Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu dawk il-pazjenti fl-2007 li mill-iSptar Ġenerali ta' Għawdex ġew riferuti Malta għat-trattament/test/intervent kirurġiku; l-eta' u s-sess tal-pazjent, kundizzjoni jew trattament/test/intervent meħtieġ u d-data?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26874 u jgħid f'liema stadju waslet t-talba għall-facilitator ta' l-istudenta li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-istudenta li d-dettalji tagħha intbagħtu separatament dehret quddiem il-Bord f'Novembru 2006. Il-Bord irrakkomanda Occupational Therapy sessions u support mill-FES (Foundation for Educational Services). Ma kien hemm l-ebda talba biex issir review. Is-segretarja tal-bord kellmet lill-omm u spjegatilha x'għandha tagħmel biex isir review tal-każ.
Jista' l-Ministru jara li d-diversi sprali li hemm mferrxa fit-terminal ta' Għawdex jiġu mwaħħla sew peress li minħabba l-ħoss li qed jagħmlu ħafna sewwieqa qed jinħassdu u anke qed ikun hemm lok ta' inċidenti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-MMA ser tieħu l-passi neċessarji dwar l-ispralli li ssemmew fid-domanda, u ser terġa tpoġġi lura wkoll dawk li nsterqu.
Tista' l-Ministru tgħid għal liema raġuni reġa' nqala' l-asfaltar li kien diġa' sar mis-siġra ta' Pinu 'l ġewwa lejn it-triq ta' Pinu? Tista' tgħid l-ispiża adizzjonali kemm ġiet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li ma nqalgħax asfalt fil-parti tat-triq imsemmija fil-mistoqsija u li kull ma qiegħed isir hu li qiegħda titranġa bankina biex din tkun taqbel mal-livell tat-tarmac meta tingħata l-aħħar kisja ta' din il-parti tat-triq. Dan ix-xogħol isir għas-spejjes tal-kuntrattur.
Jista' l-Prim Ministru jippreżenta statistika ta' promozzjonijiet fil-Malta Stock Exchange mit-twaqqif tagħha sa llum fejn jelenka kemm persuni ħadu promozzjoni waħda, tnejn, tlieta jew aktar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
B'referenza għall-problemi kbar li għandha r-recompression chamber ta' Għawdex bil-konsegwenzi li qiegħda hemm għal xejn għax kull każ qiegħed jiġi riferut Malta u anzi l-istess chamber hija ta' periklu għall-pazjenti, tista' l-Ministru tgħid x'inhu jsir biex l-investiment li sar mill-gvern f'dan il-makkinarju jkun jista' ta' l-inqas jintuża?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
M'hu minnu xejn li c-chamberhija perikoluża għall-pazjenti kif qalet l-Onorevoli Interpellant. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija numru 27075.
Peress li r-residenti ta' Triq ir-Ramla u residenti oħra fl-inħawi tal-Ħali, Nadur, Għawdex qed ibatu minn inkonvenjent kbir minħabba l-istat u l-kondizzjoni ħażina ta' din it-triq, anke minħabba l-fatt li hemm ħafna trabijiet li qed jaffettwa avversament ukoll is-saħħa ta' diversi residenti fosthom anzjani u tfal, tista' l-Ministru tara li dan l-inkonvenjent jiġi indirizzat minnufih?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li t-triq li twassal għar-Ramla ngħatat l-ewwel kisja tarmac u għalhekk ma fadalx l-inkonvenjent imsemmi mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid xi kwalifiki għandhom l-enforcement officers li jaħdmu mal-MEPA f'Għawdex?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li fl-enforcement unit ta' Għawdex l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għandha erba’ (4) enforcement officers. Tnejn minnhom għandom Degree Course fil-Planning. Wieħed għandu Diploma fis Social Studies u bħalissa qiegħed jagħmel Degree fis-Social Policy/Administration. Ieħor għandu ċertifikat fis-Secretarial Studies u o'level passes fil-Matematika, Ingliż, Malti, Computer Studies, Reliġjon u Typing.
