Tista' l-Ministru tgħid min huma l-periti li kienu nkarigati mill-istudju dwar l-ipproġettar tat-Triq ta' San Lawrenz?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li d-disinn tat-triq, il-pjanti, d-dokumenti tat-tender kif ukoll l-applikazzjoni għall-permess tal-MEPA saru mill-Periti tan-'Network Infrastructure Directorate' fi ħdan l-Awtorita dwar it-Transport.
Jista' l-Ministru jgħid għal liema raġuni l-MITTS ta' Għawdex mhux qed jieħdu t-telefonati direttament huma imma t-telefonata qed tidħol Malta bil-konsegwenza li qed ikun hemm dewmien fis-servizz provdut u b'hekk jinħoloq inkonvenjent lil kull min jinħtieġ l-għajnuna tat-tekniċi f'Għawdex?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat, li s-servizz ċentraliżżat huwa sempliċiment is-servizz ta' teħid tat-telefonati. Servizz bħal sapport fuq kompjuters għand il-klijent għadu jsir mill-istess impjegati.
Peress li fir-residenza ta' l-anzjani Sant'Anna fl-iSptar Ġenerali ta' Għawdex hemm intejjen kbar in konsegwenza ta' problema fis-sistema tad-drenaġġ li anke kien hemm żbroff ta' drenaġġ fl-istess sala, tista' l-Ministru tgħid meta se tittieħed l-azzjoni meħtieġa biex jitneħħa dan l-inkonvenjent? Tista' tgħid ix-xogħlijiet minn se jagħmilhom u kemm huwa stmat li se jiġu jiswew?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li kif ġie rappurtat li kien hemm x'irwejjah ta' drenaġġ giet identifikata l-problema u beda x-xogħol minnufih. Ix-xogħol fuq is-sistema tad-drenaġġ tar-Residenza Sant'Anna sar bejn il-21 u t-23 ta' Frar 2007. Dan ix-xogħol sar mis-sur Michael Refalo u b'kollox ġie jiswa LM 389,40,0 (vat inkluż)
Peress li qed isiru lamenteli mill-pubbliku dwar nuqqas ta' Ventolin u Aspirina fl-ispiżerija tal-gvern, tista' l-Ministru tindirizza dan in-nuqqas?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-Aspirina u il-Ventolin nebuliser solution, ilhom għal xi żmien out of stock mill-stores ta’ l-Isptar San Luqa.
Għaldaqstant l-ispiżerija ta’ l-Isptar Ġenerali t’Għawdex qed tagħti tip ta’ aspirina li s-soltu jeħodha biss minn għandu permess speċjali. Il-Ventolin nebuliser solution joħroġ biss għat-tfal li għandhom permess speċjali iżda fil-mument qed jingħata lill-pazjenti tas-swali biss. Minkejja dan, mhemmx nuqqas ta’ Ventolin inhaler fl-Isptar u dan qed jingħata kif inhi l-prassi eżistenti.
Tista' l-Ministru tgħid x'involviment għandha l-Ministru fid-diskussjonijiet dwar il-parkeġġ fit-terminal ta' l-Imġarr, Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li t-terminal ta’ l-Imġarr, Għawdex inkluż il-parkeġġ ta’ ġo fih jaqa’ taħt ir-responsabilta’ tal-Malta Maritime Authority.
Peress li mill-uffiċini tal-pulizija fir-Rabat, Għawdex tneħħew xi pulizija u li in konsegwenza ta' dan inħoloq inkonvenjent lill-pubbliku għax qed idum iktar ma jinqeda, jista' l-Viċi Prim Ministru jindirizza din il-problema?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent fl-uffiċċju tal-Pulizija ġewwa r-Rabat Għawdex hemm jaħdmu 8 membri tal-Korp flimkien ma' 3 impjegati tas-servizz ċivili. Dan in-numru huwa kkunsidrat suffiċjenti sabiex ilaħħaq max-xogħol li jsir f'dan l-istess uffiċċju.
