Legislature:
Category:
Reset
Active:

Gozo Channel — Xiri ta'biljetti tal-vapur

Question

Peress li issa x-xiri ta' biljetti tal-vapur ġie shifted għal Malta, jista' il-Ministru jgħid jekk il-biljetti hux se jibqgħu jinxtraw mill-istess post meta l-vapur ikun qed jopera mill-moll l-ieħor minħabba l-maltemp?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li meta l-vapuri jkunu qed joperaw mill-moll l-ieħor (South Quay) minħabba l-maltemp, il-proċeduri biex jinxtraw il-biljetti tal-vetturi tibqa' l-istess, għaliex ser tibqa' tintuża l-istess 'Marshalling Area' imma mbagħad iduru minn wara (mill-parkeġġ il-ġdid, li jintuża mill-għaddasa) u jibqgħu sejrin għas-South Quay. Ovvjament, it-traffiku jrid jiġi organniżżat permezz ta 'barriers' biex is-sewwieqa jiġu ggwidati. Rigward il-passiġġieri (foot pasengers), dawn ikunu jistgħu jixtru il-biljetti mit-ticket booth li hemm kif taqbeż il-lukanda, u l-biljetti jiġu ċċekkjati qabel ma jinżlu t-taraġ li hemm li jwassal għas-South Quay.

Pulizija Għawdxin

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għal liema raġuni l-pulizija Għawdxin mhux qed jitħallsu tal-Ħdud?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-ħlas tal-Ħdud lill-Pulizija normalment isir mat-tieni paga li taħbat wara x-xahar li fih ikunu nħadmu l-Ħdud. Dan huwa meħtieġ sabiex issir il-proċedura ta' kif isir il-ħlas. Fil-każ tad-Distrett t'Għawdex ninsab infurmat illi l-ħlas dovut għall-Ħdud maħduma sa Mejju sar kollu. Infurmat ukoll illi r-returns għax-xahar ta' Ġunju ma waslux fil-ħin sabiex jidħlu fil-paga ta' Settembru. Għalhekk dan il-ħlas ser isir mal-paga ta' Ottubru.
Leg 10 PQ #14357 Sitting 295 2005-09-26 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Pazjenti Għawdxin — Testijiet fl-isptar San Luqa

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm pazjenti Għawdxin ġew riferuti għal testijiet jew trattamenti fl-isptar Malta għal din l-aħħar sena kull xahar separatament, is-sess, l-etajiet u għal liema trattament/test ġie riferut u kemm kull każ dam jistenna biex jingħata l-appuntament?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-Isptar izomm statistika ta dawk il-pazjenti li jigu referuti Malta u juzaw is-servizz ta transport tal-Isptar. Din l-istatistika bdiet tinzamm minn April 2005 u hija kif tidher hawn taht : April 2005 Sex Age Treatment / Test Male 59 years Angiogram Female 96 years Angiogram Male 61 years Angiogram Female 10 years Angiogram Female 73 years Angiogram Male 52 years Angiogram Male 39 years CCU Male 78 years Angiogram Male 11 years Laparatomy Male 73 years Bone Scan Male 77 years CT Scan May 2005 Male 79 years CT Scan Male 37 years Angiogram Female 25 years Angiogram Male 28 years Mt. Carmel Hospital Male 100 years Incarcerated Hernia Male 12 years CT Scan Male 12 years Admission to Fairyland Female 79 years CT Scan Female 71 years Admission M4 Female 50 years VCC Clinic Female 37 years CT Scan Male 11 years Admission St. Luke’s Hospital Male 45 years CT Scan Male 47 years Admission St. Luke’s Hospital Male 60 years CT Scan Male 84 years CT Scan Male 81 years CT Scan Male 69 years CT Scan Male 61 years CT Scan Male 58 years ENT Ward Male 37 years Admission St. Luke’s Hospital Female 37 years CT Scan June 2005 Male 58 years Angiogram Male 19 years Ventilation Male 76 years Angiogram Female 78 years Haemodialysis Male 58 years CT Scan Male 57 years CT Scan Male 12 years CT Scan Female 74 years CT Scan Female 77 years CT Scan Female 73 years CT Scan Female 80 years ENT Consultation Female 12 years CT Scan Female 94 years Admission ENT Ward Male 83 years Angiogram Male 25 years Admission ENT Ward Male 72 years CT Scan Male 65 years Admission NSU Male 44 years Outpatient Burns Male 72 years Cystoscopy July 2005 Male 70 years Angiogram Male 43 years Angiogram Male 69 years Angiogram Male 65 years Angiogram Female 88 years CT Scan Female 20 years Admission St. Luke’s Hospital Female 75 years Outpatients Female 47 years Sir Paul Boffa Hospital Female 86 years CT Scan Female 76 years CT Scan Female 80 years CT Scan Female 47 years Sir Paul Boffa Hospital Female 73 years CT Scan Male 57 years CT Scan Male 72 years NSU Male 32 years Admission St. Luke’s Hospital Male 72 years Admission St. Luke’s Hospital Male 67 years Admission St. Luke’s Hospital Male 80 years CT Scan August 2005 Female 31 years CT Scan Female 77 years Angiogram Male 51 years CT Scan Male 78 years Angiogram Female 57 years CT Scan Female 72 years CT Scan Female 68 years ENT Male 71 years Angiogram Male 81 years Admission to S4 Ward Male 33 years Admission St. Luke’s Hospital Male 61 years Urology Male 63 years Angiogram L-Isptar izomm ukoll informazzjoni dwar dawk il-pazjenti li jigu referuti Malta u juzaw is-servizz tal-Isptar sabiex jaghmlu l-appuntament. Din l-informazzjoni qeghda tingabar.

