F'każ ta' għalliema nisa li jkunu fit-tqala, jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi arranġament u/jew ftehim dwar il-load ta' xogħol tagħhom fl-iskejjel? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk hemmx xi distinzjoni bejn għalliema fl-iskejjel primarji u dawk sekondarji?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-għalliema nisa li jkunu fit-tqala jingħataw il-load normali li jieħdu l-għalliema l-oħra. Ma ssir ebda distinzjoni bejn għalliema fl-iskejjel primarji u dawk sekondarji.
Tista' il-Ministru tgħid kemm ġew invistati pazjenti tad-dijabete fl-isptar ġenerali ta' Għawdex fl-aħħar tliet snin, kull xahar separatament u tindika s-sess u l-eta' ta' kull pazjent?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Fis-sena 2002 ġew eżaminati 1728 pazjenti. Kien hemm 898 ta’ sess maskili u 830 ta’ sess femminil u kienu mqassmin hekk :-
TOTAL
Jannar
82
Frar
151
Marzu
119
April
148
Mejju
168
Ġunju
160
Lulju
160
Awissu
128
Settembru
145
Ottubru
230
Novembru
138
Diċembru
99
Fis-sena 2003 ġew eżaminati 1558. 810 kienu ta’ sess maskili u 748 ta’ sess femminil u kienu mqassmin hekk :-
TOTAL
Maskili
Femminil
Jannar
141
78
63
Frar
114
54
58
Marzu
118
68
50
April
156
75
81
Mejju
120
57
63
Ġunju
141
65
76
Lulju
138
69
69
Awissu
104
55
49
Settembru
157
81
76
Ottubru
126
72
57
Novembru
114
61
53
Diċembru
131
75
56
Fis-sena 2004 ġew eżaminati 1581 pażjenti. 833 kienu ta’ sess maskili u 748 ta’ sess femminil u kienu mqassmin hekk :-
TOTAL
Maskili
Femminil
Jannar
148
82
66
Frar
111
62
49
Marzu
140
68
71
April
98
42
56
Mejju
110
64
46
Ġunju
120
63
57
Lulju
149
73
75
Awissu
142
74
68
Settembru
133
68
65
Ottubru
148
78
70
Novembru
163
93
70
Diċembru
120
65
55
L-eta’ tal-pażjenti tvarja bejn 16-il sena u 93 sena..
Tista' il-Ministru tgħid għal liema raġuni qed issir distinzjoni bejn studenti Għawdxin li jattendu l-Universita' u dawk li jattendu l-MCAST għal skopijiet ta' sussidju u/jew allowances ta' l-istudenti li jingħata mill-ministeru?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ngharraf lill-Onorevoli Nterpellant li l-Ministeru ghal Ghawdex diga ha l-passi necessarji sabiex jizdied l-ammont ta' sussidju li kemm l-istudenti Universitarji Ghawdxin kif ukoll dawk li jattendu l-MCAST u Istituzzjonijiet Governattivi ohra diga qeghdin jircievu. Fil-fatt il-Gvern ghadu kemm habbar incentiv gdid lill-istudenti Ghawdxin li jsegwu kors fuq bazi 'full-time' fl-Universita ta' Malta jew f'istituti ohra f'Malta. B'hekk l-ghajnuna finanzjarja li qeghdin jircievu dawn l-istudenti Ghawdxin se tizdied b'Lm35 ohra fix-xahar.
Tista' il-Ministru tgħid kemm-il karozza jikri l-ministeru u tagħti l-informazzjoni għal kull dipartiment separatament, l-għamla tal-karozza u kemm kull karozza tinkera kuljum?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabell li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Peress li fil-qorti ta' Għawdex qed isiru ilmenti dwar nuqqas ta' stationery u office equipment ieħor, tista' il-Ministru tara li dan in-nuqqas jiġi rimedjat?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li ghand id-Direttur tal-Qrati u Tribunali f'Ghawdex ma wasal ebda ilment u lanqas ma jirrizulta li hemm xi nuqqas ta stationery u office equipment fil-Qrati t'Ghawdex.
