Jista' il-Prim Ministru jgħid għal liema raġuni dawk il-pustiera li kienu daħlu mal-gvern sa mill-1992 ddaħħlu kollha fi scale 14 u għadhom hekk sal-lum u biex jaqbżu għal scale ieħor iridu jagħmlu l-eżamijiet u dan meta pustiera li daħlu wara ma ġewx imċaħħda minn din il-progression?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nifhem li l-Onorevoli Interpellant qed tirreferi għal arranġamenti li saru għal dawk li kienu mpjegati fid-dipartiment tal-Posta u li minn żmien għal żmien irritornaw lura għas-Servizz Pubbliku minn Posta Limited, mill-Uffiċċju tal-Postmaster General u wara minn Maltapost p.l.c..
Jiena nfurmat li f’dawn il-każijiet, li saru taħt ċirkostanzi differenti, l-arranġamenti saru dejjem bi qbil mal-
Unions
li jirrapreżentaw il-ħaddiema.
(Tweġiba mogħtija: 10/11/2004PM)
(Seduta Numru: 184)
Tista' il-Ministru tgħid x'xogħlijiet saru fil-Gozo Sports complex u x'equipment inxtara minn meta ġie mwaqqaf sal-lum?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hija mogħtija fil-lista annessa.
Xogħlijiet
Faċilitajiet għal-lodging lill-għaqdiet sportivi
Wire fencing fil-courts ta’ barra
Librerija b’kotba sportivi
Scaffolding 28 biċċa
Installazzjoni ta’ emergency lights
Mirja fil-gym
Gates fil-gym
Uffiċini ġodda fil-parti t’isfel
Refurbishing tal-mess room
Żebgħa għall-art tat-tennis court 2
Bdil ta’ dwal fis-sala prinċipali
Tkabbir ta’ garaxx/store għall-equipment
Storages għat-tapiti
Rampa tal-konkos għad-dħul mill-ġenb fis-sala
Refurbishing ta’ l-art tal-parquet
Tqegħid ta’ madum fil-passaġġi fis-sala
Refurbishing tad-dressing rooms tal-Kumpless kollu
Żieda fil-floodlights tas-sala prinċipali
Żebgħa ta’ ħitan mal-Kumpless kollu
Bibien tal-injam għal storages tat-tapiti fis-sala
Shutters tal-aluminju bil-ħġieġ u nets għall-bieb prinċipali t’isfel
Bdil ta’ ħġieġ tat-twieqi kollha livell mat-triq
Xogħol ta’ membrane u żebgħa għal saqaf li jagħti għat-tennis courts
Bdil ta’ stair noising fil-passaġġi tas-sala (mhux komplut)
Installazzjoni ta’ extractor fans u ceiling fans fil-gym
Xogħol ta’ tiswija fit-tinda tas-sala prinċipali biex jitwaqqaf l-ingress tal-ilma
Equipment
2 Portable stereo/CD
2 Basketball Backboards electronic Hydroplay
2 Goalposts with nets 3m x 2m
2 Nylon nets for side protection 5.5m x 22m
3 Table Tennis Stiga
10 Gym mats 2m x 1m
25 Sandwich mats
1 Inflatabile Pool
2 Crash mats
1 Spring board unit gymnova
6 Badminton stands
3 Table Tennis Joola
1 Trampoline
4 Basketball Backboards (mini)
Oħrajn
Nets għall-volleyball, tennis, table tennis u badminton
Hoops, blalen, cones, rackets, boxing bags, bibs
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8360 u r-risposta relattiva, peress li fl-istess domanda ma ntalbitx informazzjoni iżda tressaq ilment għan-nom ta' l-Għawdxin li jagħmlu użu minn dawn ir-rotot, jista' il-Ministru jara li dawn ir-rotot ma jgħabbux passiġġieri minn fuq l-istages matul it-triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat illi l-introduzzjoni tar-rotot diretti miċ-Ċirkewwa li n-noll tagħhom huwa dak ta’ 40c huwa ta’ detriment għall-persuni li jkunu jistennew fuq l-istages (barra dawk li jirkbu miċ-Ċirkewwa) sabiex jirkbu l-karozza. Dan minħabba l-fatt illi dawn il-passiġġieri jistgħu jużaw rotot simili li m’humiex diretti u n-noll huwa anqas minn 40c. Ta’ min wieħed jgħid ukoll li skond il-liġi ma jeżisti l-ebda regolament li passiġġier li jkun jistenna fuq bus stop ma jitħalliex jirkeb karozza tal-linja, sakemm l-istess karozza ma’ tkunx mimlija.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8359, peress li dik l-istess mistoqsija titratta dwar il-ħaddiema tal-heliport u peress li huwa inġust u inuman li dawn in-nies jitħallew fil-għama, ma jaħsibx il-Ministru li dawn il-ħaddiema għandhom kull dritt li jkunu jafu x'se jiġri minnhom mill-iktar fis?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Peress li diġa' hemm diversi complaints minħabba l-kafetterija tal-Gozo Channel għaliex trid iddum ħafna fil-queue biex tinqeda, ma jaħsibx il-Ministru li dan l-inkonvenjent għandu jiġi ndirizzat minnufih?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-Kumpanija, fil-jiem li ġejjin, ser tkun f'pożizzjoni li talloka t-tieni persuna biex isservi lin-nies, u b'hekk l-operat jerġa' jiġi għan-normal kif kien qabel, jiġifieri bi tnejn mill-ħaddiema jaqdu l-klijenti tagħna.
