Tista' il-Ministru tgħid kemm se jiġi jiswa x-xogħol li qed isir fit-triq mir-Rabat sa San Lawrenz u jingħata breakdown ta' l-ispejjeż u minn min qed isir ix-xogħol?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u risposta tingħata f’seduta oħra.
Tista' il-Ministru tgħid kemm se jiġi jiswa x-xogħol fit-triq mill-Imġarr sax-Xewkija, jingħata breakdown ta' l-ispejjeż u minn min qed isir ix-xogħol?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Peress li x-xogħol fit-triq mill-Imġarr sax-Xewkija jaqa’ fir-responsabilta tal-Awtorita’ Dwar it-Trasport nitlob l-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Tista' il-Ministru tgħid favur min ġew aġġudikati, jekk ġew, it-tenders għax-xogħlijiet: 1) fl-incubation centre - Għajnsielem; 2) training hotel - Qala; 3) decompression chamber; 4) biċċerija? Jekk ġew aġġudikati, tista' in oltre tgħid kemm se jiswew dawn ix-xogħlijiet kull wieħed separatament?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Tista' il-Ministru tgħid kemm qed tiġi tiswa l-pubblikazzjoni u t-tqassim ġod-djar tal-fuljett "Għawdex" maħruġ mill-Ministeru għal Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-ispiża tal-pubblikazzjoni u t-tqassim fid-djar tal-fuljett ‘Għawdex’ kienet kif jidher hawn taħt:
Stampar
Posta
Ħarġa Nr 1
Lm 1469.00
Lm 212.80
Ħarġa Nr 2
Lm 1309.00
Lm 216.00
Jista' il-Ministru jgħid kemm ħaddiema tal-Gozo Channel irtiraw matul din is-sena? Jista' jgħid jekk matul din is-sena ġewx impejgati ħaddiema/crew mal-Gozo Channel u jekk fl-affermattiv, jgħid meta sar l-ingaġġ u f'liema mansjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li rtiraw din is-sena minn mal-Kumpanija Gozo Channel kien ta' tnax (12)-il persuna.
Tlitt (3) persuni ġew impjegati bħala 2nd Engineers fi Frar, wieħed (1) fil-grad ta' Chief Officer f'Ġunju', l-erbgħa fuq bażi ta' 'full time', u Tlettax (13) oħra bħala Casual Workers fi Frar.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn liċenzji ta' hearses f'Malta u Għawdex separatament u jgħid meta nħarġu?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi liċenzji ta' hearses f'Malta u Għawdex huwa kif jidher hawn taħt :-
Malta Sena rreġistrata
RIP 001 1959
RIP 002 1959
RIP 003 1959
RIP 004 1959
RIP 005 1959
RIP 006 1959
RIP 007 1959
RIP 008 1959
RIP 009 1959
RIP 010 1959
RIP 011 2006
RIP 012 2006
Għawdex Sena rreġistrata
HRS 267 1990
HRS 711 1976
Pero’, nixtieq niġbed l-attenzjoni ta' l-Onorevoli Interpellant l-pulizija ta’ Malta għandhom ukoll vettura biex ikunu jistgħu jġorru l-mejtin.
Peress li qed ikun hemm problemi frekwenti in konnessjoni mas-sistema tad-drenaġġ fi Triq Ras il-Bajjada, Munxar, Għawdex u qed jinħoloq inkonvenjent għar-residenti, jista' il-Ministru jara li din il-problema tiġi indirizzata?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-problema in konnessjoni mas-sistema tad-drenaġġ fi Triq Ras il-Bajjada, Munxar kienet ikkawżata minn xi materjal li kien qed jiġi fis-sistema minn xi irziezet fil-qrib meta tagħmel ix-xita.
Wara x-xitwa, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ma kelliex rapporti frekwenti minn din it-triq, u għalhekk il-problema kienet meqjusa bħala waħda minima.
Jekk hemm xi konsumatur li għandu xi problema persistenti fis-sistema tad-drenaġġ hu mitlub jirrapporta lill-Korporazzjoni sabiex nistudjaw il-każ.
Peress li fir-raħal tax-Xagħra hemm l-MCAST u l-istudenti qed jilmentaw li ma hemmx trasport pubbliku adegwat, jista' il-Ministru jara jekk huwiex possibbli li s-servizz jopera aktar frekwenti?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li fuq il-linja tax-Xagħra bejn is- 07.00 u 19.00 jeżistu tlettax il-vjaġġ li huma fil-ħinijiet segwenti :-
07.00 10.30 14.15 19.00
08.15 11.15 16.00
09.00 12.00 17.00
09.45 13.15 18.00
Jien infurmat ukoll li barra din ir-rotta jeżisti servizz ieħor li hu organizzat mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni li qiegħed speċifikament għall-ġarr ta’ l-istudenti.
B'riferenza għall-avviżi nri. 151, 152, 153 u 154 magħmula miċ-chairperson ta' l-awtorita' tad-djar u liema avviż deher fil-Gazzetta tal-Gvern tas-16 ta' Ġunju 2006, tista' il-Ministru tgħid jekk dan il-bejgħ hux outright sale miftuħ għal kulħadd jew altrimenti hux se jkun hemm sistema ta' punteġġ li permezz tagħha jiġu preferuti koppji żgħażagħ Għawdxin jew nies li normalment jirrikorru għall-għajnuna ta' l-istess awtorita'?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-bejgħ ta' l-erba plots skond l-avviżi li għamlet referenza għalihom l-Onor. Interpellanti qed isir bl-offerta miftuħa għall-pubbliku kollu.
