Jista' il-Ministru jgħid kemm hi l-kwota ta' ħalib allokata għal Malta skond ir-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea kif ukoll jgħid kemm hu l-ammont ta' ħalib li ġie prodott fl-2004?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-kwota tal-ħalib għada ma ġietx allokata. L-importaturi setgħu japplikaw għall-kwota tal-ħalib bejn it-3 u l-10 ta' Jannar 2005, skond ir-regolament ta' l-Unjoni Ewropea numru 2093/2004. Għalhekk dawn l-applikazzjonijiet intbagħtu l-Kummissjoni - Brussels, kif stipulat fl-Artiklu 15 sezzjoni 4 tar-regolament numru 2535/2001.
Peress li t-tieni parti tal-mistoqsija hija ta’ natura kummerċjali m’hijiex etika li tingħata informazzjoni.
Jista' il-Ministru jara li studenti tal-PGCE Għawdxin li qed jgħidulhom mill-Universita' li jridu jagħmlu t-teaching practice f'Malta minħabba examiner barrani li ma jridx joqgħod Għawdex, ikun possibbli li jagħmlu t-teaching practice tagħhom f'Għawdex stess?
Response (GALEA, LOUIS)
L-Onor. Membru tapprezza li l-materja hi waħda konnessa man-natura akkademika tal-kors inkwestjoni u li dwarha jien m'għandi l-ebda ġurisdizzjoni.
Għawdex — Tnaqqis ta' tariffi fis-servizz ta' trasport pubbliku
Question
Jista' il-Ministru jgħid għaliex detenturi tal-karta anzjan f'Għawdex mhux qed jiġu applikati tariffi ridotti fil-konfront tagħhom kif jiġu f'Malta?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-operat tat-Trasport Pubbliku f'Għawdex jitħaddem b'mod differenti minn dak ta' Malta. L-operaturi Għawdxin għandhom konċessjoni u liċenzji sabiex jagħmlu xogħol relatat mat-turiżmu u xogħol privat ieħor bħala parti normali mix-xogħol tagħhom. Għalhekk l-operaturi Għawdxin ma jingħataw l-ebda sussidju fuq l-operat bħal guaranteed earnings subsidy li tingħata Malta lill-operaturi Maltin. Parti minn dan il-guaranteed earnings subsidy huwa kumpens għat-tariffi ridotti marbuta mal-Karta Anzjan u mal-pass ta' l-istudenti. Fl-istruttura tan-nollijiet f'Għawdex hemm tariffi ridotti għal studenti u ħaddiema li għalihom il-Gvern ma joħroġx permessi.
Gozo Channel Co. Ltd. — Għawdxin b'familjari rikoverati Malta
Question
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 5272 dwara skemi tal-Gozo Channel għal persuni li jużaw il-Gozo Channel frekwentement minħabba mard, peress li l-Ministru kien irrisponda li l-Gozo Channel ser tibqa' taqdi l-obbligi soċjali tagħha, jista' jgħid u jispjega għaliex dawn il-persuni ġew informati li mill-1 ta' Jannar 2005 ser jitwaqqfulhom dawn l-iskemi u mhux se jibqgħu jibbenefikaw mill-priority boarding?
Ma jaħsibx il-Ministru li dan huwa trattament inuman fil-konfront ta' dawn in-nies u tal-familji tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif spjegajt fil-P.Q. 5272, il-kumpanija ser tibqa' tgħin lil min verament għandu bżonn għajnuna speċjali billi teżamina kull każ fuq il-merti tiegħu, minflok is-sistema preċedenti fejn kull min jiddikjara li qed jivvjaġġa lejn Malta minħabba raġuni ta' mard kien jingħata l-biljetti b'xejn.
Minn naħa l-oħra, l-iskema ta' Priority Boarding baqgħet hemm, u ser ikompli jingħata lill-pazjenti meta jippreżentaw id-dokumentazzjoni neċessarja.
Peress li riċentement sar xi xogħol fil-bidu taċ-Ċittadella eżattament malli titla' it-taraġ u liema xogħol ikkonsista fi tħaffir ta' l-art li mbagħad reġgħet ġiet mgħottija, peress li jidher li x-xogħol ma sarx kif suppost u qed ikun ta' inkonvenjent għal dawk kollha li jżuru ċ-Ċittadella, tista' il-Ministru tara li dik il-parti in kwestjoni titwitta sewwa?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-azzjoni neċessarja ttieħdet mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.
