Legislature:
Category:
Reset
Active:

Servizz tal-Helicopter

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8844, peress li issa s-servizz tal-helicpter spiċċa, jista' il-Ministru jgħid jekk il-premises tal-heliport humiex se jintużaw? Jekk fl-affermattiv, minn min u għalxiex?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Persuni Boarded Out

Question

Tista' il-Ministru ġentilment tgħid kemm-il persuna ġiet boarded out f'dawn l-aħħar ħames snin kull sena separatament? Tista' tgħid ukoll kemm minn dawn ġew boarded out għal raġunijiet fiżiċi u psikoloġiċi? Kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel? X'inhuma l-etajiet rispettivi tagħhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellanti fl-Ewwel Parti tal-Mistoqsija hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Servizz tal-Helicopter

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8359, peress li dik l-istess mistoqsija titratta dwar il-ħaddiema tal-heliport u peress li huwa inġust u inuman li dawn in-nies jitħallew fil-għama, ma jaħsibx il-Ministru li dawn il-ħaddiema għandhom kull dritt li jkunu jafu x'se jiġri minnhom mill-iktar fis?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-ħaddiema li kienu jaħdmu mal-Malta Air Charter huma mpjegati tal-Gvern u ta' l-Air Malta. Il-ħames impjegati li kienu 'on loan' mal-Malta Air Charter irritornaw lura lejn l-Air Malta nhar it-Tnejn l-1 ta' Novembru 2004 fil-waqt li l-impjegati tal-Gvern għandhom jirritornaw lura fejn kienu qabel.

Gozo Channel — Ħaddiema tal-cafeteria

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu fil-cafeteria tal-Gozo Channel? Jista' jagħti l-grad tagħhom u jgħid kemm għandhom paga?

Response (GATT, AUSTIN)

J iena nfurmat li bħalissa hemm allokati għaxar impjegati (10) li jaħdmu fil-kafetterija.Dawn huma kollha fil-grad ta' "CSO's". Il-paga tagħhom tvarja bejn Lm89.04 u Lm114.02 fil-ġimgħa.

Gozo Channel — Diski tal-Parkeġġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ilhom jinbiegħu d-diski tal-parkeġġ minn fuq il-vapuri tal-Gozo Channel u kemm sar qligħ minn dan il-bejgħ s'issa?

Response (GATT, AUSTIN)

Id-diski tal-parkeġġ jinbiegħu minn fuq il-vapur bħalma jinbiegħu mill-Kunsilli Lokali u postijiet oħrajn, għall-prezz ta' 25c. Jeżisti arranġament bejn l-Awtorita tat-Trasport u l-Gozo Channel, bħalma jeżisti ma postijiet oħrajn, fejn id-diski jinbiegħu bi prezz fiss imma minn ibiegħhom iżomm profit żgħir minn dak l-ammont biex ikopri l-ispejjes amministrattivi. Il-Gozo Channel ilha tbiegħ dawn id-diski mis-26 ta' Settembru 2004, biegħat 72 diska u qalgħet is-somma (profitt) ta' LM5.49 matul l-perjodu.

Gozo Channel — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-ħaddiema tal-Gozo Channel li ġew re-posted u jgħid kif sar dan ir-re-shuffle għal kull post?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li s'issa kien hemm tmintax-il impjegat (18) tal-Kumpannija li ġew re-posted. Ta' min isemmi li f'kull każ, ma kienx hemm tnaqqis mil-paga ta' l-impjegat, u kollha żammew is-"seniority" tagħhom. Iċ-ċaqliq nterni kienu dawn:- 1. Il-CSO's inbidlilhom ir-rwol tagħhom, u issa qed iservu direttament il-klijenti. F'dan il-kaz, ġew effetwati ħdax (11). 2. Il-Motormen li ġew trasferiti, jiġifieri sebgħa (7), imlew postijiet vakanti li kien hemm, u saret skond ix-xewqa ta' l-impjegat. Dawn ġew ri-allokati - tlieta (3) ġewwa l-Workshop, tnejn (2) għall-Cafeteria Stores, wieħed bħala baħri u ieħor bħala Terminal Assistant.

Mard tal-kanċer

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati każijiet ta' kanċer bejn is-sena 2000 u s-sena 2003 f'Malta u f'Għawdex separatament? Jista' in oltre jagħti l-informazzjoni lokalita' b'lokalita'?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #8763 Sitting 187 2004-11-15 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Rabat - bypass

Question

Peress illi t-traffiku dejjem qed jiżdied fir-Rabat, Għawdex u d-dħaħen qed jikkawżaw ħafna mard, tista' il-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb jew jekk hux qed isir xi studju dwar xi bypass għat-traffiku f'din il-lokalita'?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-possibilita' ta' bypass għat-traffiku fil-lokalita' tar-Rabat Għawdex ma' hix eskluża.

