Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji — Każ dwar rikors

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid meta se jingħata r-rimedju kompensattiv kif irrikmanda t-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzjji fir-rikors li d-d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi qegħdin jittieħdu passi biex ir-rimedju kumpensattiv jingħata.

Lanċa li topera għal Kemuna — Sussidju

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 10662, peress li matul l-aħħar snin kien qed jiġi ffirmat ftehim bejn il-Gozo Channel Co. Ltd u operatur, jista' il-Ministru ġentilment jgħid jekk il-Gozo Channel Co. Ltd hijiex se tagħmel dan il-ftehim għal din is-sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-Kumpanija Gozo Channel ser tibqa' tħallas għal servizz ta' lanċa bejn l-Imġarr u Kemmuna, biex jivvjaġġaw Qassis u Pulizija sa' l-aħħar ta' Marzu 2005. Il-kumpanija m'hiex beħsiebha ġġedded iżjed dan l-arranġament.

Kunsilli lokali — Fondi

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk kunsill lokali jistax jagħti għotjiet u/jew donazzjonijiet mill-fondi allokati lilhom? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm hu l-ammont li jista' jingħata? In oltre, jista' jgħid jekk membri tal-kunsill jingħatawx mobile phones jew jitħallsux mobile phones mill-fondi tal-kunsill?

Response (BORG, TONIO)

Kunsill m'għandu jagħmel ebda donazzjoni lil xi organizzazzjoni mhux governattiva li ma tkunx inkluża fit-Tmien Skeda ta' l-Att dwar Kunsilli Lokali (Kap 363). Imma Kunsilli jista' f'sena finanzjarja waħda, jagħmel donazzjoni lil xi organizzazzjoni stabbilita' fil-lokalita'. li ma tkunx elenkata fit-Tmien Skeda, sakemm din id-donazzjoni ma tkunx teċċedi l-ħamsin lira. Id-donazzjonijiet li Kunsill jagħmel f'sena finanzjarja waħda ma jistgħux jeċċedu iż-0.5 fil-mija ta' l-allokazzjoni annwali għal dik is-sena. Dwar xiri ta' mobile phones, m'hemm xejn fl-Att, Regolamenti jew Proċeduri li jirregorla l'użu tagħhom. Madankollu kull xiri ta' xogħlijiet, oġġetti u servizzi huwa regolat mill-istess Att, Regolamenti u Proċeduri u jrid ikun approvat mill-Kunsill. Kull mobile phone mixtri mill-Kunsill Lokali ikun proprjeta' tal-Kunsill u għandu jkun reġistrat fl-assi tal-Kunsill. Il-ħlas tal-konsum huwa regolat permezz tar-Regolament 27 tar-Regolamenti Finanzjarji Kunsilli Lokali li jipprovdu biss għar-rifużjoni ta' spejjeż minfuqa dwar ħidma ta' kunsillier bħala tali u dan il-ħlas irid ikun attestat bħala veritier mis-Segretarju Eżekuttiv u approvat mill-Kunsill.

Sptar Sir Paul Boffa — Visiting hours

Question

Peress illi familjari ta' pazjenti Għawdxin rikoverati fl-isptar Sir Paul Boffa qed ibatu minn inkonvenjent minħabba li l-visiting hours ikunu filgħaxija u jkunu jridu jirritornaw lura lejn Malta, jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li Għawdxin li jmorru jżuru lill-familjari tagħhom jingħataw permess illi jidħlu qabel il-ħin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-kas ta' l-Isptar Boffa, l-ħinijiet tal-viżti huma mill-10:00a.m. sa nofs in-nhar u mit-3:30p.m. sat-8:00p.m. Jidhrilna li dan huwa ħin biżżejjed għal kulħadd ħlief għal dawk li jkunu moribondi. Il-pazjenti għandhom dritt għal privacy waqt ħinijiet ta' ħasil, viżti tat-tabib etc., u għalhekk mhux possibbli li jkun hemm viżti l-ħin kollu.

Ċirkewwa — Latrini

Question

B'riferenza għal mistoqsijiet parlamentari 7624, 8016 u 10664, peress li ċ-Ċirkewwa m'hemmx faċilita' ta' toilets adegwati, jista' il-Ministru jara li dan l-inkonvenjent jiġi rimedjat?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li għall-konvenjenza tal-pubbliku, żewġ mobile toilets ġew provduti ġewwa ċ-ċirkewwa sa mit-12 t'Awissu 2004. Dawn jinsabu qrib il-bus terminus u saħansitra ġew mgħammra bid-dwal, ħaġa li mhux normalment ssir. Preżentament, jidher li dawn il-faċilitajiet, li jiġu mnaddfa kuljum, qed jaqdu b'mod adegwat lill-pubbliku.
Leg 10 PQ #11068 Sitting 242 2005-02-28 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex: Rabat — Triq Mons Pietru Pace