Peress li qed jitħallew l-art il-passiġġieri minħabba l-miżura li ttieħdet dwar it-tnaqqis ta' crew fuq il-vapuri tal-Gozo Channel - in-nies li tħallew l-art ħafna minnhom kienu turisti - u peress li kien hemm ħafna tgergir minħabba li passiġġieri tħallew l-art, ma jaħsibx il-Ministru li dan huwa inkonvenjent żejjed a detriment anke tat-turiżmu f'Għawdex?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li fl-ewwel jumejn li l-Kumpanija ħadmet bil-kru ridott, ma kienx hemm volum qawwi ta' turisti li qasmu bejn iż-żewġ gżejjer. Fil-fatt ma jidhirx li tħallew nies l-art minħabba l-arranġamenti l-ġodda. Madankollu, l-Kumpanija qed tieħu ħsieb li tilqa' għall-eventwalitajiet ta' numru qawwi ta' turisti fil-'peak hours', biex b'hekk jitnaqqas l-inkonvenjent għall-passiġġieri.
Peress li l-Għawdxin qed ibatu minn inkonvenjenti kbar biex jagħmlu t-test tal-liċenzja tas-sewqan għax dan it-test (l-iskritt) irid isir Malta u kif ukoll biex isir il-prattiku jridu jistennew li jinġabru group ta' applikanti u allura bejn sessjoni u oħra qed ikun hemm id-dewmien, jista' il-Ministru jara li jittieħdu passi biex dawn l-inkonvenjenti jitneħħew a benefiċċju ta' l-applikanti Għawdxin?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
B’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8369 ġejt infurmat li:-
1. It test tat-teorija (l-iskritt) li bħalissa jsir f’Malta mhux ġustifikat ekonomikament li jsir ġewwa Għawdex.
2. L-iskeda tat-testijiet tal-prattika’ ġo Għawdex ser issir b’mod li t-testijiet tal-vetturi żgħar u muturi se jiġu integrati ma’ dawk tal-vetturi l-kbar (trakkijiet inkluż bit-trejler, xarabanks u minibuses) sabiex kull test jidħol awtomatikament fil-jum li jkun imiss. B’hekk jiġi evitat li l-Għawdxin idumu jistennew biex jingħataw appuntament għal test b’vetturi kbar.
3. Id-Direttorat tal-Liċenzji u Testijiet ser iżid eżaminatur tat-testijiet ieħor, li jitla’ Għawdex kull nhar t’Erbgħa b’effett mit-3 ta’ Novembru 2004. B’hekk , nirdoppjaw in-numru ta’ testijiet tal-prattika ġo Għawdex u għalhekk jonqos il-perjodu bejn il-jum li jsir l-appuntament għat-test u t-test proprju.
Tista' il-Ministru ġentilment tgħid kemm-il persuna ġiet boarded out f'dawn l-aħħar ħames snin kull sena separatament? Tista' tgħid ukoll kemm minn dawn ġew boarded out għal raġunijiet fiżiċi u psikoloġiċi? Kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel? X'inhuma l-etajiet rispettivi tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li ma tinżammx statistika dwar l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellanti dwar l-aħħar tlett partijiet tal-Mistoqsija.
