B'riferenza għal porzjon raba' li tinsab ħdejn il-Ġgantija, u li xi żmien ilu kienet intiża biex issir parkeġġ għall-coaches tat-turisti, u peress li din l-istess art tħammlet mill-kunsill lokali tax-Xagħra u anke ġiet ċirkondata b'ħajt tas-sejjieħ, jista' il-Ministru jgħid din l-art għalxiex ser tintuża u meta se tibda tintuża?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onor Interpellant tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministru konċernat.
B'riferenza għaċ-ċirkolari MG84/2005 dwar sponsorships għall-korsijiet tal-masters, tista' il-Ministru tgħid kemm applikaw u x'kien il-grade u l-posting ta' kull applikant? Tista' in oltre tgħid kemm ġew sponsorjati u x'kien il-grade u l-posting ta' dawk magħżula?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li tliet uffiċċjali applikaw għaċ-ċirkulari MG 84/2005 dwar sponsorships għall-Kors tal-Masters fl-Ekonomija. Il-grad u l-posting tagħhom huma kif murija hawn taħt:
Grade
Posting
Principal
Dipartiment għall-Proġetti u Żvilupp – Head Office
Instructor
Dipartiment tal-Customer Services – Taqsima ta’ l-Edukazzjoni
Principal
Segretarjat Permanenti
Sal-lum ħadd minn dawn għadu ma ġie sponsorjat.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 14408 li saret fis-26/09/05 u li għaliha l-Minsitru qal li tweġiba tingħata f'seduta oħra, jista' il-Ministru ġentilment iwieġeb id-domanda u jgħid kemm kien l-ammont ta' kontribuzzjonijiet għall-iskema ta' commuted parking imħallsa mill-applikanti Għawdxin f'dawn l-aħħar sentejn, separatament, għal kull raħal f'Għawdex?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-ammont ta' kontribuzzjonijiet għall-iskema tal-commuted parking fil-Belt Victoria, Għawdex miġbura f'dawn l-aħħar sentejn huwa ta' Lm77,700. B'kollox il-kontribuzzjonijiet għall-commuted parking fil-Belt Victoria miġbura matul l-operat ta' l-iskema jammontaw għal Lm131,700.
B'riferenza għall-iskema The Graduates Scheme imnedija mill-Ministeru għal Għawdex iktar kmieni din is-sena, tista' il-Ministru tgħid kemm ibbenefikaw u/jew użaw din l-iskema kull xahar separatament u tindika s-settur u l-eta' u s-sess ta' l-applikanti u kemm minnhom għadhom fl-iskema?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li hemm seba’ (7) gradwati li qed jibbenefikaw minn din l-iskema kif turi t-tabella hawn taħt. Dawn kollha għadhom fl-iskema.
Gradwat/a
Data ta’ l-ingaġġ
Sess
Eta
Settur
1
16.05.05
Mara
23
Financial
2
16.05.05
Raġel
22
Financial
3
16.05.05
Raġel
22
Hospitality
4
16.05.05
Raġel
22
Manufacturing
5
16.05.05
Raġel
25
Legal
6
01.09.05
Mara
24
Financial
7
31.10.05
Raġel
22
Auto & Insurance
Peress li l-istudenti ta' l-ewwel sena Financial Services tal-MCAST fix-Xagħra, Għawdex għadhom mingħajr għalliema ta' l-Ingliż u Pure Maths, jista' il-Ministru jara li din is-sitwazzjoni tiġi rrimedjata?
Response (GALEA, LOUIS)
Iva, qed jittieħdu l-passi biex is-sitwazzjoni tiġi rimedjata.
Peress li t-triq li tagħti mill-bieb ta' Villa Rundle għall-bus terminus fir-Rabat, Għawdex qiegħda fi stat ħażin ħafna, tista' il-Ministru tara li tiġi rranġata?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-manutenzjoni tat-triq imsemmija hija responsabbilta' tal-Kunsill Lokali tar-Rabat. Ghalhekk nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 14955, jista' il-Ministru jgħid jekk l-interviews sarux lill-applikanti kollha u jgħid meta saru u minn min? Inoltre, peress li l-post għadu vakanti, jista' jgħid x'passi qed jittieħdu biex jimtela' l-post?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f'seduta oħra.
