Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #23843 Sitting 496 2007-02-19 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ħaddiema

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 23627 tista' l-Ministru tirrispondi t-tieni parti tad-domanda u cioe' f'liema dipartiment/uffiċini ġew posted il-ħaddiema msemmija?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed titpogga fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 10 PQ #23844 Sitting 496 2007-02-19 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Decompression chamber

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 23525 tista' l-Ministru tirrispondi d-domanda kif formulata u tgħid kemm hemm staff allokat biex titħaddem id-decompression chamber, x'tip ta' taħriġ ingħataw u minn min kif ukoll kemm-il darba ġiet imħaddma u x'tip ta' każijiet qed jiġu trattati?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata illi l-istaff allokat huwa: tabib, ħames infermiera u erbgħa technicians. L-istaff waqt it-trattamenti huwa ta' tabib, żewġ infermieri u żewġ technicians. Taħriġ ingħata minn A. Sciberras& Partners (ref CT2048/06) u ukoll mill-istess kumpanija li ssuplexxiet d-Decompression Chanbers. It-training li ngħata kien konformi ma’ dak mitlub mill-European College of Hyperberic Medicine u ġie ċċertifikat mill-istess istituzzjoni. L-għan prinċipali ta’ din ic-chamber huwa li joffri servizz ta’ emerġenza f’każijiet ta’ decompression sickness lill-għaddasa. ‘L quddiem din il-unit se tkun tista’ toffri wkoll servizzi oħra relatati ma’ Hyperbaric Oxygen Therapy lill-pazjenti ta’ l-isptar. Bħalissa qed isiru l-preparamenti meħtieġa sabiex fil-ġejjieni qarib il-ħaddiema magħżula jibdew jagħmlu simulation exercises biex b’hekk ikollhom aktar taħriġ hands on.
Leg 10 PQ #23845 Sitting 496 2007-02-19 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex, Qala — Triq il-Forn

Question

Peress li Triq il-Forn fil-Qala, Għawdex qiegħda fi stat ħażin ħafna, tista' l-Ministru tara li jsiru xogħlijiet ta' manutenzjoni fiha?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena infurmata li x-xoghol fit-triq imsemmija huwa responsabilta' tal-Kunsill Lokali tal-post u ghalhekk nitlob l-Onorevolil Nterpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru koncernat.
Leg 10 PQ #23632 Sitting 492 2007-02-07 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Rabat, Għawdex — Triq Għajn Qatet

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta se jsiru x-xogħlijiet ta' manutenzjoni ta' Triq Għajn Qatet, fir-Rabat, Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari tal-31 ta' Jannar 2007 dwar manutenzjoni ta' Triq Għajn Qatet jiena nfurmata li kienet diġa saret manutenzjoni fit-triq imsemmija fit-23 ta' Jannar 2007.
Leg 10 PQ #23633 Sitting 492 2007-02-07 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ministru għal Għawdex — Konsulenzi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ingħataw konsulenzi mill-Ministru f'dawn l-aħħar ħames snin, lil min, dwar xiex u kemm tħallsu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #23528 Sitting 491 2007-02-06 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Librerija pubblika

Question

Tista' l-Ministru tara li l-librerija pubblika ta' Għawdex tiġi fornuta bil-faċilita' reader screen għal microfilms kif ukoll tara li fil-librerija jiġu provduti kopji ta' micro films ta' gazzetti li jinsabu fil-librerija Malta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

F’Ġunju 1998 ġew akkwistati żewġ microfilm readers mingħand l-Uffiċċju tar-Reġistru Pubbliku, bil-ħsieb li aktar ‘il quddiem jiġu akkwistati kopji fuq microfilms ta’ materjal (inkluż gazzetti), li jinsab fil-Librerija Nazzjonali. Dan ma seħħx għaliex nstab li l-proċess ta’ microfilming tal-gazzetti jinvolvi tul ta’ żmien. Il-Librerija Nazzjonali, bir-riżorsi preżenti, qed jirnexxiela tlaħħaq biss mad-domanda tal-klijenti tagħha. Oltre dan, il-Librerija Nazzjonali qed taħdem sabiex fil-futur qarib, il-kopji tal-gazzetti jiġu pproċessati b’sistema diġitali.
Leg 10 PQ #23627 Sitting 491 2007-02-06 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ħaddiema Għawdxin mas-Servizz Pubbliku