Jista' il-Ministru jgħid f'liema stadju waslet id-diskussjoni bejn l-Omnibus pool u l-assoċjazzjoni tal-minibuses ħomor dwar iż-żieda fl-insurances u dan peress li ħafna sidien tal-minibuses ma jafx x'jagħmlu dwar il-polza tagħhom?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-Malta Financial Services Authority qegħda twettaq investigazzjoni biex tivverifika:
- li l-proċeduri ta' l-Omnibus Pool jikkonforma mall-mod stabbilit ta' kif joperaw il-kumpanniji ta' l-assigurazzjoni
- il-mod ta' kif ġew rappurtati u mħallsin claims lil terzi bejn is-snin 2001 u 2004
- jekk għal xi raġuni li tirriżulta mill-punti imsemmija hawn fuq, iż-żieda ta' 15% fil-premiums għas-sena 2005 għandiex bżonn tiġi aġġustata
Din l-investigazzjoni hija mistennija li titlesta għall-aħħar t'Ottubru 2005.
Fil-perjodu li fih qegħda ssir l-investigazzjoni, il-membri ta' l-assoċjazzjoni tal-minibuses ġew mogħtija estensjoni ta' l-assigurazzjoni fuq il-vetturi tagħhom.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 13630, peress li diversi residenti ta' Sannat, Għawdex ilmentaw diversi drabi minħabba perikli għall-vetturi li jkunu ħerġin mit-triq magħrufa bħala Tal-Qasam li mix-Xewkija tagħti għal Sannat u li tiżbokka fi Triq Sannat, Sannat, tista' il-Ministru tgħid jekk huwiex maħsub li tittieħed xi azzjoni?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li wara konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali tas-Sannat u mal-Awtorita’ Dwar it-Trasport, il-Ministeru għal Għawdex issottometta applikazzjoni lill-MEPA biex issir roundabout fis-sit imsemmi mill-Onorevoli Nterpellant.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 13598, jista' il-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' kontribuzzjonijiet għall-iskema tal-commuted parking imħallsa lill-applikanti Għawdxin f'dawn l-aħħar sentejn, separatament għal kull raħal f'Għawdex?
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk huwiex minnu li ser jiġu trasferiti xi immigranti illegali lejn Għawdex? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid fejn ser jitpoġġew u x'arranġamenti saru jew se jsiru għas-sorveljanza ta' dawn il-premises?
Response (BORG, TONIO)
L-immigrazzjoni illegali hija problema nazzjonali li l-Gvern Malti huwa kommess li jindirizza bl-aktar mod effettiv u effikaċi possibli. Ovvjament l-ammont ta' postijiet ta' akkomodazzjoni neċessarji jiddependi minn numru ta' immigranti li jaslu f'Malta fix-xhur li ġejjin. Il-ħsieb hu li dawn jiġu akkomodati fil-kumpless ġdid li wasal biex jitlesta fil-barracks ta' Ħal Safi.
Sa issa ma ġiex konsiderat post f'Għawdex u l-għajdut f'dar-rigward kienu kompletament infondati.
Dipartiment ta' l-Edukazzjoni — Talba għall-facilitator
Question
Jista' il-Ministru jgħid f'liema stadju waslet din it-talba għall-facilitator li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-applikazzjoni daħlet għand il-Bord f'Ġunju 2005.Qabel il-Bord mar Għawdex fil-25 ta' Awissu 2005, is-segretarja ċemplet lill-familja diversi drabi biex tagħti appuntament, iżda qatt ħadd ma wieġeb.
Jista' il-Ministru jgħid għal liema raġuni ġie rivedut il-kont tad-dawl u l-ilma li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, kif ukoll għal liema perijodu qed jirreferi dan il-kont?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li rriżulta' li l-meter ta' l-elettriku kien qed jinqara u joħroġ kont fuq numru b'erba' figuri flok b'ħamsa kif kien suppost.
Dan irriżulta meta l-meter nqala fis-sena 2003 u ttieħed l-aħħar qari.
Id-differenza fuq il-qari, li kienet kollha konsum, tqassmet fuq il-perjodu ta' bejn Ottubru '99 u Novembru '03.
Kieku l-kont nħareġ b'konsum kbir fuq l-aħħar qari, kien ikun ferm ogħla.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 14362, tista' il-Ministru tgħid jekk ġewx riferuti pazjenti tad-diabete Għawdxin l-isptar San Luqa? Jekk fl-affermatti,v tista' tgħid kemm ġew riferuti u tindika s-sess, l-eta' u d-data ta' meta ġew riferuti u f'liema taqsima?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Il-pazjenti tad-diabete l-ewwel jiġu eżaminati mill-Medical Consultant fid-Diabetic Out-Patients ta’ l-isptar Ġenerali t’Għawdex. F’xi każi ta’ komplikazzjonijiet tal-marda tad-diabete bħal per eżempju peripheral vascular disease, peripheral neuropathy u renal failure, il-pazjenti jiġu rreferuti għand il-kunsulenti speċjalizzati kkonċernati fl-isptar San Luqa.