Ċirkewwa — Moll il-ġdid

Question

Jista' il-Ministru jgħid għal liema raġuni għadha ma ġietx indirizzata l-problema tal-konsenturi fil-moll il-ġdid fiċ-Ċirkewwa u dan meta dan jista' ikun ta' periklu kbir u minkejja li nġibdet l-attenzjoni kemm-il darba dwar dan?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li skond il-perit responsabbli mid-disinn tal-moll il-ġdid, il-konsentura fl-istess moll mhix waħda ta' natura strutturali. Minkejja dan, l-istess konsentura mistennija tissewwa fil-ġimgħat li ġejjin bħala parti minn programm ta' manutenzjoni regolari.

Gozo Channel — xiri tal-biljetti tal-vapur

Question

Peress li issa xi xiri tal-biljetti tal-vapur tal-Gozo Channel se jiġi shifted għaċ-Ċirkewwa u t-ticket attendants u oħrajn se jibdew jirrapportaw għax-xogħol iċ-Ċirkewwa, jista' il-Ministru jgħid jekk it-travelling time bejn Għawdex u Malta hux se jitqies bħala parti mill-ħin tax-xogħol jew le?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat illi t-Travelling Time hija waħda mill-klawżoli pendenti fid-diskussjonijiet dwar il-ftehim kollettiv bejn il-Management tal-Gozo Channel, il-Collective Bargaining Unit u l-UHM. Ftehim dwar din il-klawżola għadu ma ntlaħaqx.

Enemalta

Question

Jista' il-Ministru jelenka x-xogħlijiet li jsiru mill-Enemalta bi ħlas għal Malta u Għawdex separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li xogħolijiet bi ħlas mill-Enemalta huma indikati fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra u huma l-istess kemm għal-Malta kif ukoll Għawdex. L-unika differenza teżisti fil-ħlas ta' servizz ta' emerġenza wara l-10.00 ta' bil-lejl f'Għawdex.

