B'riferenza għall-formoli ta' bidu ta' impjieg li qed jintbagħtu lill-ħaddiema Għawdxin li kienu fis-sezzjoni tad-drenaġġ u llum ġew posted f'diversi lokalitajiet mal-kunsilli lokali, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk dawn il-ħaddiema hux se jkollhom tibdiliet fil-kondizzjonijiet ta' l-impjieg tagħhom jew jekk hux se tiġi affettwata s-seniority tagħhom peress li l-formola li qed jintalbu biex jimlew hija dwar bidu ta' impjieg?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanti li l-ħaddiema li kienu detailed mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma ġewwa Għawdex ġew assenjati mal-Kunsilli Lokali Għawdxin wara li l-assenjar tagħhom mal-Korporazzjoni ġie revokat. Malli saret ir-revoka, dawn, bħala ħaddiema tal-Gvern, ġew trasferiti fuq il-kotba tad-Dipartiment għall-Gvern Lokali sabiex ikunu jistgħu jiġu assenjati mal-Kunsilli Lokali Għawdxin.
Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma kienet bagħtet lill-istess ħaddiema il-formola ta’ l-ETC tat-tmiem ta’ l-impjieg magħha. Il-formoli li rċevew il-ħaddiema reċentement huma biex jindikaw il-bidu tal-impjieg (engagement form) mad-Dipartiment għall-Gvern Lokali b’effett minn meta sar it-trasferiment. Dan ifisser li kull ma sar kien biss l-aġġustar tal-isem tal-employer għal skopijiet tal-Korporazzjoni ta’ l-Impjieg u t-Taħriġ. Dan ifisser ukoll li dawn il-ħaddiema tal-Gvern mhu ser jitnaqqsilhom xejn mill-kundizzjonjiet inerenti li dejjem kellhom mal-Gvern, inkluża s-seniority.
Jista' l-Ministru jgħid:
1) x'kienet l-ispiża totali s'issa tal-proġett tat-terminal f'Għawdex;
2) jagħti breakdown ta' l-ispejjeż;
3) min esegwixxa x-xogħol;
4) jindika l-varjazzjonijiet mill-pjanti oriġinali u meta saru dawn il-varjazzjonijiet;
5) jgħid id-differenza fl-ispiża bejn ix-xogħol kif kellu jsir oriġinarjament u x-xogħol li sar skond il-varjazzjoni;
6) meta se jitlesta x-xogħol?
Response (GALEA, ĊENSU)
Filwaqt li nagħmel referenza għall-PQ 24372 li ngħatat fit-13/03/07 l-informazzjoni l-oħra għadha qed tinġabar u tingħata aktar ' quddiem
Skejjel sekondarji ta' Għawdex — Early school leavers
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm early school leavers mill-iskejjel sekondarji ta' Għawdex kull sena separatament għal dawn l-aħħar ħames snin; jindika r-raġuni, is-sess u l-eta'?
Response (GALEA, LOUIS)
Mhux magħruf kemm huma l-kazijiet fejn l-ezenzjoni ntalbet biex tiffaċilita' xogħol għas-sajf qabel ritorn għal xi kors post-sekondarju.
Peress li diversi Għawdxin li jiġu msejħa biex iservu bħala ġurat iridu jippreżentaw rikors biex jiġu eżentati fir-Reġistru tal-Qorti Malta, peress li ħafna mir-rikorsi jkunu ta' persuni li jkollhom problemi mediċi u huwa ta' inkonvenjent kbir għalihom biex dawn ir-rikorsi jippreżentawhom Malta, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li terġa' tibda s-sistema li dawn ir-rikorsi jiġu ppreżentati fir-Reġistru tal-Qorti Għawdex?
Response (BORG, TONIO)
Rikors biex persuna tiġi eżentata milli sservi ta' ġurat għandu skond il-liġi jiġi ppreżentat quddiem il-Qorti Kriminali.