Peress li l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ilha tistenna 11-il sena biex isir il-kuntratt ma' l-Uffiċċju Konġunt, jista' il-Viċi Prim Ministru jara li l-problema ta' din il-persuna tiġi solvuta?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-emfitewta applika biex jifdi ċ-ċens perpetwu rivedibbli fit-12 ta' Mejju 2003 u mhux ħdax-il sena ilu kif allegat mill-Onor. Interpellant u li l-Uffiċċju Konġunt wasal fi stadju avvanzat fil-verifikazzjoni tal-informazzjoni dwar il-proprjeta' in kwistjoni. Wara dan il-proċess, id-Dipartiment ikun jista' jipproċedi bil-fidi.
Jista' il-Ministru jgħid kemm-il għaqda jew istituzzjoni applikaw din is-sena biex jieħdu għajnuna mill-youth programme ta' l-Unjoni Ewropea u min kienu? Jista' jgħid fuq liema kriterji ġew aċċettati t-talbiet u kemm kien is-sussidju li kull wieħed ħa?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li t-tagħrif li qed jiġi mogħti huwa sad-data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet ta’Settembru 2005. It-total ta’ għaqdiet li issottomettew applikazzjoni sa din id-data kien ta’ 61.
Minn dawn kien hemm għaqdiet li applikaw aktar minn darba waħda jew taħt azzjoni differenti, jew inkella reġġħu applikaw wara li l-ewwel darba l-applikazzjoni ma ġietx aċċettata. F’dan il-każ l-għaqda intgħaddet darba biss.
L-applikazzjonijiet jiġu evalwati skond il-linji gwida u l-kriterji stipulati mill-Kummissjoni Ewropeja li jiġu mġedda kull sena. Dawn jinsabu disponibbli għall-pubbliku.
Tagħrif dwar dawn l-Għaqdiet ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 14646, peress li l-Ministru rrisponda li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, jista' il-Ministru, jekk jogħġbu u jekk l-informazzjoni nġabret, iwieġeb id-domanda?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol ma' l-ETC taħt l-ewwel u t-tieni parti f'Għawdex 2004 u 2005 kienu kif ġejjin:
Nies jirreġistraw Part 1 Part 2 Total
Settembru 2004 562 45 607
Settembru 2005 595 49 644
Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella ta' nies Għawdxin li nqatgħu mir-reġistrar minn Ottubru 2004 sa Settembru 2005, maqsuma skond is-sess, eta' u r-raġuni għaliex inqatgħu. Hemm ukoll tabella oħra ta' kemm saru 'job placements' mill-ETC minn Ottubru 2004 sa Settembru 2005 lil nies Għawdxin, maqsuma skond is-sess, eta' u f'liema settur instabilhom xogħol.
Tista' il-Ministru tgħid għal liema raġuni l-Health Inspectors f'Għawdex intbagħtu għall-In house training f'Malta meta dan seta' isir Għawdex u kemm se jdum dan l-In house training?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
F’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 14942, jiena nfurmata li kien imperattiv li Spetturi tas-Saħħa f’Għawdex jintbagħtu għal in house training f’Malta biex jiġu mħarrġa fuq sistemi li jintużaw f’Malta, b’eżempji u spezzjonijiet reali. Dan biex ngħollu s-servizz mgħoti lill-pubbliku u sabiex l-impjegati jżommu ruħhom aġġornati ma teknika u proceduri moderni fil-qasam tax-xogħol tagħhom. Il-programm preżenti jitlob li kull ufficcjal jattendi ghal sitt ‘training sessions’ mifruxa fuq ġimgħatejn. Il-programm jispicca fl-ewwel ġimgħa ta’ Novembru 2005.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 14358 li saret fis-seduta tas-26/09/04, jista' il-Ministru jgħid kemm sewa s'issa x-xogħol tal-mollijiet taċ-Ċirkewwa u ta' l-Imġarr u jagħti breakdown ta' l-ispejjeż?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li n-nefqa li saret s'issa fuq il-proġett tal-mollijiet ġewwa ċ-Cirkewwa u l-Imġarr huwa hekk:
Ċirkewwa Lm7,793,995
Mġarr Lm1,917,328
Total Lm9,711,323
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi pjani li jiżdied in-numru ta' pulizija f'Għawdex? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta?
