ta' Malta ġiet dikjarata bħala abbużiva mill-qorti ta' l-appell fid-19 ta' April 2004, jaqbel il-Ministru li l-policy għandha tinbidel biex taxis ta' sidien Għawdxin ikunu jistgħu jaħdmu Malta bla restrizzjonijiet?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-Twegiba tingħata f'seduta oħra.

Ħaddiema Għawdxin — Sussidju għan-nollijiet tal-vapur

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5274, 6171 u 7421, jista' il-Prim Ministru jgħid meta u jekk, se tingħata ż-żieda fuq is-sussidju lill-istudenti u ħaddiema Għawdxin minħabba ż-żieda fin-nollijiet tal-Gozo Channel?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li wara li ġew mitluba dettalji mill-Ministeru tal-Finanzi, l-informazzjoni meħtieġa ġiet mgħoddija mill-Ministeru għal Għawdex lill-Ministeru tal-Finanzi. Dan il-Ministeru, għalhekk, issa qed jipproċessa dan is-suġġett, li mistenni jkun finalizzat u konkluż fiż-żmien qarib.
Leg 10 PQ #8266 Sitting 177 2004-10-26 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Gozo Tourism Association

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 8060 u 8059 jekk il-gvern diġa' jirrikonoxxi lill-Gozo Tourism Association, għaliex dak ir-rikonoxximent ma jiffigurax f'Kap. 409 tal-Liġijiet ta' Malta senjatament artikolu 3(2)(a)? Ma jaħsibx il-Ministru li ormai jekk il-Gozo Tourism Association hija rikonoxxuta dan għandu jiġi rifless fil-Liġi dwar is-Servizzi ta' l-iVjaġġar u t-Turiżmu (Kap. 409)?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninforma lill-Onor Membru li hemm bosta aktar għaqdiet u assoċazzjonijiet li huma wkoll rikonoxxuti u li mhumiex membri ta' l-Awtorita` għat-Turiżmu ta' Malta. L-istess liġi tipprovdi għar-rikonoxximent ta' Għawdex bħala tali. Inżid ngħid li r-rapport imħejji minn Deloitte & Touche dwar l-Awtorita` jaħseb ukoll biex Għawdex ikollu rappreżentanza xierqa billi jitqies bħala segment għalih.
Leg 10 PQ #8268 Sitting 177 2004-10-26 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdxin — Sussidju għall-ġarr ta' merkanzija bejn Għawdex u Malta

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk is-sussidju li jingħata lill-Għawdxin għall-ġarr ta' merkanzija bejn Għawdex u Malta bil-Gozo Channel huwiex se jibqa' jingħata?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ir-risposta hija fl-affermattiv.

Reġistru Pubbliku — Tariffi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6709 li għadha mingħajr risposta u cioe' peress li t-tariffi tar-Reġistru Pubbliku li ġew ippublikati riċentement jirriflettu żieda li hija d-doppju ta' kif kienu, jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti r-raġuni għal din iż-żieda daqshekk kbira? In oltre peress li żdiedu t-tariffi tar-riċerki wkoll, jista' jgħid jekk hux se jkun hemm titjieb fis-servizz tenut kont li r-riċerki qed idumu ħafna u qed isiru anke żbalji?

Response (BORG, TONIO)

L-aħħar żieda fit-tariffi taċ-ċertifikati ta’ l-Istat Ċivili saret f’Jannar tal-1998 u dik għas-servizzi li jingħataw lill-għarajjes fir-Reġistru taż-Zwiġijiet f’Awissu tal-1981. Minn dawk iż-żminijiet is-servizzi f’dawn iż-żewġ sezzjonijiet tar-Reġistru Pubbliku tjiebu bil-bosta u ma’ dan it-titjib żdiedet ukoll l-ispiża għad-Dipartiment, speċjalment f’investiment ta’ xiri ta’ IT equipment u ghall-izvilupp ta’ software programmes. Rigward it-tariffi tar-riċerki, ta’ min wiehed jgħid li dawn żdiedu biss bi tlieta (3) fil-mija biex jagħmlu tajjeb għaż-żieda fil-rata tal-VAT li daħlet fis-seħħ fuq il-prodotti u servizzi mill-1 ta’ Jannar 2004.
Leg 10 PQ #8151 Sitting 176 2004-10-25 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Sptar Ġenerali - ENT