Peress li bħalissa f'Għawdex hemm chaos kbir għaliex il-kuntratturi u dawk kollha nvoluti fis-settur tal-bini m'għandhomx fejn jarmu l-iskart tagħhom, jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jieħu l-Gvern biex din is-sitwazzjoni tissolva?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26685 u jgħid għal liema raġuni l-istudent ta' l-MCAST li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament u li m'għaddiex mill-eżami indikat separatament, l-ewwel ġie infurmat li l-każ tiegħu huwa borderline u allura ser isirlu interview u mbagħad ġie infurmat li ma kienx ser isirlu l-interview bil-konsegwenza li issa ma jistax ikompli l-kors?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-ICT juza sistema ta' continuous assessment ibbazata fuq numru ta' assignments li fl-aħħar jikkontribwixxu għall-marka finali ta' kull module li jifforma l-kwalifika. Kull student jingħata tlett opportunitajiet biex ikun jista' jottjeni passmark f'dak l-assignment.
Informat li f'kaz li student jeħel minn xi assignment dan jingħata tutorial bl-iskop li jpoġġi lill-istudent f'pozizzjoni aħjar biex iġib passmark fis-suġġett.
Informat ukoll li l-istudent inkwistjoni ma rnexxilux iġib pass fil-Communications Technology għalkemm ingħata tlett opportunitajiet biex jagħmel dan. Bħala konsegwenza ta' dan, l-istudent issa weħel minn dan il-module izda ma twaqqafx mill-istudji tiegħu.
L-istudenti kollha huma informati b'dawn ir-regolamenti sa mill-bidu tal-kors tagħhom.
Tista' l-Ministru tgħid x'servizzi jiġu offruti mill-isptar ġenerali ta' Għawdex lill-pazjenti diabetiċi tfal?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li s-srvizzi kollha meħtieġa jiġu offruti lill-pazjenti diabetiċi tfal fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex. Dawn is-servizzi huma:
malli jsir
d-diagnosis
li l-pazjent f'dan il-każ tifel/tifla huwa diabetiku jingħata immediatement il-kura kollha meħtieġa;
wara jingħata wkoll it-tagħlim u tagħrif meħtieġ lilhom kif ukoll lill-ġenituri tagħhom dwar il-kundizzjoni, l-ikel, l-kura, mediċina li hemm bżonn; u
jsirulhom ukoll appuntamenti regolari l-
outpatients
sabiex jsirilhom dak kollu li jkun meħtieġ bħal
blood tests
u osservazzjonijiet oħra mediċi.
Jista' l-Ministru jgħid x'servizzi jiġu offruti mill-istat lill-pazjenti diabetiċi tfal?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninfurmak li s-servizzi b'xejn offruti lit-tfal bid-Dijabete jinkludu:
- servizz professjonali minn tobba u konsulenti
- servizz professjonali minn dietician u podolġisti
- programm ta' edukazzjoni u informazzjoni dwar il-kundizzjoni tad-dijabete u l-kura tagħha lit-tfal u l-ġenituri minn tobba u diabetes education nurse
- servizz ta' psikologa għall-ġenituri u t-tfal
- mediċini għall-kura tad-dijabete
- testijiet tad-demm u urina skond il-bżonn
- strips għall-moniteraġġ tal-livell taz-zokkor fid-demm
- summer camp li jiġi organiżżat darba fis-sena flimkien mal-Għaqda Maltija Kontra id-Dijabete
- SKA allowance lill-ġenituri jekk jikkwalifikaw
- kartuna roża- mediċini kollha fuq il-formalarju
Jista' l-Ministru jgħid kemm se jiswew ix-xogħlijiet in konnessjoni mal-foot passenger ramps li saru ta' qies differenti milli suppost u allura ma jiffittjawx mal-vapuri tal-Gozo Channel?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-allegazzjoni li qed issir fid-domanda ma tirriżultax, fil-fatt ir-rampi ġew maħduma skond id-disinji oriġinali.