Tista' l-Ministru tgħid f'kull dipartiment tal-gvern f'Għawdex kemm hemm ħaddiema rġiel u kemm hemm nisa, kif ukoll tindika f'kull dipartiment kemm hemm impjegati nisa bir-reduced hours u flexi-time?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Peress li r-rampa tal-vapur MV Gaudos ta' spiss tkun bil-ħsara u dan ikun kaġun ta' dewmien u nkonvenjent għall-pubbliku, jista' l-Ministru jara li din il-problema tiġi riżolta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-pulizija li jiġu posted ma' l-immigranti rregolari jingħatawx xi tip ta' allowance?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi dawk il-membri tal-Korp tal-Pulizija li jkunu assenjati biex jagħmlu xogħol fuq bażi permanenti fiċ-ċentri ta' akkomodazzjoni għall-immigranti irregolari jingħataw l-special duty allowance ta' Lm45 fix-xahar.
Armi tal-kollezzjonijiet — Ipproċessar ta' liċenzji u trasferimenti
Question
Peress li qed ikun hemm dewmien fl-ipproċessar ta' liċenzji u trasferimenti ta' l-armi tal-kollezzjonijiet, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għal xiex inhuwa attribwibbli dan id-dewmien u jindirizza din il-problema?
Response (BORG, TONIO)
Skond ma jien infurmat ma jidhirx li qed ikun hemm xi dewmien kif imsemmi. Pero' jekk l-Onorevoli Interpellanti taf b'xi każ partikolari, napprezza jekk tagħtini aktar tagħrif sabiex inkun nista' nivverifika ulterjorment.
Għawdex — Ħajt ta' bejn il-cold stores u l-pitkalija
Question
Peress li l-ħajt ta' bejn il-cold stores u l-pitkalija f'Għawdex huwa baxx ħafna u li ma joffri sigurta' ta' xejn, tista' l-Ministru tara li dan il-ħajt jitla' sa għoli adegwat biex tissolva din il-problema?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li fil-Cold Stores ikun hemm attendant erba' u ghoxrin siegħa kuljum u għaldaqstant ma jirriżultax li hemm xi problema ta' sigurta'
Peress li qed isiru lmenti minn diversi fattigi li jaħdmu fl-isptar ġenerali ta' Għawdex minħabba l-mod ta' kif qed jiġi allokat ix-xogħol, fejn min qed jitgħabba ħafna u min ftit, li jagħti lok għal żbilanċ fix-xogħol, tista' l-Ministru tirrimedja din is-sitwazzjoni?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-fattigi li jaħdmu fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex jaqgħu taħt żewġ sistemi; hemm dawk li huma allokati fis-swali u dawk li qegħdin allokati mal-pool. Dawk li huma allokati fis-swali ħidmiethom tiddependi minn kemm ikun hemm fattigi xogħol, bil-leave jew bis-sick leave fl-istess sala, kif ukoll mill-ammont ta’ pazjenti fis-sala partikolari fejn jaħdmu. Fin-nuqqas ta’ fattigi fis-swali, l-uffiċjali inkargati mis-swali jikkonsultaw ma’ l-uffiċjal inkarigat mill-indafa sabiex jintbgħatu fattigi mir-Relieving Pool.
Fir-rigward tal-fattigi l-oħra li ma jiġux utiliżżati fis-swali, sa fejn possibbli, l-uffiċjal inkarigat mill-indafa dejjem qassam ix-xogħol b’mod ġust bejniethom.