Rendikont ta’ dawn il-pazjenti ma jinżammx.
Peress li Għawdex ilna diversi xhur mingħajr servizz ta' ENT a detriment tal-pazjenti Għawdxin, jista' il-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta' reklutaġġ ta' l-ENT's għall-isptar ġenerali ta' Għawdex?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li s-sejħa għall-applikazzjonijiet ta' Senior Registrar ENT kienet ippubblikata fil-Gażżetta tal-Gvern tal-14 ta' Ġunju, 2005 iżda ma kienx hemm applikanti għal dan il-Post. Għalhekk ġie ngaġġat Senior Registrar ENT barrani fuq bażi ta' kuntratt. Is-sejħa għall-applikazzjonijiet ta' postijiet ta' SHO'S fl-ENT Department għadha qed tiġi pproċessata.
Tista' il-Ministru tgħid x'servizzi jiġu offruti lill-persuni diabetiċi fl-isptar ġenerali ta' Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-pazjenti tad-dijabete jiġu nvistati fil-klinika ta’ l-
outpatients
tad-dijabete minn konsulent tal-Mediċina. Il-pazjenti jiġu mbagħad riferuti għat-taqsima ta’ l-Oftalmoloġija, tal-Podoloġija u Nutrizjoni skond il-parir tal-konsulent. Dawn is-servizzi huma lkoll provduti fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
Jista' il-Ministru jgħid x'servizzi jiġu offruti lill-persuni diabetiċi fl-isptar San Luqa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Servizzi għan-nies bid-Dijabete offruti fl-Isptar San Luqa huma dawn li ġejjin:
Viżti ta' screening għad-dijabete u viżti regolari għal min għandu id-dijabete fid-diversi kliniċi tal-Gvern.
Korsijiet ta' edukazzjoni fuq il-prevenzjoni u l-kura tad-Dijabete
a) Korsijiet individwali għan-nies bit-Type 1 Dijabete
b) Korsijiet ta' gruppi għan-nies bit-Type 2 Dijabete kemm fl-Isptar San Luqa u fid-diversi kliniċi perifiċi
c) Korsijiet perjodiċi għal-Health Service Personnel fuq il-prevenzjoni u kura tad-dijabete
d) Edukazzjoni permess ta' programmi regolari fuq il-Mass Media
Servizz ta' pariri fuq id-dieta u stil ta' ħajja
Kura bħala inpatients skond il-bżonnijiet
Servizz ta' viżiti fid-dar minn nurses fejn isir monitoring tad-demm u tal-pressjoni
Diversi mediċini b'xejn, kemm għat-trattament tad-Dijabete kif ukoll għat-trattament ta' mard kroniku ieħor
Żewġ glucose monitoring sticks kulljum għal pazjenti taħt is-sitta u tletin sena
Erba' glucose monitoring sticks kulljum għal pazjenti bi tqala u d-dijabete
Screening għal u trattament tal-kumplikazzjonijiet tad-dijabete. Dawn jinkludu:
a) Eżamijiet fiżiċi u investigazzjonijiet tal-laboratorju u oħrajn regolari
b) Operazzjonijiet ta' bypass jew angioplasty fuq is-saqajn u l-qalb
c) Trattament bil-Laser jew vitreus replacement għal kura tal-kumplikazzjonijiet ta' l-għajnejn
d) Servizz ta' podoloġija għal edukazzjoni, prevenzjoni u trattament tal-kumplikazjonijiet tas-saqajn
e) Servizz ta' dialysis jew trapjant tal-kliewi
f) Servizz ta' saqajn artifiċjali għal min kellu xi amputazzjoni
Tista' il-Ministru tgħid meta u għaliex il-post ta' consultant fil-general surgery ta' l-isptar ġenerali ta' Għawdex spiċċa vakanti u x'passi ttieħdu biex dan il-post jimtela' u x-xogħol isir?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Il-post ta’ consultant fil-general surgery spiċċa vakanti għaliex Dr Julius Kvas irreżenja mix-xogħol ġewwa l-Isptar t’Għawdex fit-30 ta’ Lulju 2005 .
Id-Dipartiment mill-ewwel ħa ħsieb biex jieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex jibda l-proċess ta’ reklutaġġ ta’ konsulent ieħor. Sa kemm isir dan il-proċess, id-dipartiment ħa ħsieb biex il-post ikun mimli temporanjament.