Legislature:
Category:
Reset
Active:

Marfa u Cirkewwa

Question

Peress li l-partijiet tat-triq bejn l-Marfa u ċ-Ċirkewwa li ma ġewx asfaltati huma fi stat ħażin ħafna, jista' l-Ministru jgħid meta ser isir dan ix-xogħol?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-ADT ħarġet sejħa għall-offerti sabiex isiru patching works tul din it-triq. Ġew sottomessi ħames offerti li qegħdin jiġu aġġudikati mill-ADT. Hekk kif t-tender jiġi aġġudikat jinbdew ix-xogħlijiet.
Leg 10 PQ #25705 Sitting 522 2007-05-08 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Zebbuġ — Trejqet l-Andar

Question

Peress li Trejqet l-Andar fiz-Żebbuġ Għawdex tinsab fi stat ħażin ħafna u għadha torba b'inkonvenjent kbir għar-residenti tat-triq, tista' l-Ministru tgħid meta ser tiġi asfaltata din it-triq?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li x-xogħol fuq din it-triq huwa ppjanat li jsir aktar tard matul din is-sena.
Leg 10 PQ #25706 Sitting 522 2007-05-08 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Konsulenzi

Question

B'referenza għal mistoqsija parlamentari 23633 li saret fis-7 ta' Frar, 2007 u li sa issa għadha ma ġiet mwieġba, tista' l-Ministru twieġeb id-domanda?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija jif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #25708 Sitting 522 2007-05-08 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Skola ta' l-arti u l-artiġjanti — Għodda

Question

Tista' l-Ministru tgħid għal liema raġuni l-ispecialised tools li hemm fil-kaxxi ta' l-iskola ta' l-arti u l-artiġjant Wistin Camilleri mhux qed jitpoġġew a dispożizzjoni ta' l-istudenti biex ikunu jistgħu jużawhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-ispecialised tools li hemm fil-kaxxi ta' l-iskola ta' l-Arti u Artiġjanat, Wistin Camilleri, hu apparat ġdid mixtri sabiex jitwaħħal u jiġi wżat mill-istudenti fil-wing il-ġdida. Dan l-apparat qed jiġi temporanjament maħżun ġewwa l-iskola sabiex ma tiġrilux ħsara.

Malta Enterprise — Imprendituri Għawdxin

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24354 u jelenka skemi/inċentivi/sussidji offruti mill-Malta Enterprise lill-imprendituri Għawdxin; jgħid kemm ilhom viġġenti dawn l-iskemi/inċenvitivi/sussidji u kemm ibbenefikaw f'dawn l-aħħar ħames snin minn kull skema/inċentiv/sussidju?

Response (GATT, AUSTIN)

L-iskemi kollha pubblikati taħt il-Business Promotion Act kif ukoll skemi oħrajn pubblikati taħt liġijiet differenti huma kollha applikabli għal Għawdex. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tabella li tagħti l-informazzjoni mitluba.

Gozo Channel — Crew

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 24352 u 24440 jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm crew tal-Gozo Channel li telaq f'dawn l-aħħar sentejn? Jista' jgħid meta u jekk il-post vakant reġgħex ġie mimli?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fl-aħħar sentejn, mill-ewwel ta’ Marzu 2005, il-membri tal-crew li ħallew il-Kumpanija (bejn riżenji, irtirar jew terminati), kienu:- Gradi Numru Kaptana 4 Chief Officers 1 Chief Engineers 3 2nd Engineers 3 Bosuns 2 Seamen 5 Customer Service Officers 1 Motorman 1 20 F’dak l-istess żmien ġew impjegati erba’ (4) Chief Officers (wieħed f’Ġunju 2006, tnejn f’Ottubru 2006, u wieħed fi Frar 2007) u erba’(4) Enġiniera (wieħed f’Novembru 2005 u tlieta fi Frar 2006).

