Sheltering — Żgħażagħ bi very challenging behaviour
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'faċilitajiet ta' sheltering jeżistu f'Għawdex għal żgħażagħ bi problemi ta' challenging/very challenging behaviour?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata illi zghazagh bniet be problemi ta' challenging / very challenging behaviour jigu offruti sheltering f'Lourdes Home, Ghajsielem filwaqt li zghazagh subein bl-istess problemi jigu riferuti l-Appogg.
Huwa mahsub ukoll li fil-futur isiru arrangamenti necessarji biex zghazagh subien ikollhom facilitajiet ta' sheltering f'Ghawdex stess.
Tista' l-Ministru tgħid x'faċilitajiet ta' sheltering jeżistu f'Għawdex għan-nisa u tfal li huma vitmi ta' vjolenza domestika?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata illi nisa, tfal bniet ta' kull eta' u subien sa 9 snin li jkunu vittma ta' vjolenza domestika, jigu offruti sheltering fid-dar Carolina Cauchi li tifforma parti minn Lourdes Home f'Ghajnsielem.
Subien ta' l-fuq minn 10 snin, iffaccjati bi problemi ta' vjolenza jigu riferuti l-Appogg.
Huwa mahsub ukoll illi fil-futur isiru arrangamenti necessarji biex zghazagh subien ikollhom facilitajiet ta' sheltering f'Ghawdex stess.
Tista' l-Ministru tgħid kif intagħżlu l-benefiċċjari tal-Gozo Attractions Incentives Scheme?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Il-beneficcjari tal-Gozo Attractions Incentive Scheme ntaghzlu skond il-kriterji stabbiliti mill-istess formola ta' l-applikazzjoni li mlew l-applikanti. Il-Gvern, tramite l-Ministry of Finanace National Lotteries Good Causes Fund, nieda din l-iskema biex jigu kontribwiti ghajnuniet finanzjarji lil diversi organizzazzjonijiet li organizzaw attivitajiet skond kif stbbiliti fl-istess kriterji. Huwa l-hsieb tal-Gvern li jerga' johrog sejha ghall-applikazzjonijiet ghal attivitajiet li se jigu organizzati matul is-sena li gejja.
B'riferenza għal-lezzjonijiet tal-parentcraft li jsiru għan-nisa waqt it-tqala tagħhom, liema lezzjonijiet isiru f'sala fl-Isptar Mentali ta' Għawdex; peress li n-nisa li jattendu l-kors, inkluża l-interpellanti sottofirmata, iħossu li dan il-post mhux adattat għalihom tenut kont tal-kondizzjoni tagħhom li ċertament mhix kompatibbli ma' pazjenti ta' saħħa mentali, tista' l-Ministru tara li din is-sitwazzjoni tiġi ndirizzata u jinstab post iktar adattat fejn jistgħu jsiru dawn il-korsijiet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-Awtoritajiet ta' l-Isptar diġaż kkunsidraw li ser jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex il-lecture room li qiegħda fl-inħawi tax-Xjuħ Irġiel ssir librerija filwaqt li fejn illum hemm il-librerija ssir il-lecture room.
Preżentament il-lectures li llum jsiru fil-lecture room li qiegħda fl-inħawi tax-Xjuħ Irġiel u mhux Sala Mentali, hemm aċċess ieħor separat għal din il-lecture room mill-ġonna ta' l-istess sptar Ġenerali ta' Għawdex u mhux neċessarjament wieħed jgħaddi direttament mill-kuriduri ta' l-isptar.
Tista' l-Ministru tgħid jekk sarx xi studju dwar l-impatt psikologu tal-Qorti propost fuq l-istudenti li jattendu l-iskejjel sekondarji tagħna?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li s'issa ghadu ma gie ikkummissjonat l-ebda studju dwar l-impatt psikologiku, jekk jista jkun hemm, mill-Qorti propost fuq it-tfal li jattendu l-iskejjel sekondarji.
Tista' l-Ministru tgħid meta ser tibda topera l-Biċċerija ta' Għawdex li ilha ormai snin magħluqa b'inkonvenjent kbir għar-raħħala Għawdxin?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-Biccerija t'Ghawdex tkun tista tibda topera wara li jigu nstallati s-servizzi u apparat li huma suggett ta' tender li trid tigi ppublikata. Ghaldaqstant it-tlestija tiddependi mill-programm tax-xoghol li jkun determinat meta tigi mghotija t-tender.
