Legislature:
Category:
Reset
Active:

Facilitators Għawdxin

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26227 u għar-risposta relattiva, jista' l-Ministru ġentilment jirrispondi għat-tieni parti tad-domanda u jgħid f'liema skejjel f'Malta qegħdin posted il-125 facilitator Għawdxin?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #26290 Sitting 530 2007-05-28 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Nadur — Triq Tiġrija

Question

Tista' l-Ministru tara li l-bankina fi Triq Tiġrija Nadur senjatament il-parti tan-naħa ta' l-iskola isirulha x-xogħlijiet meħtieġa peress li fiha ħafna toqob u hija ta' periklu u inkonvenjent għat-tfal li jattendu l-iskola?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li ma jirriżultax li l-bankina indikata fiha ħafna toqob li huma ta periklu jew inkonvenjent għat-tfal li jattendu l-iskola.
Leg 10 PQ #26291 Sitting 530 2007-05-28 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Notte Gozitana

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk l-artisti/performers barranin li pparteċipaw fin-Notte Gozitana ġewx ingaġġati permezz ta' kuntratt jew le?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il-parteċipanti barranin fin-Notte Gozitana kienu l-Isbandieratori Ducati Caetani minn Sirmoneta li nġiebu direttament mill-Kumitat Organizattiv ta’ Lejlet Lapsi – Notte Gozitana mingħajr ebda kuntratt formali peress li dawn ma tħallsux tal-wirjiet tagħhom. L-Isbandieratori ingħataw biss il-passaġġi ta’ l-ajru li kienu ssussidjati mill-Air Malta u l-akkomodazzjoni u l-ikliet. Il-parteċipanti l-oħra kienu t-Tenori li taw kunċert fil-Bitħa tal-Ministeru għal Għawdex u li kienu ingaġġati permezz ta’ kuntratt ma’ Stardom Promotions – l-aġenti tat-Tenori f’Malta.
Leg 10 PQ #26292 Sitting 530 2007-05-28 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Notte Gozitana — Direct orders

Question

Tista' l-Ministru telenka t-tenders u d-direct ordersmaħruġa in konnessjoni man-Notte Gozitana u tindika min ħa t-tender/direct order relattiv u l-ammont involut?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija skond it-tabellla li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kanra. Inżid ukoll li dawn huma biss l-ispejjez li saru min-naħa tal-Ministeru tiegħi, peress li l-ativita' kienet imtellgħa flimkien mal-Ministeru tat-Turiżmu.
Leg 10 PQ #26293 Sitting 530 2007-05-28 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Notte Gozitana — Spejjeż

Question

Tista' l-Ministru telenka l-ispejjeż kollha relatati man-Notte Gozitana?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija skond it-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra. Inżid ukoll li dawn huma biss l-ispejjes li saru minn naħa tal-Ministeru tiegħi, peress li l-attivita kienet imtellgħa flimkien mal-Ministeru tat-Turiżmu.
Leg 10 PQ #26294 Sitting 530 2007-05-28 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Kunċert

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-gvern weħilx xi panali kuntrattwali jew tilifx xi depożitu jew ammont ieħor minħabba l-fatt li ġie kkanċellat il-kunċert ta' Bobby Solo?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Fir-rigward tal-kunċert ta’ Bobby Solo, il-Gvern ma’ seta’ weħel ebda penali għaliex ma kellu x’jaqsam xejn ma’ l-organizazzjoni ta’ dan il-kunċert. Il-kunċert ta’ Bobby Solo kien kollu kemm hu organizzat minn kumpanija privata fuq inizjattiva privata.

Facilitators Għawdxin

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26225 u għar-risposta relattiva, jista' l-Ministru ġentilment jirrispondi t-tieni parti tad-domanda u jgħid kienx hemm xi raġuni għal dan it-trasferiment?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li r-raġuni hi l-esiġenzi tas-servizz u bzonnijiet oġġettivi.

Facilitator

Question

B'referenza għat-talba għal facilitator tat-tifla li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separtament, peress li din it-talba ilha li saret iktar minn sena u t-tifla sejra lura, jista' l-Ministru jara li din it-tifla tingħata l-għajnuna meħtieġa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-applikazzjoni tat-tifla msemmija qiegħdha tiġi proċessata mill-iStatementing Moderating Panel skond il-proċeduri normali.

Proprjeta'

Question

B'referenza għall-akkwist ta' proprjeta' għal skopijiet pubbliċi li sar fl-1991 u li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, peress li s'issa wara li għaddew 16-il sena il-kumpens għadu ma tħallasx, jista' l-Viċi Prim Ministru jara li dan il-ħlas jiġi effettwat kemm jista' jkun malajr?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-akkwist li għamlet referenza għalih l-Onor. Interpellanti huwa wieħed minn numru sostanzjali ta'' akkwisti li għadhom pendenti minħabba raġunijiet varji. Il-ħidma fuq dan il-każ qegħda ssir u huwa mistenni li l-każ jingħalaq mal-ewwel possibilita'.

Gharb — Tabella

Question

Peress li fi Triq il-Knisja, Għarb ma hemm ebda tabella li turi li fil-viċinanzi hemm skola, biex is-sewwieqa speċjalment dwak mhux midħla ta' l-inħawi jkunu jafu li jridu joqogħdu aktar attenti, jista' l-Ministru jara li din it-tabella jew tabelli jsir jew isiru?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi x-xogħlijiet fuq din it-triq qed jiġu mmaniġġjati mill-Ministeru ta' Għawdex u għalhekk nitlob li l-mistoqsija tiġi ndirizzata lill-Ministru kkonċernat.