Response (BORG, TONIO)
Kif diġa' kelli okkażżjoni li ngħid fit-Tweġibiet għall-Mistoqsijiet preċedenti dwar ċaqliq ta' membri tal-Korp tal-Pulizija, tali ċaqliq isir meta u kif ikun il-bżonn, fl-aħjar interess ta' l-istess Korp u tal-pubbliku in ġenerali.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għal liema raġuni kienet ġiet itterminata l-kirja mill-Uffiċċju Konġunt li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-kirja tal-fond in kwistjoni qatt ma ġiet terminata.
Jista' il-Ministru jgħid kemm applikaw għal post ta' Manager Gozo ma' l-Awtorita' tat-Trasport? Jista' in oltre jgħid jekk sarux l-interviews u saritx l-għażla? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid meta se jsir dan?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport irċeviet disa' applikazzjonijiet.
L-interviews saru, imma ħadd ma nstab addattat għal posizzjoni msemmija.
Tista' il-Ministru tgħid kemm u x'tip ta' materjal qed jinħaraq fl-isptar ġenerali ta' Għawdex? Tista' in oltre tgħid xi prekawzjonijiet u/jew x'miżuri qed jittieħdu għas-saħħa u sigurta' tal-pazjenti, ħaddiema u residenti qrib l-isptar biex jiġi minimizzat id-dannu in konsegwenza tal-ħruq?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li t-tip ta’ materjal li qed jinħaraq fl-iSptar Ġenerali ta’ Għawdex huwa Clinical Waste skond kif definit fid-dokument intitolat Clinical Waste Management Plan For Hospitals and Health Care Facilities of the Health Division ippublikat mid-Divisjoni tas-Sahha Malta f’Diċembru 2001.
L-iSptar jaħraq madwar 10 boroż (li ma jiżnux iżjed minn 5 kili ‘l waħda) u 5 sharp containers kuljum.
Biex ikun protett kemm l-istaff u qraba tagħhom, l-iSptar ifformula gwida, Guidelines on the Safe Handling and Storage of Clinical and Domestic Waste at the Gozo General Hospital li ħarġet bħala ċirkulari ma’ l-iSptar kollu fil-15 ta’ April 2004. Din iċ-Ċirkulari tistipula r-regoli ta’ kif għandu ikun immaniġġjat l-iskart fl-iSptar, inkluż prekawzjonijiet li jridu jittieħdu biex, kemm jista’ jkun, ikunu eliminati l-perikoli. Minn żmien għal żmien anke jsiru audits, sew mill-awtoritajiet ta’ l-iSptar kif ukoll minn awtoritajiet oħra, biex ikun żgurat li kollox qed isir kif suppost.
Biex ikun minimizzat d-dannu in konsegwenza tal-ħruq, l-iSptar dejjem jiċċekkja li Clinical Waste biss qed jinħaraq u li l-inċineratur jitqabbad f’ħinijiet li jkun ta’ l-inqas inkonvenjent għar-residenti. Huwa ppjanat li dan l-inċenatur jingħalaq meta jiġi nstallat l-impjant il-ġdid f’Malta.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 14694, jista' il-Ministru jgħid jekk hijiex se ssir waste transfer station ġewwa Għawdex? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid fejn ġejja u f'liema stadju waslet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-iżvilupp tal-Waste Transfer Station qiegħed fl-istadju li jiġi konkluż il- proċess tal-permessi meħtieġa. Is-sit għadu dak li kien tħabbar qabel, jigifieri dak tal- Kus.
Peress li fl-iskola Ninu Cremona, Rabat, Għawdex l-istudenti ta' Form 5 għadhom mingħajr teacher tar-reliġjon, jista' il-Ministru ġentilment jara li din il-problema tiġi ndirizzata?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-problema ġiet indirizzata u solvuta.