Tista' l-Ministru tgħid xi training courses qed jingħataw lill-ħaddiema taċ-ċivil Għawdxin li se jiġu trasferiti lejn Għawdex? In oltre, tista' tgħid kemm se jiġu trasferiti u meta?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li hi l-prassi li qabel ma l-ħaddiema taċ-ċivil Għawdxin jiġu trasferiti lejn Għawdex sabiex iwettqu xogħol ta’ back office, dawn dejjem jingħataw it-taħriġ neċessarju mid-Diviżjoni/Dipartiment konċernat/a f’Malta. It-trasferiment ta’ dawn l-impjegati isir meta min ikun qiegħed jagħti it-taħriġ ikun sodisfatt li huma ngħataw it-taħriġ kollu neċessarju. Bħalissa qiegħed jingħata taħriġ lil ħmistax –il impjegat sabiex dawn jibdew jagħmlu minn Għawdex ix-xogħol konness mas-salarji u pensjonijiet tad-Dipartiment tat-Teżor.
Tista' l-Ministru tgħid jekk sarx xi studju dwar l-għażla tas-sit għall-bini tal-Qorti ġdid biswit l-iskola Ninu Cremona?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Il-pjan tal-bini tal-Qorti l-ġdid, tant meħtieġ għal Għawdex, jindika li l-entratura tal-bini ikun fi Triq Fortunato Mizzi.
L-iskola l-ġdida li ser tinbena ser tibdel l-entratura minn dik eżistenti u din l-entratura se tkun fi Triq l-Ewropa. Din l-iskola ser tinbena fuq medda ta’ art ferm iżgħar minn dik attwali, iżda se tkun imqassma aħjar, bi klassijiet darba u nofs aktar mil-llum u b’żieda fin-numru ta’ klassijiet u faċilitajiet.
Għalhekk hu ċar li dawn iż-żewġ binjiet, l-iskola u l-Qorti, mhux ser ikunu biswit xulxin
Peress li l-Att dwar l-Arbitraġġi jidher li ma jikkontemplax l-benefiċċju ta' l-għajnuna legali jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif persuna li ma għandhiex mezzi jista' jkollha aċċess għas-servizzi mogħtija skond l-Att suċitat?
Response (BORG, TONIO)
Għalkemm l-Att dwar l-Arbitraġġ ma jikkontemplax il-benefiċċju ta' l-għajnuna legali, il-Bord ta' Gvernaturi taċ-Ċentru ddeċieda li m'għandhomx jitħallsu d-drittijiet tar-reġistru f'każijiet fejn il-Qorti tassenja lil xi parti Avukat għall-Għajnuna Legali.
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-moll tal-Mendqa fil-port ta' Marsalforn hux ser isirlu manutenzjoni fil-futur qarib?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li ricentament sar underwater survey tal-Moll tal-Mendqa biex jigi stabbilit x'manutenzjoni hemm bzonn issir. Qieghed jithejja rapport tekniku fuq ir-rizultat tas-survey u skond dan in-rapport tittiehed l-azzjoni li jkun hemm bzonn.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm il-Qorti tal-Maġistrati, Għawdex, Sezzjoni Familja rriferiet każijiet in forza tad-digriet lit-Taqsima Ħidma Soċjali f'Għawdex u appoġġ rispettivament f'dawn l-aħħar sentejn, xahar b'xahar separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li statistika f'dan ir-rigward ma tinżammx.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 23631 tista' l-Ministru tgħid kemm ġew riferuti każijiet lit-Taqsima Ħidma Soċjali f'Għawdex, f'dawn l-aħħar sentejn xahar b'xahar?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
It-Taqsima Ħidma Soċjali fil-Ministeru għal Għawdex, ġew riferuti u ħadmet ma' 42 każ li fihom kien hemm element ta' vjolenza domestika matul dawn l-aħħar sentejn (2005 u 2006).
Hawn jidher kif ġew riferuti xahar b'xahar:
2005 2006 2007
Jannar 1 1 2
Frar 2 1
Marzu 3 2
April 0 0
Mejju 3 4
Ġunju 3 1
Lulju 3 1
Awissu 2 2
Settembru 1 1
Ottubru 1 1
Novembru 3 4
Diċembru 0 0
Total 22 18 2
Sub total 42