Peress li qed isiru diversi lmenti dwar Triq tal-Lewż, fis-Sannat minħabba l-istat ħażin ta' l-istess triq, tista' il-Minstru tara li din is-sena s-sitwazzjoni tiġi rimedjata kemm jista' ikun malajr?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li x-xogħlijiet fi Triq il-Lewż fis-Sannat huma ppjanati li jsiru aktar il-quddiem.
Peress li s-seduti tat-tribunali lokali qegħdin isiru fis-sala ta' l-NGO centre u f'liema sala m'hemmx arja kkondizzjonata, u peress li waqt is-seduti jsiru lmenti kemm mill-pubbliku kif ukoll wardens u persuni oħra minħabba s-sħana, tista' il-Ministru tara jekk din il-problema tistax tiġi riżolta?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li fis-sala tal-NGO Centre hemm sistema ta' fans li jtaffu l-problema. L-istallazzjoni ta' apparat tal-arja kkondizzjonata qed tiġi kkunsidrata fil-kuntest tal-prioritajiet ta' dan il-Ministeru.
Jista' il-Ministru jgħid xi proprjeta' kriet il-Gozo Channel fl-aħħar għaxar snin u jgħid fejn, mingħand min inkriet, kemm, destinazzjoni u jekk sarux xi spejjeż mill-Gozo Channel fil-fondi mikrija? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid xi spejjeż saru f'kull fond separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministu ġentilment jgħid għal liema raġuni l-istudent li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, għadu ma rċeviex l-ismart card tiegħu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-uffiċċju ta' l-MCAST, Malta, li hu responsabbli wkoll għall-istudenti Għawdxin ta' l-MCAST, kien infurmat 15-il ġurnata ilu l-'istudent card' ta' l-istudent li għalih qed tirreferi il-Mistoqsija Parlamentari kienet saritilha ħsara.
Informat ukoll li l-uffiċċju għadu ma rċeviex informazzjoni oħra mitluba mill-istudent. Madankollu l-Bord approva l-ħruġ ta' card oħra lill-istudent li tkun għandu sa tmiem il-ġimgħa.
Peress li riċentement żdiedu wħud mill-ismijiet tal-vittmi tal-gwerra fuq il-monument ta' Kristu Re, tista' il-Ministru tgħid għaliex ma tniżżlux l-ismijiet tal-vittmi kollha u meta ser jitniżżlu l-bqija?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-impjegat nkargat minn dan ix-xogħol kien involut f’ xogħlijiet aktar urġenti fiċ-Cittadella u għaldaqstant għadhom ma tniżżlux l-ismijiet kollha. Huwa ppjanat li l-bqija tal-ismijiet jitniżżlu appena jitlesta dan ix-xogħol.
Peress li saru ilmenti dwar ħsarat fil-pontoons tal-marina f'Għawdex li qed itelfu lis-sidien tad-dgħajjes meta jorbtu l-qxur tagħhom, jista' il-Ministru ġentilment jara li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li waqt survey ta' rutina li sar mill-Awtorita' Marittima irriżulta li hemm xi ħsarat fil-qiegħ u fuq in-naħa ta' barra tal- breakwaterarm il-qasira. Tlabt lill-Awtorita' Marittima biex tara x'jista jsir.
Tista' il-Ministru tgħid kemm mill-korsijiet fis-snajja', li għalihom kienu qegħdin jintlaqgħu l-applikazzjonijiet f'Jannar 2006, baqgħu ma fetħux? Liema kienu dawn il-korsijiet u kemm kienu l-istudenti li applikaw għalihom f'kull każ? Kemm se jintilfu fondi mill-Unjoni Ewropea minħabba l-fatt li baqgħu ma fetħux?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-korsijiet fis-snajja f'Għawdex li qed jiġu ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea huma maqsuma f'zewġ fa¿ijiet.
>
>Meta ħarġu l-applikazzjonijiet ħarġu għal diversi korsijiet. I¿da fl-ewwel fa¿i nbdew dawk il-korsijiet li għalihom kien hemm l-akbar numru ta' applikazzjonijiet.
>
>Il-flus allokati għal dawn il-korsijiet mhux ser jintilfu għax aktar tard din is-sena aktar korsijiet ser jiġu offruti kif kien ippjanat oriġinarjament.
>
>Il-lista ta' dawk il-korsijiet li ma fetħux kif ukoll in-numru ta' applikanti għalihom qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw scholarships għall-korsijiet barra minn Malta f'dawn l-aħħar sitt snin? Jista' jgħid f'liema universitajiet jew kulleġġi ngħataw dawn l-ischolarships u f'kull każ individwali kemm ħallas il-gvern għalihom?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Peress li ħafna pazjenti Għawdxin ikollhom jiġu Malta għall-kura jew testijiet għax f'Għawdex għandna nuqqas ta' faċilitajiet, peress li normalment pazjenti Għawdxin li jiġu l-isptar Malta jingħataw preċedenza qabel pazjenti Maltin, peress li fl-outpatients orthopaedic kien hemm avviż fis-sens li l-Għawdxin għandhom preċedenza u tneħħa, jista' allura l-Ministru jgħid jekk il-pazjenti Għawdxin għandhomx preċedenza jew le?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Iterpellant li peress li fl-Outpatients qed jingħataw appuntament b'ħinijiet fissi , u peress li l-vjaġġi u s-schedule tal-vapuri tal-Gozo Channel żdidu inħoss li ma hemmx ħtieġa li tingħata preċedenza lil xi kategorija ta' nies.