L-atti, inklużi rikorsi ta' ġurati, quddiem il-Qorti Kriminali għandhom skond il-liġi jiġu ppreżentati fir-Reġistru tal-Qrati ta' Ġurisdizzjoni Kriminali ta' Malta. Il-liġi ma tipprovdix mod ieħor.
Dawn ir-rikorsi qatt ma kienu jiġu ppreżentati fir-Reġistru tal-Qrati ta' Għawdex kif qed tissuġġerixxi l-Onor. Interpellant.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm każijiet pendenti quddiem it-Tribunal tal-Wirt? Jista' jgħid kemm minnhom huma ta' partijiet Għawdxin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi b'kollox hemm ħmistax-il kawża pendenti quddiem it-Tribunal tal-Qsim tal-Wirt illi waħda minnhom marret deżerta.
Minn dawn il-kawżi pendenti jirriżulta li hemm żewġ kawżi li huma ta' partijiet Għawdxin.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 24353 u għar-risposta relattiva, peress li l-avukati ta' Għawdex għandhom bżonn computer li jaħdem fil-kamra ta' l-avukati fil-qorti ta' Għawdex, tista' l-Ministru tara li jiġi fornut computer li jaħdem?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li fil-kamra allokata għall-avukati hemm diġa’ computer li jaħdem.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 24525, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid f'liema gazzetta tal-Gvern ħarġet in-notifikazzjoni dwar it-tribunal lokali ta' Għawdex?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-notifikazzjoni dwar it-tribunal lokali ta' Għawdex ħarġet permezz ta' Notifikazzjoni tal-Gvern numru 696 fil-Gazzetta tal-Gvern tat-8 ta' Awissu 2006.
Jista' l-Ministru jgħid għal liema raġuni studenti ta' l-MCAST ma tħallewx jiggradwaw ma' sħabhom minkejja li għaddew mill-eżamijiet kollha?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li r-raġuni għala xi studenti ta' l-MCAST ma gradwawx ma' sħabhom hija li r-rizultat tagħhom ma jkunx għadu definit minħabba li r-rizultati ta' kompetenzi prattiċi, għalkemm ikunu magħrufin, ma jkunux għadhom ġew verifikati minn barra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 24352 jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm crew tal-Gozo Channel li telaq f'dawn l-aħħar sentejn? Jista' jgħid meta u jekk il-post vakant reġgħex ġie mimli?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 24268 u għar-risposta relattiva, huma ħafna dawk li qed jeħlu mill-eżami tat-teorija tal-liċenzja tas-sewqan minħabba problemi relatati ma' l-użu tal-computer, u dan minkejja l-għajnuna li qed tingħata, ma jaħsibx il-Ministru li għandhom jingħataw għajnuniet ulterjuri għal dan il-għan?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li meta wieħed jara u janalizza kif isir it-Theory Test isib li l-użu tal-kompjuter mill-kandidat huwa biss sostituzzjoni għal sistema li wieħed ikollu multiple questions miktuba fuq karta.
Dan għaliex il-kandidati meta jpoġġu għat-
Theory Test
ikollhom
Touch Screen
li huwa ekwivalenti għal karta ta’ l-eżami li jkolla mistoqsijiet bi tweġibiet
multiple choice
u l-kandidat kull ma jagħmel hu li jmiss l-i
screen
bir-risposta. It-
Terminal
la għandu
keyboard
u lanqas
mouse.
Il-kandidat jista’ wkoll jagħżel li jwieġeb bil-Malti jew bl-Ingliż, u t-
Terminals
għandhom
headphones
biex il-kandidat ikun jista’ jisma’ vuċi umana (mhux kompjuterizzata) liema vuċi tittrażmetti il-mistoqsijiet u t-tweġibiet alternattivi. Ir
-Recording
jista’ jkun
re-played
mill-kandidat.