Mammogram test

Question

Peress li l-waiting list għal mammogram hija twila u ħafna nisa qegħdin b'riskju li jiġu djanjostikati b'cancer fis-sider meta jkun tard wisq, x'qed jagħmel il-gvern biex tiġi ndirizzata din il-problema?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-mammografija qatt ma kienet is-soluzjoni sħiħa għal dawn il-każi. Il-gvern qed iwettaq il-pjan indikat mic-Charter Ewropew biex sas-sena 2015 ikun wettaq dak kollu rikomandat. Il-pazjenti kollha referuti b'suspett ta' kanċer tas-sider jingħataw preċedenza għall-mammografija.
Leg 10 PQ #25699 Sitting 521 2007-05-07 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Breast cancer

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'servizzi jiġu provduti lin-nisa f'Għawdex dwar il-breast cancer u jekk hemmx il-ħsieb li titwaqqaf unit apposta biex tagħti servizz f'dawn il-każijiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Bħalissa is-servizzi relatati mal-breast cancer li jigħataw mill-isptar Ġenerali t'Għawdex huma: Eżami tas-sider minn tobba u speċjalisti Operazzjonijiet tas-sider meta jkun hemm bżonn Follow up tat-treatment bir-raġġi jew Chemotherapy li jsiru mill-onkoloġisti li jattendu tlett darbiet fix-xahar. Hemm il-ħsieb li bħala parti mir-refurbishment tad-Dipartimenti tar-Radjoloġija fl-isptar Ġenerali t'Għawdex, ikun hemm Mammogram li tintuża kemm għal screening kif ukol dijanjosi tal-breast cancer.

Każijiet ta' eczema

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25063 li ġiet riferuta lill-Ministru konċernat, peress li hawn ħafna każijiet ta' eczema li huma severi u kroniċi u dawn il-pazjenti għandhom bżonn ħafna kura u assistenza u mediċini li jridu jieħdu kuljum, u peress li l-eczema mhix inkluża fit-tieni parti tal-ħames skeda tal-Kap 318 tal-Liġijiet ta' Malta, jista' l-Ministru jara kif is-sitwazzjoni ta' dawn in-nies tiġi għall-aħjar billi l-eczema tiżdied ma' din il-lista biex ikunu ntitolati għall-għajnuna medika bla ħlas?

Response (DEGUARA, LOUIS)

It-talba tal-Onor. Interpellant ġiet innutata u tiġi kkunsidrata fid-dawl ta' mard ieħor li ghaliħ hemm talba biex jiddaħħal fl-IskedaV.
Leg 10 PQ #25703 Sitting 521 2007-05-07 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Qorti ta' Għawdex — Fattigi

Question

Peress li waħda miż-żewġ fattigi fil-Qorti t'Għawdex irtirat bil-pensjoni u allura spiċċajna b'waħda, tista' l-Ministru tgħid meta ser tintbagħat fattiga oħra?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li saret talba biex din il-fattiga tiġi sostitwita. Infurmata wkoll li saru l-arranġamenti neċessarji biex ix-xogħol li għandu jsir ma jonqosx li jsir.

Forzi Armata ta' Malta

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid : Kemm hemm membri tal-Forzi Armati stazzjonati f'Għawdex; Kemm hemm membri tal-Forzi Armati Għawdxin stazzjonati Malta; X'inhu l-grad tagħhom u meta daħlu fl-Armata; F'dawn l-aħħar għaxar snin kemm membri Għawdxin ġew trasferiti minn Malta għal Għawdex u x'kienet ir-raġuni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #25504 Sitting 519 2007-04-30 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Tenders

Question

B'referenza għat-tender nru. advt. no. 9/2006, tista' l-Ministru tgħid kemm tenders intefgħu? Minn min? Kemm kienet l-offerta ta' kull offerent? Min ħa t-tender u x'kienu l-kriterji għal dan l-għażla?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li intefgħu dawn it-tliet offerti għat-tender Advert Nru 9/2006: Eagle Security System Lm 1977 Vss Ltd Lm 2492.63 Alberta Ltd Option 1 Lm 3222 Option 2 Lm 1414.42 L-offerta ingħatat lil VSS Ltd peress li l-Bord ta' l-Evalwazzjoni sab li kienet l-irħas tender li kienet konformi mal-kriterji mitluba fit-tender. Ninsab infurmata wkoll li wieħed mill-kuntratturi talab spjegazzjoni għaliex it-tender tiegħu ġiet imwaqqa' u bħalissa din it-talba qed tiġi imwieġba.