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta se jsiru x-xogħlijiet ta' manutenzjoni ta' Triq Mons Pietru Pace fir-Rabat, Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li manutenzjoni fi Triq Mons Pietru Pace fir-Rabat Għawdex isir kull meta tinħass il-ħtieġa.
Leg 10 PQ #11069 Sitting 242 2005-02-28 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex: Rabat — Triq Mons Wiġi Vella

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta se jsiru x-xogħlijiet ta' manutenzjoni ta' Triq Mons Wiġi Vella fir-Rabat, Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat peress li ż-żona msemmija taqa' taħt ir-responsabilita' tal-Kunsill Lokali.
Leg 10 PQ #10847 Sitting 240 2005-02-22 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Għasri - fanal

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk il-fanal ta' l-Għasri huwiex jitħaddem u jekk hemmx ħaddiema tal-gvern hemm?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-fanal ta' Għasri, magħruf aħjar bħala 'l-fanal tal-Ġurdan', qiegħed jaħdem b'mod normali u li ma hemm l-ebda ħaddiema tal-gvern jaħdmu fih.

Għawdex — Għajnsielem - blockage ta' drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid għal liema raġuni l-blockage ta' drenaġġ li hemm f'Ras il-Ħobż limiti ta' Għajnsielem, f'Għawdex għadu ma ssewwiex minkejja li issa d-drenaġġ ilu ħiereġ ġol-baħar għal iktar minn ġimgħa?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li x-xogħol biex jitneħħa l-'blockage' inbeda pero kellu jiġi pospost minħabba l-maltemp li kien qiegħed jikkaġuna periklu kbir għall-ħaddiema. Ix-xogħol sejjer jitkompla immedjatament meta t-temp ikun jippermetti.

MEPA — Għajnuna lir-Raħħala

Question

Peress li fl-applikazzjoni għall-għajnuna lir-raħħala mill-Unjoni Ewropea qed ikun hemm rekwiżit tal-permess mill-awtorita' ta' Malta dwar l-ambjent u l-ippjanar u peress li l-ipproċessar ta' tali permess jieħu ċertu tul u jilħaq jiskadi t-terminu għall-applikazzjoni għall-għajnuna, jista' il-Ministru jgħid x'rimedju għandhom dawn ir-raħħala biex ma jiġux imċaħħda milli japplikaw għall-għajnuna?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-applikazzjoni għal permess mill-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) huwa proċess skond il-liġi, u jikkonstitwixxi proċedura li ilha tiġi applikata f'Malta għal bosta snin, irrispettivament jekk ser tintalab għajnuna jew le. Ninsab infurmat li biex jintlaħqu r-rekwiżiti ta’ l-Unjoni Ewropea qed isir kull sforz biex iż-żmien ta’ l-ipproċessar jonqos u jkun hemm servizz iffukat aktar fuq l-applikazjonijiet minn bdiewa u raħħala. Tant hu hekk, li ġie ffurmat kumitat speċifiku bejn l-Agrikoltura u l-Awtorità sabiex jissorvelja l-ipproċessar ta' dawn l-applikazzjonijiet, . Ġiet ukoll imfassla policy aġġornata dwar żvilupp agrikolu li bħalissa qiegħda għall-Konsultazzjoni Pubblika.
Leg 10 PQ #10829 Sitting 239 2005-02-21 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Sptar Ġenerali - Spiżerija

Question

Tista' il-Ministru tara li l-ispiżerija ta' l-isptar ġenerali ta' Għawdex tiġi fornuta bil-Plavix?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il-mediċina Plavix hija meqjusa bħala mediċina non formulary u għalhekk ma ssibiex fl-Ispiżeriji tal-Gvern. Tajjeb iżda li jingħad li fl-ispiżerija ta' l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex hemm mediċina Ticlopidine li hi alternattiva għal Plavix.
Leg 10 PQ #10830 Sitting 239 2005-02-21 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex: Sptar Ġenerali — Spiżerija

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 10721, tista' il-Ministru tara li l-ispiżerija ta' l-isptar ġenerali ta' Għawdex tiġi fornuta bir-Resperdal?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il-mediċina Risperdal tinsab fl-ispiżerija ta' l-Isptar Ġenerali t'Għawdex bl-isem ta' Risdone.
Leg 10 PQ #10831 Sitting 239 2005-02-21 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex: Nadur Triq Gregoyo Karaffa

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 10679 u cioe': Peress illi r-residenti ta' Triq Gregoyo Karaffa fin-Nadur, Għawdex ilhom diversi snin jistennew sabiex issir it-triq u peress li dan qed joħloq inkonvenjent kbir għar-residenti, tista' il-Ministru tgħid meta hu maħsub li ssir din it-triq?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

M'għandix x'inżid mat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Numru 10679.