MEPA — Multi f'Għawdex

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imposti multi mill-MEPA minħabba nuqqas ta' spazju għall-parkeġġ f'applikazzjonijiet sottomessi għall-iżvilupp f'Għawdex f'dawn l-aħħar sentejn? Jista' ġentilment jindika l-multi kif imposti separatament għal kull raħal f'Għawdex?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Bi tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13598, l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ma timponix multi minħabba nuqqas ta' spazju għall-parkeġġ f'applikazzjonijiet sottomessi, iżda minflok titlob kontribuzzjoni għall-Iskema tal-Commuted Parking.
Leg 10 PQ #13600 Sitting 292 2005-07-18 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar ġenerali ta' Għawdex

Question

Peress li hemm ħsara fl-air condition system fl-isptar ġenerali ta' Għawdex li qed tikkaġuna inkonvenjent kbir lill-pazjenti u lill-ħaddiema, tista' il-Ministru tindirizza l-problema immedjatament?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Id-Dipartiment qed jieħu azzjoni sabiex kull tiswija meħtieġa fuq l-apparat ta' l-air condition ġewwa l-isptar issir bl-anqas dewmien possibbli u bl-anqas inkonvenjent lejn il-pazjent.

Sannat

Question

Peress li diversi residenti ta' Sannat, Għawdex ilmentaw diversi drabi minħabba periklu għall-vetturi li jkunu ħerġin mit-triq magħrufa bħala tal-Qasam li mix-Xewkija tagħti għal Sannat għal Fuq Sannat, jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex maħsub li tittieħed xi azzjoni?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministru t'Għawdex.
Leg 10 PQ #13474 Sitting 289 2005-07-11 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar ġenerali ta' Għawdex

Question

Tista' il-Ministru tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra rapport dettaljat ta' l-inkjesta dwar il-mesh ta' kwalita' inferjuri li ntuża fl-isptar ġenerali ta' Għawdex, liema rapport għandu jinkludi l-mod ta' kif saret din l-inkjesta, min għamilha, x'irriżulta u x'passi ttieħdu u fil-konfront ta' min?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant li ma saret l-ebda inkjesta dwar meshta' kwalita' inferjuri fl-isptar ġenerali ta' Għawdex.
Leg 10 PQ #13475 Sitting 289 2005-07-11 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Ġgantija — Ħitan tas-sejjieħ

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet ta' twaqqigħ ta' ħitan tas-sejjieħ fil-Ġgantija, eżattament 'il ġewwa mill-fence fil-buffer area, kenux koperti bil-permessi opportuni tal-MEPA?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li fil-buffer area tal-Ġgantija m'hu qed jitwaqqa' l-ebda ħajt tas-sejjieħ. Bħala parti mill-pjan sħiħ għall-konservazzjoni u t-tgawdija aħjar ta’ dan is-sit uniku, Heritage Malta bdiet issewwi u tibni mill-ġdid il-ħitan tas-sejjieħ kollha li jinsabu fl-imsemmija buffer area. Dan qed isir bil-għan li jiġi rrestawrat il-kuntest ambjentali tal-Ġgantija, li jitwaqqaf il-process ta’ l-erożjoni tal-ħamrija, u li tittejjeb is-sistema ta’ sigurta` mingħajr l-installazjoni ta’ strutturi mhux kompatibli ma’ l-ambjent pittoresk ta’ l-inħawi. F’dan il-kuntest, f’April li għadda l-ħaddiema ta’ Heritage Malta bdew jibnu mill-ġdid ħajt tas-sejjieħ ta’ madwar metru għoli mad-dawra tal-masġar taż-żebbuġ li jinsab fuq in-naħa tat-Tramuntana tal-Ġgantija, filwaqt li f’dawn il-ġranet qed tiġi aġġudikata tender għar-restawr tal-ħajt tas-sejjieħ li jinsab max-xifer ta’ l-irdum fuq in-naħa tax-Xlokk tal-Ġgantija. F’ċirkostanzi oħra dan ix-xogħol m’għandu bżonn t’ebda permess, iżda wara site inspection minn diversi uffiċjali tal-MEPA kien hemm qbil li jkun aħjar jekk tiġi sottomessa applikazzjoni waħda għall-bini tal-ħitan tas-sejjieħ kollha.
Leg 10 PQ #13476 Sitting 289 2005-07-11 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Kajselli — Impjegati

Question

Tista' il-Ministru tgħid għal liema raġuni mhux qed jingħata time-off lill-ħaddiema tal-gvern stazzjonati l-Kajselli?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li d-direttur konċernat qiegħed jara li kull min huwa ntitulat għal time-off in lieu jieħu dawk is-siegħat ta' time-off li jkun ħadem għalihom.