Dan kollu ifisser li s-sistema hija aktar faċli li tintuża milli kieku wieħed joqgħod għall-
Test
fejn il-mistoqsijiet u l-
multiple choice answers
ikunu fuq karta.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-post fejn it-tribunali lokali jisimgħu l-kawżi jiġix mħabbar jew avżat b'mod uffiċjali fil-Gazzetta tal-Gvern?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanti illi l-post fejn it-tribunali lokali jisimgħu l-kawżi jiġi mħabbar permezz ta' Notifikazzjoni tal-Gvern fil-Gazzetta tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex qed jinqalgħu l-entry gates għall-moll tal-port ta' l-Imġarr?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li bħalissa qed isiru preparamenti sabiex jiġu nstallati t-ticketing booths u l-boom gates fl-Imġarr bħalma hemm ġewwa ċ-Ċirkewwa. L-entry gates kienu ġew miftuħa kif nafuhom illum biex tiġi moqdija l-Marshalling Area li nfetħet f'April 2006.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-puliżija proviżorjament stazzjonati ma' l-immigranti rregolari jeħdux allowance talli qegħdin stazzjonati hemm?
Jista' l-Ministru jelenka skemi/inċentivi/sussidji offruti mill-Malta Enterprise lill-imprendituri Għawdxin; jgħid kemm ilhom viġġenti dawn l-iskemi/inċenvitivi/sussidji u kemm ibbenefikaw f'dawn l-aħħar ħames snin minn kull skema/inċentiv/sussidju?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Peress li s-sidien tal-gabbani li hemm fl-Imġarr, Għawdex għadhom ma ngħatawx post alternattiv b'mod definit meta jkun lest il-proġett ta' l-Imġarr u peress li dawn in-nies qegħdin isofru danni u preġudizzju minħabba dan l-istat ta' inċertezza, jista' l-Ministru jgħid xi pjani għandu l-gvern fil-konfront ta' dawn in-nies?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Awtorita' Marittima ħadet ħsieb sabiex il-gabbani li hemm fl-Imġarr, Għawdex u li kienu ġew affetwati mill-proġett minħabba x-xogħol tal-kostruzzjoni jingħataw post alternattiv. Fil-fatt, xi tlett ġimgħat ilu, dawn ġew allokati post ġdid minn fejn joperaw.
Peress li fl-inħawi magħrufa bħala Tar-Rummiena l/o Rabat, Għawdex senjatament fil-parti fejn hemm il-cross roads hemm ħafna blind spots u li jikkostitwixxu periklu għas-sewwieqa, jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li jsir stħarriġ dwar dan biex tinstab soluzzjoni?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nixtieq ninfurmak li saret spezzjoni fuq il-post minn uffiċjali ta’ l-Awtorita tat-Traspost u l-blind spots, li għalihom qed tirreferi din il-mistoqsija parlamentari, ser jiġu diskussi mall-Kunsill Lokali tax-Xewkija Għawdex sabiex ikunu jistgħu jittieħdu l-miżuri li hemm bżonn u tali blind spots jiġu ndirizzati.
Peress li persuni li mhumiex computer litterate qed isibuha diffiċli ħafna sabiex jagħmlu l-eżami tat-teorija għal-liċenzja tas-sewqan, jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li dawn jingħataw għajnuna anke permezz ta' uffiċjali ta' l-awtorita' stess sabiex ikunu jistgħu jagħmlu dan l-eżami?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant li persuni li mhumiex computer literate li jersqu għat-Test tas-Sewqan tat-Teorija fil-fatt jingħataw l-għajnuna meħtieġa mill-istaff taċ-Ċentru tat-Teorija dwar kif jużaw il-kompjuter li jaħdem bis-sistema tat-Touch Screen.
Tista' l-Ministru tgħid u telenka l-għajnuniet li ngħataw lill-artisti Għawdxin f'dawn l-aħħar ħames snin u tindika min huma l-artisti u l-għajnuniet rispettivi li ngħataw?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.