Peress li qed ikun hemm diversi lmenti dwar l-inadegwazzjoni taċ-ċentru tad-detox f'Għawdex u peress li l-pazjenti qed jiġu riferuti lill-mental section, tista' il-Ministru tgħid għaliex qed isir dan u x'inhu jżomm lill-gvern milli jattrezza d-detox f'Għawdex adegwatament biex dawk il-pazjenti jsibu l-għajnuna kollha meħtieġa biex jiġġieldu l-vizzju tad-droga?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li s-sistema użata f’Għawdex hija li:
1. Wieħed jidħol fis-Short Stay Ward għal 24 siegħa ta’ osservazzjoni, u jekk ikollu withdrawals tal-opiates jingħata methadone biżżejjed biex iwaqqaf dawn il-withdrawals. Dan jista’ jsir billi wieħed jippreżenta ruħu l-casualty u jiddaħħal l-isptar dak il-ħin stess. Għalhekk dan huwa servizz offrut 24 siegħa kuljum.
2. Il-methadone ma tingħatax biss għall-withdrawals peress li tintuża ukoll bħala maintenance. Meta xi ħadd li jogħqod Għawdex ikollu bżonn din it-tip ta’ servizz huwa jiġi assessjat mid-Detox ta’ l-Isptar ta’ San Luqa, fejn hemm tobba li huma speċjalizzati f’dan il-qasam. Wara li jiġi stabblit l-ammont ta’ methadone li għandu bżonn, huwa ikun jista jeħodha kuljum mill-Isptar t’Għawdex.
3. Jingħata ukoll servizz ta’ għoti ta’ methadone għal min jieħu l-methadone u hu residenti Malta u jkun għal ġurnata jew ftit żmien Għawdex. Dan isir permezz ta’ liason dirett mad-detox ta’ Malta.
Ninforma wkoll lill-Onorevoli Nterpellant li peress li l-amministrazzjoni ta’ l-isptar qatt ma rċiviet ilmenti, ikun aħjar li l-Interpellant jgħadilna x’kienu l-ilmenti speċifiċi ħalli jekk ikun il-każ, tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Tista' il-Ministru tgħid jekk hux maħsub li jiġu stallati lifts fil-blokkijiet ta' appartamenti fil-housing estate tal-gvern f'Taċ-Ċawla,. Rabat, Għawdex?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita’ tad-Djar ma rċeviet ebda applikazzjoni għal stallar ta’ lift fil-blokki ndikati mill-Onor. Interpellanti.
Jekk hemm xi persuna b’diżabilita’ ta’ mobilita’ tgħix f’dawn il-blokki din tista tapplika skond l-iskema relevanti.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14652 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid: Peress li saru diversi lmenti minħabba storbju kkawżat mill-pompa li hemm fil-ġibjun ta' l-ilma f'Ta' Ċenċ, Sannat, Għawdex, jista' il-Ministru jara li din il-problema tissolva?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-użu tal-polishing plant mibnija dan l-aħħar f'Ta' Ċenċ wassal għall-ħsejjes ikkawżati minn ilma għaddej f'kanna li tagħti għall-ġibjun numru 4.
Sabiex jitnaqqas dan l-inkonvenjent, li ġeneralment kien ikun irraportat minn nassaba madwar il-ġibjun, diġa sar xogħol ta' sound proofing u l-ħsejjes naqsu ħafna.
Il-hsejjes mistennija jonqsu aktar b'riżultat ta' żviluppi oħra li ser jsiru u li jwasslu biex il-kanna msemmija tintuża anqas.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 14538 u għar-risposta relattiva, peress li jirriżulta li l-persuni diabetiċi invistati għandhom kollha 'il fuq minn 16-il sena, tista' il-Ministru tgħid fejn jiġu nvistati pazjenti diabetiċi Għawdxin ta' taħt is-16-il sena?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li pazjenti diabetiċi Għawdxin li jkunu taħt is-16-il sena jiġu nviżtati mill-Konsulent tal-Pedjatrija ġewwa l-isptar t’Għawdex.