L-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-Mistoqsija qed tinġabar u Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8015 u għar-risposta relattiva, peress li l-policy ta' l-awtortia' dwar it-trasport ta' Malta ġiet dikjarata bħala abbużiva mill-qorti ta' l-appell fid-19 ta' April 2004, jaqbel il-Ministru li l-policy għandha tinbidel biex taxis ta' sidien Għawdxin ikunu jistgħu jaħdmu Malta bla restrizzjonijiet?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat illi l-policy eżistenti ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport hi skond l-avviż pubblikat fil-Gazzetta tal-gvern tal-15 ta' Ġunju 2001. Is-sentenza tal-Qorti ta' l-Appell ikkonfermat sentenza li kienet ingħatat mill-Prim' Awla tal-Qorti fit-12 ta' April 1999, u allura ma tkoprix deċiżjoni meħudha wara dik id-data mill-Awtorita'.
Jien infurmat ukoll li d-deċiżjoni kif spjegata fl-avviż pubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern fil-15 ta' Ġunju 2001 kienet ittieħdet bl-iskop li jibqa' jkun garantit is-servizz tat-taxis fil-gżira Għawdxija.
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 1976 u 2454 datati 14 ta' Ottubru 2003 u l-4 ta' Novembru 2003 rispettivament dwar is-servizz tal-helicopter, peress li minn meta saru dawn id-domandi għaddiet sena, jaqbel il-Ministru li l-poplu għandu jkun jaf x'se jiġri minn dan is-servizz u x'se jiġri mill-ħaddiema?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Peress li qed ikun hemm complaints minħabba l-fatt li r-rotot taċ-Ċirkewwa suppost huma express imma tal-linja qed jieqfu biex jgħabbu l-passiġġieri minn fuq stages bħal-linji normali, jista' il-Ministru jara li r-rotot express li suppost huma diretti jinħadmu kif suppost, tenut kont ukoll tal-prezz li huwa ogħla minn tal-linja normali?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat illi hemm 3 rotot diretti, speċifikament li jitilqu miċ-Ċirkewwa filgħodu, li huma:-
6.30 am bir-Rotta 475
7.10am bir-Rotta 475
8.10am bir-Rotta 453
Inizjalment, dawn kienu jissejħu express routes, imma preżentament dawn qed jissejħu rotot diretti. In-noll ta’ din ir-rotta hija ta’ 40c u l-passiġġieri jistgħu jirkbu din ir-rotta miċ-Ċirkewwa biss. Din ir-rotta (mhix waħda mir-rotot il-ġodda) tieqaf biss fuq stages oħra meta l-passiġġieri jċemplu sabiex jinżlu minn fuq il-karozza tal-linja.
Jista' il-Ministru jgħid meta se jiġu ngaġġati mal-gvern il-fiżjoterapisti li temmew il-kors tagħhom din is-sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li bħalissa qiegħed jiġi rivedut il-Compliment tal-Fiżjoterapasti fis-Sezzjoni tas-Saħħa. Meta jitlesta dan l-eżerċizzju, jiġu mpjegati l-fiżjoterapisti skond il-vakanzili jirriżultaw.
Tista' il-Ministru tgħid kemm ittellgħu wirjiet artistiċi f'Għawdex matul l-aħħar ħames snin? Fejn saru u min kienu l-artisti? X'għajnuna ta jew x'kien l-involviment tal-Ministeru għal Għawdex għal kull wirja separatament?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li matul dawn l-ahhar ħames snin ittellgħu 78 wirja artistika fis-Sala tal-Ministeru għal Għawdex, 20 wirja fil-Banca Giuratale u 3 f’postijiet oħra tal-Gvern. Il-lista ta’ dawn il-wirjiet u min tellagħhom qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
L-għajnuna mogħtija tvarja sew jekk ikunx artist Għawdxi, Malti jew barrani kif ukoll jekk tkun għaqda. L-għajnuna mogħtija tvarja wkoll skond il-policies ta’ l-uffiċċju tal-Kultura .
L-għajnuna mogħtija tista’ tinkludi wahda jew aktar minn dawn :
· Użu ta’ premises mingħajr ħlas
· Persuna/i li jieħdu ħsieb il-wirja
· Stampar ta’ inviti
· Stampar ta’ brochure
· Riċeviment
· Pubbliċita’
· Posta
· Għajnuna finanzjarja mill-Iskema ta’ Għajnuna lill-Artisti Għawdxin
· Għajnuna finanzjarja mill-Iskema ta’ għajnuna lil Għaqdiet mhux Governattivi Għawdxin
Jista' il-Prim Ministru jgħid għal liema raġuni dawk il-pustiera li kienu daħlu mal-gvern sa mill-1992 ddaħħlu kollha fi scale 14 u għadhom hekk sal-lum u biex jaqbżu għal scale ieħor iridu jagħmlu l-eżamijiet u dan meta pustiera li daħlu wara ma ġewx imċaħħda minn din il-progression?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jara li fl-MCAST ta' Għawdex jinġabu għalliema tal-Biology, Maths u IT peress li m'hemmx għalliema?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li bħalissa fl-MCAST ta' Għawdex hemm għalliem ta' l-IT, l-għalliem tal-Matematika ser jibda il-ġimgħa li ġejja u l-għalliem tal-Bioloġija ser jibda jaħdem part-time fil-ġranet li ġejjin.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6345 li saret fit-30/06/04 u li għadha ma ngħatatx tweġiba, tista' il-Ministru ġentilment tirrispondi d-domanda dwar l-għoti tat-tenders għall-isptar ġenerali ta' Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija mogħtija fil-lista annessa.