Peress illi fuq il-vapuri tal-Gozo Channel qed ikun hemm ħafna ħmieġ u peress li hemm ħafna tgergir mill-passiġġieri, jista' il-Ministru jgħid għaliex qed jiġri dan u jara li fuq il-vapuri jkun hemm l-indafa?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-Kumpanija Gozo Channel għandha servizz ta' tindif għal għaxar siegħat kontinwi kulljum (bejn it-8 ta' fil-għodu u s-6 ta' fil-għaxija). Għalkemm jien infurmat li dan huwa diġa suffiċjenti, il-kumpanija qed tagħmel arranġamenti nterni biex is-servizz ta' tindif jkopri s-siegħat kollha tas-servizz .
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-post ta' senior manager philately għadux vakanti? Jista' jgħid kemm kienu l-applikanti u xi kwalifiki ntalbu?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-pożizzjoni ta' Senior Manager Philately mhix ser timtela għalissa, sakemm l-istruttura preżenti tal-management fil-Maltapost tkun riveduta.
Jista' il-Ministru jgħid għal liema raġuni erba' ħaddiema tal-Gozo Channel li kienu assenjati magħha minn mal-Kalaxlokk ġie terminat l-impjieg tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li dawn il-ħaddiema kienu sekondati mal-Gozo Channel temporanjament. Minħabba li ma kellhomx bżonnhom aktar dawn reġgħu intbagħtu lura mal-Kalaxlokk.
B’riferenza għal mistoqsija parlamentari 7426 u għar-risposta relattiva, jista’ il-Viċi Prim Ministru jagħti d-dettalji kollha u r-raġunijiet għalfejn l-art in kwestjoni ġiet dikjarata meħtieġa għal skop pubbliku u mbagħad tali dikjarazzjoni ġiet revokata? In oltre jista’ jgħid u jispjega kif issa reġgħet spiċċat għand il-gvern?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-proprjeta' in kwistjoni fil-fatt minn dejjem kienet tal-Gvern. Kien hemm xi żmien meta din l-art kienet maħsuba privata minħabba żball fl-arkivji tal-proprjeta' tal-Gvern ġewwa s-sezzjoni ta' Għawdex. Kien għalhekk li kien inbeda proċess ta' esproprju li pero' kien irtirat wara li l-proġett li kien hemm ippjanat twaqqaf mill-Gvern. Sussegwentement ġie skopert l-iżball li kien hemm fl-arkivji li issa ġie irranġat. Ta' min igħid li fuq din l-art kien hemm kawża fejn fis-sentenza relattiva l-Qorti ddikjarat li l-art hija tal-Gvern. Din is-sentenza bħalissa qiegħdha taħt appell.
Jista' il-Ministru jgħid għal liema raġuni erba' ħaddiema tal-Gozo Channel li kienu assenjati magħha minn mal-Kalaxlokk ġie terminat l-impjieg tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għal din il-Mistoqsija se tingħata f'xi seduta oħra.
Peress li fl-isptar ġenerali ta' Għawdex hemm nuqqas ta' speech therapists, tista' il-Ministru tara li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-Speech Language Pathologists bħalissa qegħdin mexjin tajjeb max-xogħol tal-Outpatients kif ukoll max-xogħol li jsir ġewwa it-Training Adult Centre u anke dak ta’ l-Special School ġewwa Sannat.
Għaldaqstant fil-preżent ma jinħassx in-nuqqas ta’ speech therapists.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm impjegati mal-Gozo Channel li jaħdmu fl-uffiċini? Jista' jagħti l-mansjonijiet rispettivi u l-pagi u allowances rispettivi? Jista' jgħid kemm hemm impjegati mal-customer care section u kemm hi l-paga tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8844, peress li issa s-servizz tal-helicpter spiċċa, jista' il-Ministru jgħid jekk il-premises tal-heliport humiex se jintużaw? Jekk fl-affermattiv, minn min u għalxiex?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministru konċernat mid-diskussjonijiet mal-operaturi ġodda potenzjali ta' dan is-servizz.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8845, jista' il-Ministru jgħid x'se jiġri mill-makna tal-ħalib f'Għawdex u x'se jiġri mill-ħaddiema ta' l-MDP?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Gvern għandu biss sehem minoritarju fl-MDP u konsegwentament l-informazzjoni rikjesta mhix kompetenza amministrattiva ta' dan il-Ministeru.
Peress li r-residenti ta' Triq il-Mitħna, Xewkija, Għawdex għandhom problemi fis-supply ta' ilma tant li l-ilma qed ikun kollu sadid, jista' il-Ministru jara li dan l-inkonvenjent jiġi ndirizzat u jsiru x-xogħlijiet meħtieġa għall-benefiċċju tar-residenti ta' din it-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li fid-dawl ta' din il-mistoqsija , il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma bdiet tinvestiga dan l-ilment fuq il-kwalita' tal-provvista ta' l-ilma f'din it-triq u anke fl-inħawi tagħha. Dan sabiex jekk jirriżulta li hemm ilma b'kontenut għoli ta' sadid kontinwu, jittieħdu l-miżuri li hemm bżonn biex dan l-inkonvenjent jispiċċa.