Tista' l-Ministru tagħti breakdown ta' l-ispejjeż kollha konnessi max-xogħlijiet fi Triq Ramla, Nadur, kif ukoll tgħid min kien involut fl-istadju kollu tax-xogħol u min kien responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni ta' standards u safety ta' din l-istess triq?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena infurmata li x-xoghol fuq Triq ir-Ramla Nadur huwa stmat li ser jigi jiswa Lm33,150 fuq formazzjoni tat-triq u Lm106,549 biex isiru xoghlijiet ohra biex titkompla t-triq sal-wicc. Jiena nfurmata wkoll li x-xoghol f'din it-triq qieghed isir minn Road Construction Ltd. u li c-certifikazzjoni ssir skond risultati ta' testijiet li jigu sottomessi lid-Dipartment.
Peress li diversi gruppi ta' artisti u performersindividwali li ħadu sehem fin-Notte Gozitana għadhom ma tħallsux, tista' l-Ministru tgħid meta se jitħallsu peress li issa għadda ftit taż-żmien?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-hlas ta' l-ammonti dovuti fir-rigward taz-zamma tan-Notte Gozitana se jsir fil-futur qarib.
Peress li l-Qorti ta' Għawdex ilna xhur b'fattiga waħda u dan qed joħloq inkonvenjent kbir peress li waħda waħedha ma jistax ikun tagħmel kollox, tista' l-Ministru tgħid meta ġejja fattiga oħra?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li qed isiru l-arrangamenti mehtiega biex jitkompla isir it-tindif fil-Qorti.
B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 22620 u 23427 dwar Triq Daħla taċ-Ċnus, Sannat peress li din it-triq qed tintuża ħafna mill-pubbliku għaliex hemm l-open skips u peress li l-pubbliku qed jilmenta li din it-triq hija f'kundizzjoni ħażina ħafna u għadha torba, tista' l-Ministru tgħid meta ser tiġi asfaltata din it-triq?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ma ghandi xejn xi nzid ma dak li ghid fir-risposti ghal Mistoqsijiet Parlamentari msemmija mill-Onorevoli Nterpellant.
B'riferenza għal mistqosija parlamentari 22911 dwar il-ħajt fi Triq Durell u Triq Tempju ta' l-Imramma Sannat, Għawdex peress li l-ħajt għadu ma ġiex mibni u qabel ma jinbena dan il-ħajt ma jistax jitkompla x-xogħol ta' asfaltar tat-toroq, tista' l-Ministru tgħid meta se jinbena dan il-ħajt, li anke qed jikkostitwixxi periklu kif inhu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Peress li kif diga rrispondejt ghal mistoqsija 22911, il-hajt tat-triq fejn jaghqdu Triq Durell u Triq Tempju tal-Imramma fis-Sannat diga jezisti u t-triq hija asfaltata, nitlob l-Onorevoli Nterpellant tikkjarifika ahjar is-sit li qieghda tirreferi ghalih.
Tista' l-Ministru tgħid x'miżuri favur l-ambjent ħa l-ministeru fl-uffiċini u d-dipartimenti tiegħu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-Ministeru ghal Ghawdex ha, fost l-ohrajn, il-mizuri favur l-ambjent li huma elenkati fil-lista annessa.