Terminal ta' l-Imġarr, Għawdex

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12930 li saret fis-6 ta' Ġunju, 2005 u li għaliha l-Ministru rrisponda li risposta se tingħata f'seduta oħra, b'riferezna għall-mistoqsija parlamentari 13360 u 13361 li saru dwar l-istess suġġett fis-27 ta' Ġunju, 2005 u li ġew risposti fis-seduta ta' l-4 ta' Lulju, 2005, jista' il-Ministru jgħid allura għal liema raġuni ma rrispondiex għall-mistoqsija parlamentari 12930 li saret xahar ilu meta jidher li fl-4 ta' Lulju, 2005 kien jaf ir-risposta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li normalment domanda li għaliha tingħata risposta "risposta tingħata f'seduta oħra" terġa titqiegħed mill-Onor. Interpellant li jkun għamel dik id-domanda. Fil-fatt il-PQ's 13360 u 13361 huma domandi li saru b'referenza għall-PQ's 13341 u 13342 rispettivament li saru fil-21/06/05 u ġew risposti fis 27/06/05. Dawn id-domandi reġgħu saru fis-27/06/05 u sa meta waslu għar-risposta, l-informazzjoni nġabret u ngħataw lil Onor.Evarist Bartolo li kien irrepeta domandi oħra tiegħu.

Għawdex — Sidien tal-baqar

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex is-sidien tal-baqar Għawdxin ilhom erba' snin ma jitħallsu s-sussidju ta' Lm5 fuq kull ras ta' bhima li tinġarr minn Għawdex għal Malta?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li dik l-iskema kienet ddaħħlet għal perjodu temporanju u twaqqfet fis-sena 2001.
Leg 10 PQ #13377 Sitting 286 2005-07-04 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Rabat, Għawdex — Skola Ninu Cremona

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 13273, tista' il-Ministru tgħid għal liema raġuni fl-iskola Ninu Cremona Rabat, Għawdex qed isiru l-eżamijiet fl-entratura ta' l-istess skola u l-istudenti anke jidhru mit-triq bil-konsegwenza li l-istess studenti qed ibatu minn inkonvenjent ta' storbju li jkun ġej mit-triq u jtellifhom waqt l-eżami?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-eżamijiet saru fil-Foyer għax il-klassijiet ta’ Corridor 1 li huma fis-sular ta’ fuq nett ma setgħux jiġu utilizzati għall-eżamijiet ta’ l-aħħar tas-sena biss minħabba s-sħana kbira. Peress li l-klassijiet l-oħra kollha kienu qegħdin jintużaw għal-eżamijiet kellu jintuża l-Foyer. Biex jitnaqqas l-inkonvenjent għall-istudenti saret partition biex tifred il-parti fejn kienu qed isiru l-eżamijiet mid-daħla ta’ l-iskola.

Dipartiment tas-saħħa — Dental technicians

Question

Jista' il-Ministru jgħid hux se jiġu reklutati dental technicians mid-dipartiment tas-saħħa? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta se joħorġu s-sejħiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li ma hemm l-ebda ħsieb li jiġu reklutati dental technicians mad-Dipartimet tas-Saħħa għalissa.
Leg 10 PQ #13381 Sitting 286 2005-07-04 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Rabat, Għawdex — Skola Ninu Cremona

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 13276, peress li diversi studenti u għalliema qed jilmentaw minn nuqqas ta' indafa fl-iskola Ninu Cremona, Rabat, Għawdex, tista' il-Ministru tara li din il-problema tiġi indirizzata?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-problema ta' ndafa fl-iskola Ninu Cremona fir-Rabat, Għawdex ġiet indirizzata. Fil-preżent hemm tmien General Hands li qegħdin jagħmlu xogħol ta' tindif.