Lista ta’ l-Apparat u l-magni mixtrija u l-offerti pendenti għal xiri ta’ apparat fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex.
Offerti
Ammont (Lm)
Stadju
Provvista, konsenja u stallazzjoni ta’
colorifiers
15,101.60
Apparat fornut u kkummisjonat
Provvista, konsenja u stallazzjoni ta’ pompi tar-
raw water
7,762.34
Apparat fornut u kkummisjonat
Provvista, konsenja u stallazzjoni ta’
stress ECG
16,040.72
Apparat fornut u kkummisjonat
Provvista, konsenja u stallazzjoni ta’ forn
combi
4,000.00
Pubblikazzjoni
Sistema tat-telefon
PABX
2,100.00
Ftehim ta’ Kera
Dental Model Trimm
454
Apparat li dalwaqt ser jiġi fornut
Sink Mediku
358
Apparat li dalwaqt ser jiġi fornut
Ultrasound Cleaner
727
Apparat li dalwaqt ser jiġi fornut
Żewġ
Biopsy Forceps
847
Apparat fornut u kkummissjonat
Teleskopju
Artolux
737
Apparat fornut u kkummissjonat
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6444 datata 5/7/04 li għaliha għadha ma ngħatatx risposta, u cioe' tista' il-Ministru telenka x-xogħlijiet kemm infrastrutturali kif ukoll ta' manutenzjoni tat-toroq f'Għawdex f'dawn l-aħħar ħames snin? Tista' tgħid ukoll min għamel ix-xogħol u kemm ġie jiswa?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista ta' xogħolijiet tat-toroq f’Għawdex li saru permezz ta’ kuntratturi matul l-aħħar ħames snin . Barra minn dawn ix-xogħolijiet saru diversi xogħolijiet oħra permezz tal-ħaddiema tal-Gvern.
Awtorita' tax-Xandir — Trasferiment ta' Radio Calypso
Question
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsijiet parlamentari 6693 u 6883 li kienu ġew indirizzati lil Ministri oħrajn u li issa qed nindirizza lilu peress li l-Awtorita' tax-Xandir taqa' taħt id-dekasteru tiegħu u cioe' jista' jforni d-dettalji kollha dwar it-trasferiment tal-frekwenza ta' Radio Calypso u dwar il-mod ta' kif it-talba għat-trasferiment ġiet determinata mill-Awtorita' tax-Xandir?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat mill-Awtorità tax-Xandir illi fl-14 ta’ Ġunju 2004, l-Awtorità rċeviet talba konġunta mingħand Radio Calypso Ltd u Radju Marija Ltd li Radio Calypso kienet se tinxtara minn Radju Marija Ltd. Wara li l-Awtorità rċeviet risposta għat-talba lil Radju Marija Ltd sabiex tipprovdi aktar informazzjoni dwar il-ġeneru ta’ l-istazzjon, jekk kienx se jkun hemm tibdil fl-iskeda ta’ l-istazzjon, il-post minn fejn se jxandar l-istazzjon, il-finanzjament ta’ l-istess stazzjon u dettalji oħra, l-Awtorità approvat din it-talba.
Il-kriterji li fuqhom l-Awtorità tax-Xandir tiddetermina talbiet ta’ din in-natura jinsab imni
żżel fl-artikolu 16(1) ta’ l-Att dwar ix-Xandir.
(Tweġiba mogħtija: 27/10/2004PM)
(Seduta Numru: 178)
Jista' il-Ministru jgħid għaliex ma tħallasx il-kont ta' l-ilma tal-Gozo Heliport bil-konsegwenza li l-water supply ġiet maqtugħa? Jista' jgħid għal kemm kien jammonta dan il-kont?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-kont ta' Lm12,430.42 thallas mill-MIMCOL permezz tac-cheque 8941 fil-5 t'Ottubru 2004.