Mistoqsija Parlamentari Numru 27443
–
Misuri favur l-ambjent
· Inxtraw u ġew manufatturati
bins
li jagħmluha possibbli li jinġabar skart separat kemm fil-partijiet pubbliċi bħal kuriduri u btieħi kif ukoll fl-uffiċċji;
· Twaħħlu
stickers
madwar iċ-Ċentru Aministrattiv kollu li jagħtu messaġġ kontra l-ħela tad-dawl u l-ilma;
· Ġiet installata sistema ta’ pannelli solari għall-produzzjoni tal-elettriku ta’
10KW (Kilowatt
). Fil-present din hija l-ikbar sistema ta’ enerġija rinnovabbli fil-pajjiż;
· Ġew stampati
labels
li jagħmluha possibbli li jintużaw envelopes diġa’ użati;
·
Lease agreement
obligatorju għal diversi sezzjonijiet biex it-
toners
jerġgħu jimtlew;
· Stallazzjoni
ta’ power factor corrector
fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex;
· Sar
feasibility study
fuq id-
decomtamination
ta’
clinical waste
u ż-żarmar ta’ l-inċineratur ta’ l-Isptar Ġenerali t’Għawdex;
· Sar
feasibility study
fuq nstallazzjoni ta’ sistema
ta’ renewable energy
għall-misħun u fil-
common area heating
fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex. Dan il-proġett u ta’ qablu jelimaw il-
carbon dioxide
u l-
pollution
in ġenerali;
· Ġbir tal-karti mill-uffiċċji biex jintbgħat għar-riċiklaġġ. Użu ta’ bozoz
energy
savers
fejn possibbli;
· Stallazzjoni ta’
Solar Water Heater
fl-iskejjel Agius De Soldanis u Sir MA Refalo;
· Ġew installati
Waste Separation Bins
f’diversi klassijiet ġo l-iskejjel t’Għawdex;
· Ġie organiżżat ‘Jum l-Ambjent’ fl-iskejjel t’Għawdex u anke xi wirja relatata ma’ l-ambjent;
· Tħawwlu tlett siġriet ta’l-
Għarar
fl-iskola ta’ Għajnsielem u saret inizjattiva EkoSkola fl-iskola Primarja tax-Xagħra;
· Jum ta’attivita’ fiċ-Ċentru tax-Xjenza f’Wied il-Lunzjata;
· Ġbir ta’ batteriji mit-tfal ta’ l-iskola Primarja tax-Xewkija.
· Fl-iskola Primarja tan-Nadur saret kompetizzjoni favur l-ambjent, tpinġijiet u komponimenti, inħolqot
Nature Tab
le
fil-klassijiet u ġiet promossa l-inizjattiva ‘Ħawwel Siġra d-dar’.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm child care centres f'Għawdex? Tista' tgħid kemm kien l-investiment tal-Gvern f'Għawdex f'dawn iċ-ċentri?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm c-Child Care Centre fil-Konservatorju ta' l-Isqof. Dan inghata ghajnuna finanzjarja taht l-iskema ta' l-NGO's.
Peress li Triq il-Mitħna fix-Xewkija, Għawdex għandha bżonn ta' manutenzjoni mmedjata peress li l-istat tat-triq qed joħloq inkonvenjent kbir lir-residenti, tista' l-Ministru tara li din it-triq tingħata l-attenzjoni immedjatament?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena infurmata li fit-triq imsemmija saret manutenzjoni meta kien hemm bzonn.
Tista' l-Ministru telenka x-xogħlijiet li saru din is-sena fuq l-impjant tat-trattament tad-drenaġġ li qed jinbena f'Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata mill-Kap tal-Korporazzjoni tas-Servizzi ta' l-Ilma li x-xogholijiet li saru fuq l-impjant jikkonsistu primarjament f’dan li gej:
a) Xoghol ta’ kostruzzjoni ta’ bini, xoghol ta’ trinek gewwa u barra l-impjant u xoghol fuq it-triq li twassal ghall-impjant minn Triq Ta’ Brieghen;
b) Kostruzzjoni ta’ tankijiet ‘in-situ’ flimkien ma testijet ta’ ‘water tightness’ fuq l-imsemmija tankijiet;
c) Stallar ta’ apparat mekkaniku u elettriku fuq bosta mill-imsemmija strutturi li qeghdin fi stat avvanzat.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il tender/direct order ħareġ mill-Ministeru għal xogħol ta' injam, fejn sar ix-xogħol, min tefa' t-tenders u l-ammont? Tista' tindika min ħa t-tender?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tispecifika l-perijodu li fih inghata x-xoghol imsemmi fil-Mistoqsija Parlamentari
Tista' l-Ministru tgħid meta ġiet installata s-sistema ta' air conditioning fl-iSptar Ġenerali ta' Għawdex; min kien ħa t-tender, kemm swiet is-sistema u kemm għandha garanzija?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Tista' l-Onor. Interpellant jekk joghgobha tispecifika ghal liema sistema ta' air conditioning fl-Isptar Generali ta' Ghawdex qeghda tirreferi?
Peress li fl-iSptar Ġenerali ta' Għawdex qed jinħass il-bżonn ta' żieda fl-istaff, tant li teżisti tensjoni kbira fuq il-ħaddiema minħabba pressjoni ta' xogħol, tista' l-Ministru tgħid x'qed jagħmel il-Ministeru biex in-numru ta' ħaddiema jiżdied?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Tista' l-Onor. Interpellant tispecifika f'liema gradi qed tinhass tensjoni minhabba pressjoni ta' xoghol sabiex tkun tista' tinghata l-informazzjoni mitluba.