Billli l-Korporazzjoni riċentament ma kellhiex ilmenti bħal dawk li ssemmew fil-mistoqsija , ikun ahjar jekk l-Onor Interpellant tghaddili l-indirizzz tal-postijiet milquta sabiex il-KSI tkun tista' tivverifika il-problema hix waħda ġenerali jew partikolari.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid ġentilment kemm kienu l-persuni mressqa dwar reati in konnessjoni mad-droga matul is-snin 2003 u 2004 kull xahar separatament, u jgħid l-eta' u s-sess tagħhom, jgħid kemm minn dawn instabu ħatja u kemm minn dawn ġew ordnati mill-qorti jsegwu programm?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellanti hu kif jidher fit-Tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Infurmat ukoll illi ma tinżammx statistika dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija.
L-informazzjoni dwar Għawdex għadha qed tinġabar.
Jista' il-Viċi Prim Ministru ġentilment jgħid kemm kienu dawk il-persuni taħt it-30 sena li tressqu l-qorti f'dawn l-aħħar sentejn? In oltre, jista' jgħid ukoll kemm minn dawn ġew ikkundannati u jgħid ir-reati x'kienu u jindika n-numru ta' persuni u l-etajiet rispettivi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellanti għall-ewwel parti tal-Mistoqsija hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat illi ma tinżammx statistika tat-tagħrif hekk kif mitlub.
L-informazzjoni dwar Għawdex għadha qed tinġabar.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8365 u għar-risposta relattiva, jista' il-Prim Ministru jgħid għaliex dawk il-pustiera li ġew ingaġġati mas-servizz pubbliku wara l-2003 għandhom il-progression u jispjega għaliex hemm din id-differenza?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jiena nfurmat li l-progression fil-grad sustantiv ta’ dawk il-pustiera li rritornaw lura għas-Servizz Pubbliku kemm minn Posta Limited, mill-Uffiċċju tal-Postmaster General, u fl-2003 minn Maltapost p.l.c. hija l-istess.
(Tweġiba mogħtija: 22/11/2004PM)
(Seduta Numru: 191)
Jista' il-Ministru jgħid x'se jsir minflok l-Armerija taċ-Cittadella f'Għawdex u x'se jsir mill-affarijiet li kien hemm esebiti li jmorru lura sa żmien il-Kavallieri? In oltre jista' jgħid ta' min kienet id-deċiżjoni, x'konsulti saru u ma' min?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-maħżen tas-seklu tmintax fi Triq il-Kwartier ta' San Martin fiċ-Ċittadella ta' Għawdex ser jibda jintuża bħala ċentru amministrattiv għall-operat ta' Heritage Malta f'Għawdex, u ser jinkludi spazju għall-esebizzjonijiet permanenti, taħdidiet u attivitajiet relatati. L-affarijiet li kienu jinsabu fl-imsemmi sit ġew trasferiti għall-proċess intensiv ta' konservazzjoni peress li jinstabu fi stat ħażin ta' preservazzjoni. Id-deċiżjoni li jittieħed dan il-pass ittieħdet minn Heritage Malta wara li ġew evalwati bir-reqqa diversi punti fosthom: li s-sit ma kienx vijabli bħala attrazzjoni kulturali tant li bl-eċċezzjoni ta' perjodu qasir f'nofs it-tmeninijiet dan kien jista' jitgawda biss minn wara rixtellu tal-ħadid; l-esebiti rispettivi għandhom bżonn urġenti ta' konservazzjoni minħabba li fil-passat ma ngħatawx l-attenzjoni dovuta; l-uffiċċju amministrattiv preżenti qiegħed jokkupa parti mill-mużew tax-Xjenza Naturali u dan minbarra l-inkonvenjent ovvju li qed joħloq lill-operat ta' l-imsemmi Mużew. Dan qed jokkupa parti konsisteni mill-ispazju ta' l-esebizzjoni permanenti, qed tinħass dejjem iżjed il-ħtieġa li l-mużew tax-Xjenza Naturali jigi mtejjeb kif fil-fatt beda jsir matul l-aħħar ġimgħat u l-ispazju vakat bit-trasferiment ta' l-imsemmi Uffiċċju ser jintuża għall-estenzjoni permanenti. L-unika propjeta' vakanti li għandha Heritage Malta fiċ-Ċittadella tinħtieġ interventi strutturali notevoli sabiex tinbidel f'post amministrattiv fil-futur