Peress li r-residenti ta' Triq Torri Gorgun, Xewkija, Għawdex qed jilmentaw minħabba l-fatt li f'din it-triq għad m'hemmx sistema ta' drenaġġ imma għadhom jinqdew bil-fosos, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet biex din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata peress li għar-residenti s-sistema preżenti hija ta' nkonvenjent kbir?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma qegħda fil-fażi ta’ ippjanar tas-sistema sħiħa tad-drenaġġ fl-inħawi tat-triq imsemmija fil-mistoqsija.
Dan ix-xogħol jinkludi t-tqegħid ta’ mejnijiet tad-drenaġġ (Gravity u rising mains) kif ukoll il-bini ta’
pumping station
. Irid isir ukoll l-akwist ta’ l-art fejn trid tinbena il-
pumping station
.
Peress li bħalissa f'Għawdex hemm chaos kbir għaliex il-kuntratturi u dawk kollha nvoluti fis-settur m'għandhomx fejn jarmu l-iskart tagħhom, tista' l-Ministru tgħid x'passi qed jieħu l-gvern biex din is-sitwazzjoni tissolva?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta diġa mgħotija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26736.
Peress li l-pilloli Omeprayole-20 huma out of stock mill-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u ħafna pazjenti qed ibatu minn inkonvenjenti kbar, tista' l-Ministru tara li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-mediċina Omerprazole hija out ot stock fl-istores ta' St. Luke's. Il-problema hija waħda teknika rigward xi reġistrazzjoni li għandha bżonn approvazzjoni biex tinxtara minn barra.
Jista' l-Ministru jgħid għal liema raġuni qed jerġgħu jinqalgħu partijiet mill-moll ta' l-Imġarr u jitħaffru speċi ta' trinek bil-jackhammer?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li kif kien ippjanat oriġinarjament, f’dawn l-aħħar jiem saru xi xogħlijiet relatati ma' l-installazzjoni ta’ expansion joints intiżi sabiex jilqgħu għal xi movimenti strutturali li jista’ jsir matul żminijiet differenti tas-sena. Dawn ix-xogħlijiet saru fi tliet postijiet differenti fil-marshalling area tas-sit tat-terminal ta’ l-Imġarr, u għadhom kemm ġew konklużi.
Peress li r-residenti ta' Triq Wied is-Simar, il-Qala' Għawdex ilhom xhur jilmentaw minħabba ilma bis-sadid, jista' l-Ministru jindirizza din il-problema?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-problema ta' sadid ma' l-ilma fl-inħawi msemmija ġiet rappurtata diversi drabi lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma u għalhekk saru diversi studji fuq is-sistema.
Jirriżulta li hemm bżonn jinbidel il-main ta' l-ilma mill-ġibjun tan-Nadur sal-Qala, tul ta' madwar 2Km. Huwa pjanat li dan jibda jinbidel din is-sena.
Sadanittant, saru diversi washouts programmati u tindif tal-kanen sabiex il-problema tkun ikkontrollata. Minn informazzjoni li waslet għand il-Korporazzjoni minngħand diversi konsumaturi jidher li kemm il-darba jsiru l-washouts ippjanati kull ħmistax jew tlett ġimgħat, il-kwalita' ta' l-ilma tkun tajba.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 22917 dwar il-perikolu fi Triq Ras il-Bajjada, Munxar minħabba sewwieqa li qed jgħaddu b'veloċita' kbira li huwa ta' periklu kemm għas-sewwieqa nfushom kif ukoll għar-residenti, peress li t-tabella u s-sinjali fit-triq jidher li ma tawx ir-riżultat mixtieq u l-ilmenti tar-residenti dwar il-perikolu ma waqfux, jista' l-Ministru jindirizza din il-problema?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi wara straħħiġ li sar mall-Kunsill Lokali tal-Minxar, irriżulta li l-istess Kunsill irċieva diversi ilmenti mir-residenti tat-Triq Ras il-Bajjada, sabiex ma ssirx sleeping policeman. L-istess Kunsill Lokali huwa tal-fehma illi t-tabelli u s-sinjali li saru fi Triq Ras ll-Bajjada huma bizzejjed.