Marfa u Cirkewwa

Question

Peress li l-partijiet tat-triq bejn l-Marfa u ċ-Ċirkewwa li ma ġewx asfaltati huma fi stat ħażin ħafna, jista' l-Ministru jgħid meta ser isir dan ix-xogħol?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Leg 10 PQ #25506 Sitting 519 2007-04-30 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

NGO centre — Tribunali lokali

Question

Tista' l-Ministru tgħid minn meta beda jintuża l-NGO centre biex isiru s-seduti għat-tribunal lokali? Inoltre tista' tgħid jekk sarux xi xogħlijiet fil-premises biex ikun jista' jilqa' lill-pubbliku għal dawn is-seduti? Jekk fl-affermattiv tista' tgħid x'kienu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il-permess biex jibda jintuża l-NGO centre biex isiru s-seduti għat-tribunal lokali ingħata fit-12 ta' Jannar 2008. Ix-xogħol li sar dan l-aħħar kien jinkludi tibdil ta' madum.

Fakulta' ta' l-Inġinerija

Question

Peress li saru lmenti minn diversi studenti tal-Fakulta' ta' l-Inġinerija dwar is-suġġett Computer Programming liema lmenti kienu dwar eżamijiet li jsiru fuq il-computers ta' l-Universita' u waqt l-eżami kien hemm breakdown tas-sistema, bil-konsegwenza li dawn l-istudenti ma setgħux ikomplu l-eżami u ġew penalizzati għax ma komplewx. Peress li din hija sitwazzjoni inġusta fil-konfront ta' dawn l-istudenti jista' l-Ministru jintervjeni?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix fl-uffiċju, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 10 PQ #25093 Sitting 517 2007-04-24 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Vittmi ta' anorexia u bulimia — Għajnuna

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'servizzi jingħataw mill-Gvern f'Għawdex lill-persuni li huma vittmi ta' anorexia u bulimia?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il-persuni li jbatu minn anorexia jew bulimia f'Għawdex tingħatalhom kura fis-sezzjoni tal-Psikjatrija tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex. Din il-kura tkun bħala out-patient jew in-patient skond is-severita' tal-każ. F'dawn il-każijiet huwa komuni li jkollhom problemi fiżiċi, li huma parti mill-kundizzjoni. F'dak il-każ il-kura issir b'kollaborazzjoni mad-dipartiment tal-Pedjatrija jew tal-Mediċina, skond l-eta' tal-pażjent/a. Il-kura li tingħata f'Għawdex hija ġenerika, u meta il-każ ikun sever u jirrikjedi iktar kura intensiva, dan jiġi riferut għal aktar kura f'Malta.

Marda ta' l-eczema — Schedule V

Question

Peress li hawn ħafna każijiet ta' eczema li huma severi u kroniċi; u peress li dawn il-pazjenti għandhom bżonn ħafna kura u assistenza u mediċini li jridu jieħdu kuljum; u peress li dawn il-pazjenti m'humiex eliġibbli skond ix-Schedule V tal-lista ta' mard kroniku, tista' l-Ministru tara li in vista tat-tbatija ta' dawn in-nies din il-marda tiġi miżjuda fix-Schedule V biex ikunu ntitolati għall-għajnuna?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nassumi li l-Onor. Interpellanti qed tirreferi għat-Tieni Parti ta’ l-Iskeda Ħamsa ta’ l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali, li telenka l-mard u l-kundizzjonijiet li dwarhom tingħata għajnuna medika bla ħlas skond kif provdut fl-Artikolu 23 ta’ l-imsemmi Att. Jekk dan hu l-każ, nitlobha tirreferi l-Mistoqsija tagħha lill-Ministru konċernat.