Korp tal-Pulizija — Applikazzjonijiet għall-kuntistabbli

Question

Peress illi issa diġa' ilu xi xhur li għalqu l-applikazzjonijiet għall-kuntistabbli mal-korp tal-pulizija u li diġa' saru l-eżamijiet mediċi, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jsiru l-interviews biex dawn l-applikanti jkunu jafu x'se jiġri minnhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-intervisti in konnessjoni ma' l-applikazzjonijiet għal dħul fil-kors ta' taħriġ għal kuntistabbli rġiel u nisa bdew isiru.
Leg 10 PQ #8844 Sitting 187 2004-11-15 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Servizz tal-Helicopter

Question

Peress li issa s-servizz tal-helicopter spiċċa, tista' il-Ministru tgħid jekk il-premises tal-heliport humiex se jintużaw? Jekk fl-affermattiv, minn min u għaliex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru koncernat.
Leg 10 PQ #8845 Sitting 187 2004-11-15 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

MDP

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'se jiġri mill-makna tal-ħalib u x'se jiġri mill-ħaddiema ta' l-MDP?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru koncernat.
Leg 10 PQ #8847 Sitting 187 2004-11-15 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Skema Għajnuna lill-Artisti

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'toffri l-iskema ta' għajnuna lill-artisti u tindika kull artist individwalment li pparteċipa f'din l-iskema u tindika wkoll kemm kull artist individwalment x'għajnuna ħa?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-iskema ta’ għajnuna lill-artisti hija kif murija fit-tabella li qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra u kif ġej; F`Ottubru ta` 2003 reġa’ ġie maħtur kumitat Organizzattiv Kultura, fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex sabiex jieħu ħsieb li jorganizza l-attivitajiet nazzjonali kif ukoll attivitajiet kulturali oħra f’Għawdex. F`Jannar ta` din is-sena l-Kumitat ħa ħsieb illi jifformula sett ta` regolamenti għall-esebizzjonijiet li jittellgħu fil-Banca Giuratale kif ukoll fis-Sala ta` l-Esebizzjonijiet ġewwa l-Ministeru għal Għawdex. L-Għajnuna offruta matul din is-sena lid-diversi artisti li esebixxew x-xogħlijiet tagħhom hi elenkata hawn taħt: (i) Jiġi pprovdut mingħajr ħlas il-post fejn tittella` il-wirja; (ii) Jiġu pprovduti wkoll mingħajr ħlas ir-riżorsi umani sabiex jieħdu ħsieb l-esebiti matul il-perijodu kollu tal-wirja; (iii) Tingħata s-somma ta` ħamsin lira maltin (Lm50) lil kull artist Għawdxi. Barra min hekk il-Kumitat jikkunsidra fuq bażi individwali kwalunkwe talba oħra għall-għajnuna magħmula minn diversi entitajiet oħra u dana dejjem fir-riżorsi limitati tas-sezzjoni. Id-dettalji tal-għajnuna li kull artist/entita ħa/ħadet matul din is-sena jinsabu fil-lista annessa.

Marda tal-kanċer

Question

Peress illi l-persuni morda bil-kanċer iridu joqogħdu jitilgħu Malta għal trattament li huwa ta' inkonvenjent u tbatija kbira speċjalment fix-xitwa meta l-baħar ikun imqalleb, jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li pazjenti Għawdxin jingħataw priorita' biex ikunu jistgħu jirritornaw lejn Għawdex kemm jista' ikun malajr?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li fil-kas ta' l-Isptar Sir Paul Boffa, din is-sistema diġa' hija prattikata.

Gozo Channel — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm impjegati mal-Gozo Channel li jaħdmu fl-uffiċini? Jista' jagħti l-mansjonijiet rispettivi u l-pagi u allowances rispettivi? Jista' jgħid kemm hemm impjegati mal-customer care section u kemm hi l-paga tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Mard tal-kanċer

Question

Peress li sfortunatament il-persuni li qed jitilgħu Malta għat-trattament tal-kanċer qed jiżdiedu, ma jaħsibx il-Ministru li wasal iż-żmien li dawn it-trattamenti jibdew jingħataw Għawdex stess?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ma jagħmilx sens li tiżviluppa kura speċjalizzata għal kanċer f'aktar minn ċentru wieħed meta tikkonsidra l-ħtiġijiet ta' din it-tip ta' kura għall-popolazzjoni ta' Malta u Għawdex flimkien.

Gozo Channel — Vapuri

Question

Peress illi fuq il-vapuri tal-Gozo Channel qed ikun hemm ħafna ħmieġ u peress li hemm ħafna tgergir mill-passiġġieri, jista' il-Ministru jgħid għaliex qed jiġri dan u jara li fuq il-vapuri jkun hemm l-indafa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.