Question

Tista' il-Ministru tgħid għal liema raġuni l-appuntamenti tal-pazjenti ta' l-ENT fl-isptar ġenerali ta' Għawdex qed jiġu kkanċellati?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata illi peress li fid-Dipartiment tal-ENT tal-Isptar San Luqa hemm nuqqas ta’ staff mediku fil-preżent, l-appuntamenti għall-outpatients tal-ENT fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex qed isiru darba kull ħmistax minflok darba f’ġimgħa.
Leg 10 PQ #8152 Sitting 176 2004-10-25 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Protokoll Taljan — Settur Agrikolu

Question

Tista' il-Ministru tagħti rendikont ta' kif ġew imqassma l-fondi tal-Protokol Taljan fis-settur agrikolu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata illi Għawdex ibbenefika mill-Protokol Taljan permezz ta': - għajnuna teknika ta' esperti Taljani biex twaqqfet l-ewwel għaqda tal-produtturi f'Malta u Għawdex; - provvista u istallazzjoni ta' apparat li ser jintuża għall-grading , cold storage u ppakkjar ta' prodotti agrikoli; u -. upgrading ta' l-inċineratur fil-Biċċerija ta' Għawdex.
Leg 10 PQ #8155 Sitting 176 2004-10-25 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ħaddiema Għawdxin — Sussidju

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex mhux jitħallas is-sussidju lill-ħaddiema Għawdxin li jaħdmu mal-korporazzjonijiet f'Malta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li s-sussidju jingħata lill-ħaddiema Għawdxin li jaħdmu Malta mal-Gvern u ma' istituzzjonijiet li huma tal-Gvern jew iffinanzjati mill-Gvern u qatt ma' ingħata sussidju lill-ħaddiema Għawdxin li jaħdmu mal-korporazzjonijiet f'Malta.
Leg 10 PQ #8215 Sitting 176 2004-10-25 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Decompression chamber

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8014 u għar-risposta relattiva, tista' il-Ministru tgħid x'inhuma l-ispecifications għad-decompression chamber? In oltre tista' tgħid l-istudju dwar il-fattibilta' ekonomika u finanzjarja għat-twaqqif tad-decompression chamber fiex kien jikkonsisti u x'riżultati ħarġu minn dan l-istudju?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8014 għar-rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija. Għar-rigward it-tieni parti, jiena nfurmata li l-iskop ta' l-istudju dwar il-fattibilta' ekonomika u finanzjarja għat-twaqqif tad-Decompression Chamber kien biex: 1. janalizza u jevalwa l-bżonn ta' din il-faċilita'; 2. issir riċerka sabiex tivverifika l-ispejjez meħtieġa biex tinbena u titmexxa din il-faċilita'. Minn dan ir-rapport ħareġ li: 1. il-bini ta' dan il-proġett hu importanti għat-turiżmu fil-gżira t'Għawdex; 2. 34 fil-mija ta' l-inċidenti li għandhom x'jaqsmu mad-diving u li jkollhom bżonn tad-Decompression Chamber, jiġru ġewwa Għawdex; 3. l-ispiża totali sabiex titħaddem iċ-Chamber il-ħin kollu bi tmienja min-nies hi ta' madwar Lm60,000 fis-sena.
Leg 10 PQ #7630 Sitting 175 2004-10-20 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Faċilitajiet Sportivi