Gozo Channel — Biljetti b'xejn lill-morda

Question

B'riferenza għad-diversi mistoqsijiet li saru mill-Interpellant dwar tickets tal-Gozo Channel b'xejn u priority boarding lill-morda, in vista tal-fatt li l-Minsitru diversi drabi tenna li talbiet simili jridu jiġu sostnuti b'ċertifikati, jista' jgħid għaliex il-persuna - dettalji dwarha u ċ-ċertifikat tagħha qed jintbagħtu separatament - ġiet rifjutata t-talba tagħha?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-aħħar komunikat bil-miktub li l-Kumpannija Gozo Channel kellha mal-persuna ndikata kien fil-5 ta' Novembru 2004 fejn kienet ingħatat biljett ta' karozza u driver tlett darbiet fil-ġimgħa bla ħlas b'effett mill-1 ta' Diċembru 2004 sal-31 ta' Jannar 2005. Kien ingħatalha ukoll priority boarding. Fl-istess komunikat din il-persuna kienet mitluba tipprovdi ċ-ċertifikati neċessarji mill-isptar sabiex tkun tista' tibqa tingħata din l-l-għajnuna wara l-31 ta' Jannar 2005. Wara din id-data, l-Kumpannija Gozo Channel ma rċeviet l-ebda talba oħra mingħand din il-persuna.
Leg 10 PQ #10845 Sitting 239 2005-02-21 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Port tad-Dwejra

Question

Peress li iktar ma jgħaddi ż-żmien fil-port tad-Dwejra iktar qed ikun hemm dgħajjes, huwa possibbli li jkun hemm slip way in-naħa l-oħra tad-Dwejra biex il-port ma jkunx daqshekk crowded?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li t-talba għal slipway oħra fid-Dwejra ser titressaq għall-kunsiderazzjoni tal-iSteering Commitee tal-Pjan għall-Immaniġġjar tad-Dwejra.

Biċċerija — Bhejjem

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma r-regolamenti u proċedura dwar bhejjem li jiddaħħlu l-biċċerija b'emerġenza? Jista' jgħid in oltre jekk riċentement kienx hemm xi tibdil f'dawn ir-regolamenti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li kull annimal li jiddaħħal fl-emerġenza tal-biċċerija għandu jkun ħaj u mhux mejjet, imma jista’ jiddaħħal ukoll mejjet jekk dan ikun ġie maqtul fuq ir-razzett taħt ordni ta’ veterinarju, liema veterinarju jrid jibgħat ċertifikat ta’ spezzjoni qabel il-qatla ta’ l-annimal mejjet. Huwa obbligu tas-sid ta’ l-annimal li jagħti dettalji dwar xi kura li jkun ġie mogħti l-annimal, u jekk dan kien taħt il-kura ta’ veterinarju irid jingħata ċertifikat minn dan il-veterinarju dwar ir-raġuni ta’ kura. Dawk l-annimali li jmutu fuq l-irziezet iridu jittieħdu wkoll il-biċċerija biex jiġu distrutti fl-inċineratur skond ir-regolamenti eżistenti. Ma sar l-ebda tibdil riċentament dwar dawn il kundizzjonijiet / obbligi.
Leg 10 PQ #10679 Sitting 237 2005-02-15 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex: Nadur — Triq Gregoyo Karaffa

Question

Peress illi r-residenti ta' Triq Gregoyo Karaffa fin-Nadur, Għawdex ilhom diversi snin jistennew sabiex issir it-triq u peress li dan qed joħloq inkonvenjent kbir għar-residenti, tista' il-Ministru tgħid meta se ssir din it-triq?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li x-xogħlijiet fi Triq Gregoyo Karaffa, Nadur sejrin isiru aktar 'il quddiem skond il-prijoritajiet tal-Gżira kollha.

Elezzjonijiet tat-12 ta' Ġunju

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali għall-elezzjonijiet li saru fit-12 ta' Ġunju, 2004 kemm għall-membru tal-parlament Ewropew kif ukoll għall-kunsilli lokali? Jista' ġentilment jindika dettaljatament kif u fiex intnefqu dawn il-flus?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ispiża totali għall-elezzjonijiet li saru fit-12 ta’ Ġunju, 2004, jiġifieri dik għall-Membri Parlamentari Ewropej u dawk tal-Kunsilli Lokali kienet ta’ Lm987,000. Dan l-ammont intefaq prinċipalment kif muri fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Mhux possibli li jingħad kemm intefaq għall-elezzjoni tal-Membri Parlamentari Ewropej u għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli separatament minħabba li saru flimkien.