Peress li fi Triq Sant'Antnin, Għajnsielem, Għawdex qed jintefa' ħafna skart a detriment tar-residenti u li mhux qed jinġabar, tista' il-Ministru tara li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li minn spezzjoni li saret fi Triq Sant’Antnin, Għajnsielem jirriżulta li t-triq hija nadifa.
Seduta Nru 303
(12/10/2005)
Jista' il-Ministru jgħid: 1) kemm hemm għalliema f'kull skola primarja u sekondarja u post-sekondarja f'Għawdex; 2) kemm għandu tfal fil-klassi kull għalliem fl-iskejjel primarji f'Għawdex; 3) kemm għandu sigħat kull għalliem u jiġi ndikat is-suġġett fl-iskejjel sekondarji u post-sekondarji f'Għawdex?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub fl-ewwel parti u t-tieni parti tal-Mistoqsija ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Mhix il-prattika li jingħata t-tagħrif fl-aħħar parti tal-Mistoqsija.
Tista' il-Ministru ġentilment tgħid kemm daħlu rapporti/talbiet għall-għajnuna minħabba vjolenza domestika f'Għawdex f'dawn l-aħħar sentejn?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li matul l-2004, l-Aġenzija Appoġġ irċeviet żewġ talbiet minn Għawdex għall-għajnuna minħabba vjolenza domestika. Matul din is-sena, s'issa, ma kien hemm ebda talba f'dan ir-rigward minn Għawdex.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 14594, tista' il-Ministru tgħid x'apparat u makkinarju nxtara din is-sena għall-isptar ġenerali ta' Għawdex, meta nxtara u kemm sewa?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-apparat u l-makkinarju li nxtara għall-Isptar Ġenerali t’Għawdex mill-1 ta’ Jannar 2005 sat-30 ta’ Settembru 2005 huwa kif muri fil-list annessa.
Peress li saru diversi lmenti minħabba storbju kkawżat mill-pompa li hemm fil-ġibjun ta' l-ilma f'Ta' Ċenċ, Sannat, Għawdex, jista' il-Ministru jara li din il-problema tissolva?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm pulizija f'Għawdex u jindika r-rank tagħhom? Jista' in oltre jgħid kemm ħarġu pulizija bil-pensjoni f'dawn l-aħħar tliet snin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ membri tal-Korp tal-Pulizija skond ir-rank stazzjonati f’Għawdex fil-preżent huwa kif ġej:-
Supretendent1
Spettur2
Surġent18
Kuntistabbli74
Infurmat ukoll illi bejn Jannar 2003 u Settembru 2005 kien hemm 213 membru tal-Korp li ħarġu bil-pensjoni.
Tista' il-Ministru tgħid jekk hijiex se ssir Waste transfer station ġewwa Għawdex? Jekk fl-affermattiv, tista' tgħid fejn ġejja u f'liema stadju waslet?
Tista' il-Ministru tgħid kemm saru xogħlijiet ta' embellishment f'Għawdex f'dawn l-aħħar tliet snin, tindika fejn sar ix-xogħol, kemm sewa u minn min sar?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi lill-Onorevoli nterpellant għar-risposta tal-mistoqsija 12972 dwar xogħlijiet ta’ tisbieħ li saru bejn is-snin 1999-2004.
Jiena nfurmata li għall perjodu Jannar – Settembru 2005 l-ispejjeż għal tisbiħ f’Għawdex inkluż l-ispiża tal-pagi tal-ħaddiema involuti, kienu kif jidħer hawn taħt:
Proġetti/Xogħlijiet
Spiza
Lm
Bini ta’ bankini f’diversi lokalitajiet
54,459
Bini ta’ ħitan tas-sejjieħ f’diversi lokalitajiet
64,331
Tkabbir ta’ siġar u pjanti għall-użu f’postijiet pubbliċi
37,276
Xogħlijiet ta’ afforestazzjjoni u manutenzjoni ta’ ġonna publiċi, msaġar, flowerbeds, roundabouts u traffic islands, f’zoni publiċi f’Għawdex inklużi zoni f’lokalitajiet tal-Kunsilli Lokali.