Question

Tista' il-Ministru telenka x-xogħlijiet li saru fuq faċilitajiet sportivi f'Għawdex matul l-2004? Tista' in oltre tgħid jekk hux maħsub li fil-budget għall-2005 ikun hemm żieda fil-fondi allokati għall-isports fGħawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li matul din is-sena x-xogħlijiet li saru fuq faċilitajiet sportivi f’Għawdex kienu kif murija hawn taħt: Xogħlijiet fil-Kumpless Sportiv: Bibien tal-injam għal storage tat-tapiti fis-sala Bdil ta’ Stair noising fil-passaggi tas-sala (xogħol għadu qed isir) Polishing tal-parquet Stallazzjoni ta’ Extractor Fans u ceiling fans fil-gym Shutters tal-aluminju bil-ħġieġ u nets għall-bieb prinċipali t’isfel Bdil ta’ ħgieġ tat-twieqi kollha u li huma livell mat-triq Xogħol ta’ membrane u żebgħa għas-saqaf li jagħti għat-tennis courts Xogħol fuq it-tinda biex titneħħa l-problema tal-ilma (xogħol għadu għaddej) Xogħlijiet fix-Shooting Range: Xogħol ta’ brix u żebgħa fuq it-tinda Xogħol ta’ membrane fuq is-saqaf tal-clubhouse Tindif u qtugħ ta’ ħaxix ħażin Xogħlijiet fil-korsa tax-Xħajma: Twittija ta’ ramel Qtugħ ta’ ħaxix, żbir u ħart Naħseb li l-Onorevoli Interpellant taf li rigward it-tieni parti tal-mistoqsija wieħed irid jistenna l-Estimi Finanzjarji għas-sena 2005.

Trakkijiet u vetturi tat-tagħbija

Question

Peress illi jidher li l-liġi li kienet timponi li trakkijiet u vetturi tat-tagħbija jkunu mgħottija ġiet imħassra, jista' il-Viċi Prim Ministru jara li terġa' tiġi promulgata liġi simili a benefiċċju tas-soċjeta' u l-pubbliku in ġenerali?

Response (BORG, TONIO)

Ġentilment nirreferi lill-Onorevoli Interpellanti għar-regolament 64 tar-Regolamenti dwar il-Ġarr Stradali ta' Merkanzija b'Vetturi bil-Mutur (Avviż Legali Nru. 146 ta' l-2003).
Leg 10 PQ #8058 Sitting 174 2004-10-19 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Koperattiva tas-serer

Question

Tista' il-Ministru tgħid fiex wasal il-proċess biex il-koperattiva tas-serer ikollha l-pitkalija u l-packing station? In oltre, fejn huwa proġettat li jsiru, jekk se jsiru, il-pitkalija u packing station?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li huwa ppjanat li tinbena pitkalija ġdida fiċ-Ċentru tal-Pitkali fix-Xewkija u għal dan inġab il-permess meħtieġ mill-MEPA. L-għoti ta' din il-pitkalija jsir skond il-proċeduri stabbiliti.
Leg 10 PQ #8059 Sitting 174 2004-10-19 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Tourism Association

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'ħidma qed issir mill-Ministeru għal Għawdex biex il-Gozo Tourism Association tiġi rikonoxxuta uffiċjalment?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Gozo Tourism Association ilha rikonoxxuta minn meta twaqqfet. Tajjeb jingħad li matul is-snin il ilha mwaqqfa din l-Assoċjazzjoni dejjem kine hemm koperazzjoni sħiħa u kontinwa bejnha u l-Ministeru għal Għawdex u ttieħdu ħafna inizjattivi flimkien.
Leg 10 PQ #8060 Sitting 174 2004-10-19 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Gozo Tourism Association

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta l-Gozo Tourism Association se tiġi rikonoxxuta uffiċjalment?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Gozo Tourism Association hija diġa rikonoxxuta tant li mhux l-ewwel darba li saru laqgħat uffiċjali magħha.

Dipartiment ta' l-edukazzjoni — Revision of paper

Question

Peress li r-riżultati tar-revision of paper qed joħorġu wara li jsiru r-resits, ma jaħsibx il-Ministru li jkun jagħmel iktar sens li r-revision of paper għandha tingħata qabel biex l-istudent ikun jista' jipprepara ruħu aħjar?

Response (GALEA, LOUIS)

Tista' l-Onor. Membru tispeċifika għall-liema riżultati qed tirreferi.
Leg 10 PQ #7945 Sitting 173 2004-10-18 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali — Xiri ta' equipment

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'equipment u x'magni nxtraw għall-isptar ġenerali ta' Għawdex u tgħid item item, kemm swew? In oltre, tista' tgħid x'tenders hemm pendenti għal xiri ta' equipment u magni u tgħid f'liema stadju waslu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.