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm impjegati mas-servizz pubbliku Għawdxin li kienu jaħdmu f'dipartimenti Malta ġew trasferiti lejn Għawdex bejn is-sena 1999 sal-lum, sena sena, separatament u f'liema dipartiment/uffiċini ġew posted f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija mogħtija hawn taħt: Sena 1999 30 2000 28 2001 30 2002 29 2003 44 2004 34 2005 32 2006 37 2007 sallum 2

Persuni Għawdxin — Traffikar ta' droga

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew arrestati u mressqa persuni Għawdxin f'dawn l-aħħar ħames snin in konnessjoni ma' traffikar tad-droga u jindika l-etajiet tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul dawn l-aħħar ħames snin kien hemm 15-il persuna residenti f'Għawdex li tressqu l-Qorti fuq akkużi li kienu jinkludu traffikar ta' droga. L-iżgħar fosthom kien ta' 20 sena, filwaqt li l-akbar wieħed kellu 55 sena.

Qorti ta' Għawdex — Kawżi ta' separazzjoni

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm daħlu ittri u kawżi għal separazzjoni personali fil-Qorti ta' Għawdex f'dawn l-aħħar sentejn, kull xahar separatament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellanti hu kif jidher hawn taħt:- 2005 2006 Noti / Ittri - MedjazzjoniKawżiNoti / Ittri – MedjazzjoniKawżi Jannar3xejn5xejn Frar6141 Marzu5212xejn April9142 Mejju2xejn5xejn Ġunju6xejn6xejn Lulju5xejn13 Awissu4xejn31 Settembruxejnxejn3xejn Ottubru5131 Novembru513xejn Diċembru1231 Total518529
Leg 10 PQ #23631 Sitting 491 2007-02-06 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Vjolenza domestika

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'miżuri ttieħdu f'Għawdex sabiex jiġu megħjuna l-vittmi tal-vjolenza domestika wara li daħlet fis-seħħ il-liġi dwar il-vjolenza domestika?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

It-Taqsima Ħidma Soċjali fil-Ministeru għal Għawdex kull darba li jiġi riferut lilha każ ta’ vjolenza domestika, tiproċedi billi: · Tgħaraf issolvi l-krizi immedjata, u dan tagħmlu billi tisma lil parti vittimizzata sabiex ittaffi s-sitwazzjoni u b’hekk l-persuna tkun tista’ aktar tagħraf id-deċiżjonijiet li jridu jittieħdu · Tispjega r-riżorsi eżistenti f’Għawdex, fir-rigward ta’ kenn temporanju, u anke dak fit-tul · Tispjega lill-vittma l-proċeduri soċjali u legali li jridu jittieħdu u jekk ikun meħtieġ social worker jakkompanja lill-vittma f’dawn il-proċeduri · Il-kaz jibqa’ jigi segwit mis-social worker għall-perjodu li jkun hemm bżonn Ta’ min jinnota li fuq il-Bord Nazzjonali maħtur dwar il-vjolenza domestika, hemm persuna minn Għawdex, Ms Maria Attard.

Servizz tal-ħelikopter

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 21517 dwar is-servizz tal-ħelikopter f'Għawdex, jista' l-Ministru jgħid x'inhu jiġri a rigward ta' dan is-servizz peress li ormai ilna bla servizz tal-ħelikopter għal diversi xhur?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għall-mistoqsija parlamentari nru.22700.

Pulizija Għawdxin

Question

Peress li qed isiru lamenteli minn membri tal-korp tal-pulizija Għawdxin li jsuqu lill-priġunieri mill-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin għal Għawdex u lura, għaliex l-ispejjeż tat-traġitt tagħhom u tal-vann qed joħorġuhom il-pulizija minn buthom u mhux qed jiġu rifużi lilhom? Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi filwaqt li kien hemm xi dewmien biex isir il-ħlas għall-ispejjeż li saru matul Diċembru, dan il-ħlas dovut issa sar kollu u ma fadalx pendenzi.