152,445
Għall-informazzjoni ta’ l-Onorevoli Nterpellant ir-risposta għal din it-tip ta’ mistoqsija kienet tirrikjedi illi ħaddiema fiċ-Ċivil waqfu għal ħin twil mir-rutina tax-xogħol tagħhom biex ġabru l-informazzjoni mitluba bil-konsegwenza li xogħol ieħor kellu jaqa lura.
Seduta Numru 302
11/10/2005
Nadur — Triq Qala - Problemi fis-sistema tad-drenaġġ
Question
Peress li fi Triq Qala, fin-Nadur, Għawdex diversi residenti ilmentaw minħabba problemi fid-drenaġġ, peress illi minħabba l-ilma tax-xita d-drenaġġ sbroffa u anke daħal fid-djar tar-residenti ta' l-istess triq, jista' il-Ministru jara li din il-problema tingħata l-attenzjoni minnufih?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Peress li fl-uffiċini tal-pulizija fir-Rabat, Għawdex hemm nuqqas ta' computers u ħafna xogħol isir manwalment, jista' il-Viċi Prim Ministru jara li jiġu pprovduti computers?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-upgrading tal-kompjuters fil-Korp tal-Pulizija hija xi ħaġa kontinwa. Kemm l-uffiċini kif ukoll l-Għassa tal-Pulizija fir-Rabat Għawdex huma parti mill-upgrading li jmiss, li l-apparat għalih ser jinxtara permezz ta' tender kif ippublikat fil-Gazzetta tal-Gvern ta' l-4 ta' Ottubru ta' din is-sena.
Tista' il-Ministru tgħid kemm jattendu persuni d-detox f'Għawdex u tindika l-eta' u s-sess? Tista' tagħti din l-informazzjoni sena b'sena għal dawn l-aħħar ħames snin?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fil-lista annessa.
Seduta Nru 301
(10/10/2005)
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tressqu nies il-qorti li nqabdu jpejpu kontra l-liġi ġo stabilimenti f'Għawdex minn meta daħlu fis-seħħ ir-regolamenti l-ġodda dwar it-tipjip s'issa u jindika s-sess u l-eta' ta' dawk li tressqu? Jista' jgħid kemm minnhom instabu ħatja u kemm ġew immultati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi minn meta ġew fis-seħħ ir-Regolamenti ta' l-2004 dwar it-Tipjip f'Postijiet Miftuħin għall-Pubbliku, il-Pulizija sabet 16-il persuna bi ksur ta' dawn l-istess Regolamenti dwar Għawdex. Dawn kienu 4 nisa u 12 irġiel, u l-eta' tagħhom kienet tvarja bejn is-sbatax u tletin sena. Tlettax instabu ħatja. Għaxra ġew immultati Lm100, wieħed Lm125 u tnejn Lm10.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm nies f'Għawdex li qed jirreġistraw għax-xogħol ma' l-ETC Part 1 u 2 separatament fl-2004 u l-2005? Kemm inqatgħu nies mir-reġistrar f'din l-aħħar sena? Jista' jindika s-sess u l-eta' tagħhom u r-raġuni għaliex inqatgħu? Jista' jgħid kemm saru job placements mill-ETC matul l-2004 sal-lum, f'liema settur u jindika l-eta' u s-sess ta' dawk li nstabilhom xogħol tramite l-ETC?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-kaġun tan-nirien li jaqbdu fil-miżbla tal-Qortin, Għawdex u xi prekawzjonijiet u/jew miżuri ttieħdu biex jiġi eleminat dan l-inkonvenjent?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-ħażna ta' njam u ħatab kienet ħadet in-nar aktar kmieni dan is-sajf. Sakemm dan il-materjal ġie mifrud u mgħotti kollu bit-terrapin kien hemm partijiet li żammew temperatura għolja li setgħu ikkaġunaw nirien żgħar, kif ġie rrapurtat f'sezzjoni tal-media.