Għawdex — Veloċita qawwija

Question

Peress li għaddejjin xogħlijiet fit-triq li tagħti għal Għarb, Għawdex, u per konsegwenza qed jgħaddi ħafna traffiku minn Triq Dun Alwiġ Mizzi u l-vetturi qed jgħaddu minn hemm b'ċerta veloċita' li toħloq ċertu perikolu, jista' l-Ministru jara li ssir sinjaletika li tiggwida lis-sewwieqa, biex isuqu bil-mod f'dik iż-żona?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi x-xogħlijiet fuq din it-triq qed jiġu mmaniġġjati mill-Ministeru ta' Għawdex u għalhekk nitlob li l-mistoqsija tiġi ndirizzata lill-Ministeru kkonċernat.

Facilitators Għawdxin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm facilitators Għawdxin ġew trasferiti minn Malta għal Għawdex f'dawn l-aħħar tliet snin u jgħid kienx hemm xi raġuni għal dan it-trasferiment?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li f'dawn l-aħħar tlett snin ġew trasferiti 46 Supply Kindergarten Assistants (Special Education) minn Malta għal Għawdex

Forzi Armata ta' Malta

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid : Kemm hemm membri tal-Forzi Armati stazzjonati f'Għawdex; Kemm hemm membri tal-Forzi Armati Għawdxin stazzjonati Malta; X'inhu l-grad tagħhom u meta daħlu fl-Armata; F'dawn l-aħħar għaxar snin kemm membri Għawdxin ġew trasferiti minn Malta għal Għawdex u x'kienet ir-raġuni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li fil-preżent hemm 46 membru tal-Forzi Armati ta’ Malta stazzjonati f’Għawdex. Hemm 48 membru li huma Għawdxin u li huma stazzjonati Malta. Il-grad ta’ dawn u s-sena li fiha daħlu fl-Armata huma kif jidher fit-tabelli li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. F’dawn l-aħħar għaxar snin kien hemm 4 individwi li ġew trasferiti minn Malta għal Għawdex. Dawn ġew trasferiti minħabba esiġenzi tas-Servizz.

CVA — Persuni b'diżabilita'

Question

Peress li skond is-sistema tas-CVA vetturi ta' persuni b'diżabilita' li ma jaħdmux il-Belt qed jingħataw kreditu ta' Lm20 fis-sena u peress ukoll li l-persuni b'diżabilita' u familjari tagħhom qed juru tħassib minħabba li biex persuna b'diżabilita' li tkun f'wheelchair tieħu ċertu ammont ta' ħin biex titla u tinżel minn karozza u allura jilħqu jgħaddu t-30 minuta li jkunu free of charge, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn il-problemi ttieħdux in konsiderazzjoni meta ġiet imfassla s-sistema?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanti li iva, il-miżuri sabiex jassiguraw l-aċċessibilita għal persuni b’diżabilita’ ġew diskussi u maqbula mall-Kummissjoni Nazzjonali għal Persuni b’Diżabilita (KNPD). L-ADT qed iżżomm djalogu miftuħ mall-KNPD sabiex jekk ikun hemm bżonn, isiru modifiċi.

Uffiċċju konġunt — Files pendenti

Question

Peress li l-files li d-dettalji tagħhom qed jintabgħtu separatament, ilhom pendenti quddiem l-Uffiċċju Konġunt għal snin twal, jista' l-Viċi Prim Ministru jara li dawn il-proċeduri jiġu ffinalizzati kemm jista' jkun malajr?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Uffiċċju Konġunt qiegħed jagħmel dak kollu possibbli biex jiġbor l-informazzjoni neċessarja biex dan il-każ jiġi finalizzat fl-iqsar żmien possibli.
Leg 10 PQ #25900 Sitting 524 2007-05-14 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għarb — Qtugħ ta' ilma

Question

Peress li r-residenti ta' l-Għarb qed ibatu minn inkonvenjent ta' qtugħ ta' ilma in konsegwenza tax-xogħlijiet li qed isiru fit-Triq Ta' Pinu, tista' l-Ministru tara li jingħata avviż lir-residenti anke permezz ta' media lokali meta l-ilma jkun se jiġi maqtugħ minħabba dawn ix-xogħlijiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li f'każi ta' emerġenza ma jkunx jista' jsir avviż lill-pubbliku iżda fejn kien possibli l-pubbliku kien qiegħed ikun infurmat permezz tal-midja li kien sr ikun hemm qtugħ fis-servizz tal-ilma.
Leg 10 PQ #25926 Sitting 524 2007-05-14 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Sannat — Triq Sannat

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10661 li ġiet risposta fl-14 ta' Frar, 2005 u kienet titratta dwar Triq Sannat, Sannat, peress li fit-tweġiba li ngħatat il-Ministru qalet li x-xogħolijiet kienu pjanati li jsiru s-sena d-dieħla, jiġifieri fl-2006; peress li diġa' qegħdin f'Mejju 2007 u għadu ma sar xejn tista' l-Ministru tispjega għaliex għadu ma sar xejn u tgħid meta ser isir ix-xogħol?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li nħarġet u ngħatat tender għax-xogħol fi Triq Sannat, Sannat u li x-xogħol sejjer isir aktar tard matul is-sena.