Pulizija Għawdxin — Ħlasijiet pendenti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-ħlasijiet dovuti lill-pulizija Għawdxin tal-ħdud li għad hemm pendenti jitħallsu, peress li dawn ilhom dovuti diversi xhur?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-ħlas tal-Ħdud lill-Pulizija normalment isir mat-tieni paga li taħbat wara x-xahar li fih ikunu nħaddmu l-Ħdud. Dan huwa meħtieġ sabiex issir il-proċedura ta' kif isir il-ħlas. Fil-każ tad-Distrett t'Għawdex ninsab infurmat illi l-ħlas dovut għall-Ħdud maħduma sa Settembru kien sar, pero' r-returns għax-xahar ta' Ottubru ma waslux fil-ħin sabiex jidħlu fil-paga ta' Diċembru u għalhekk ġew inklużi fil-paga ta' Jannar 2007, flimkien mal-Ħdud maħduma matul Novembru, biex b'hekk ma fadal l-ebda ħlasijiet b'lura aktar minn dak li hu normali.
Leg 10 PQ #23525 Sitting 490 2007-02-05 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Decompression chamber

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm staff allokat biex titħaddem id-decompression chamber, x'tip ta' taħriġ ingħataw u minn min kif ukoll kemm-il darba ġiet imħaddma u x'tip ta' każijiet qed jiġu trattati?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Bħala staff allokat biex titħaddem id-Decompression Chamber hemm tobba, nurses u technicians li ngħataw taħriġ kemm minn kumpanija li ħadet tender għal dan it-taħriġ kif ukoll mill-istess kumpanija li ssuplexxiet id-Decompression Chamber. Bħalissa qed isiru l-preparamenti meħtieġa sabiex fil-ġejjieni qarib il-ħaddiema magħżula jibdew jagħmlu simulation exercises biex b’hekk ikollhom aktar taħriġ hands on.

Qorti ta' Għawdex — Proċessi ta' l-appelli

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara jekk huwiex possibbli li l-proċessi ta' l-appelli deċiżi ta' kawżi Għawdxin jiġu rimessi fl-arkivju tal-Qorti f'Għawdex?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-proċessi ta' l-appelli deċiżi ta' kawżi Għawdxin għandhom ikunu għand ir-Reġistratur tal-Qrati Maltin li għandhom ir-responsabbilita' taż-żamma ta' kull proċess ta' kawżi deċiżi fil-qrati ta' Malta. b'danakollu is-suġġeriment ta' l-Onorevoli Membru qiegħed jiġi kkunsidrat sabiex possibilment ikun hemm kopja tal-proċess għad-dispożizzjoni tal-konsulenti legali f'Għawdex fejn dawn jintalbu.

Għawdex — Trasport Pubbliku

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 22914 u għar-risposta mogħtija peress li t-triq qed jgħaddi traffiku minnha u anke kieku stess għadha magħluqa xorta qed isiru trips oħra mir-Rabat għal San Lawrenz u lura, x'qed iżomm allura milli jsir it-trip tal-5.30 pm?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nixtieq ninfurmak li mill-aħħar Interpellanza li kienet għamlet l-Onorevoli Interpellant bil-mistoqsija parlamentari numru 22914 sal-lum kien ġie deċiż li t-trips bejn ir-Rabat u San Lawrenz/Għarb u Għasri jerġgħu jibdew isiru b’mod regolari kif kienu qabel ma ġew ridotti minħabba x-xogħol li kien għaddej fuq l-imsemmija triq b’effett mit-Tnejn 5 ta’ Frar 2007.
Leg 10 PQ #23427 Sitting 487 2007-01-29 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Sannat — Triq Daħla taċ-Ċnus

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamenti 22920 u għar-risposta relattiva, peress li d-domanda ovvjament qed tirreferi għall-parti li għadha torba, meta se tiġi asfaltata l-bqija tat-triq?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-parti tat-triq imsemmija tiġi asfaltata aktar il-quddiem minħabba li qiegħda tingħata priorita' lil xogħolijiet f'toroq fejn ikun hemm residenti u toroq arterjali.

Mġarr — Trasport pubbliku

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 22907 u għar-risposta mogħtija, jista' l-Ministru jgħid meta se jibdew it-taħditiet?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nixtieq ninfurmak li l-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta qiegħda thejji rapport intern biex ittejjeb is-servizz tat-Trasport Pubbliku ġewwa Għawdex. Wara li jsiru diskussjonijiet interni jibdew t-tahdidiet mall-Gozo Bus Owners Association.