B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 27434, tista' l-Ministru tgħid kemm-il tender/direct order ħareġ fl-aħħar ħames snin mill-Ministeru għal xogħol ta' injam, fejn sar ix-xogħol, min tefa' t-tenders u l-ammont? Tista' tindika min ħa t-tender?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra.
B'referenza għal mistoqsija parlamentari 27444 u għar-risposta relattiva, tista' l-Ministru tgħid kemm ingħataw għajnuna finanzjarja u jekk is-servizz mogħti mill-konservatorju huwiex bi ħlas jew le u jekk fl-affermattiv kemm hu dan il-ħlas?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-ghajnuna finanzjarja li nghatat lic-Child Care Centre fil-Konservaterju ta' l-Isqof kienet tammonta ghall-Lm2,700. Din inghatat taht l-iskema ta' l-NGO's matul diversi snin.
Ma huwiex fil-kompetenza tal-Ministeru ghal Ghawdex li jirrispondi l-ahhar parti tal-mistoqsija.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 27449 dwar Triq ir-Ramla, Nadur tista' l-Ministru tgħid min tefa' t-tender għal din it-triq u tindika l-offerti li ntefgħu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-offerti ghax-xoghol fi Triq ir-Ramla intefghu minn zewg kuntratturi differenti kif jidher hawn taht:
1. Road Construction Co. Ltd bl-ammont ta' Lm139,699.00.
2. Gatt Construction Ltd bl-ammont ta' Lm152,534.99.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 27447 u għar-risposta relattiva, tista' l-Ministru tgħid meta se jiġu ppubblikati t-tenders imsemmija peress li dawn ilhom żmien twil sabiex isiru u l-inkonvenjent lir-raħħala Għawdxin qiegħed dejjem aktar jiżdied?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li t-tender imsemmija mistennija tigi ppublikata fi zmien qasir hafna.
Jista' l-Ministru jgħid xi drittijiet/allowances/leave hija ntitolata għalihom l-impjegata li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatment, peress li din il-persuna ser tirtira?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi l-persuna indikata għandha dritt għall-pensjoni tagħha. Hija ma tikkwalifikax għal pre-retirement leave jew xi allowance li jissostitwih minħabba l-fatt li hi utilizzat is-sick leave kważi kollu tagħha kull sena matul is-snin kollha li ilha fis-servizz.
Jista' l-Ministru jgħid għal liema raġuni l-istudent li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament wara sena jistudja u jistinka rnexxielu jikkwalifika ma' l-ewwel 30 student tas-sena tiegħu b'dan li ġie promoss għal klassi A u sussegwentement reġa' tniżżel fil-klassi B? Peress li dan l-aġir kellu effett ħażin ħafna fuq il-moral u l-motivazzjoni ta' dan l-istudent jista' jara kif din is-sitwazzjoni tista' tiġi rimedjata u dan l-istudent jieħu dak li ħaqqu u cioe' jerġa' jitqiegħed fil-klassi A li huwa gwadanja bi dritt b'tant studju u sagrifiċċju?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-istudent konċernat baqa' fi Stream A.
Tista' l-Ministru tgħid għal x'hiex hija ntiża l-kamra li qed tinbena fil-bini amministrattiv tal-Ministeru għal Għawdex kif ukoll tindika n-numru tal-permess tal-MEPA relattiv għall-bini ta' din l-istess kamra?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-kamra li qed tinbena fil-bini amministrattiv tal-Ministeru ghal-Ghawdex hija ntiza biex tintuza bhala store. Il-permess tal-MEPA ghal dan ix-xoghol igib in-numru D1769/07
Tista' l-Ministru tgħid għal liema raġuni tneħħew is-siġar tal-palm li kien hemm fil-passaġġ bejn l-Iskola Ninu Cremona u l-iskola Sir Mikelanġ Refalo kif ukoll fejn ittieħed dan l-istess palm?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Fil-passagg bejn l-Iskola Ninu Cremona u l-iskola Sir Mikelang Refalo ma kienx hemm sigar tal-Palm. Is-sigar tal-Palm li forsi qed tirreferi ghalih l-Onor. Interpellant kien fil-konfini ta' l-iskola Ninu Cremona fejn beda ix-xoghol tal-bini ta' l-ewwel fazi tal-iskola gdida. Dawn inqalghu taht supervizjoni ta' genniena esperti.
Tista' l-Ministru tgħid għal liema raġuni l-monument storiku ddedikat lill-erwieħ li kien jinsab ħdejn il-Kappella ta' Sant'Anna faċċata taċ-ċimiterju ta' l-Għonq tneħħa u tqiegħed band'oħra u bil-permess ta' min?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-monument storiku ddedikat lill-erwieh li kien jinsab hdejn il-Kappella ta' Santa Marta, faccata tac-cimiterju ta' l-Ghonq, kien fil-periklu li jiggarraf u ghalhekk tnehha minn postu sabiex jigi ppreservat sakemm tittiehed decizjoni finali mill-awtoritajiet kompetenti dwar ir-restawr tieghu. Dan kollu sar bil-permess tas-Sovraintendenza tal-Patrimonju Kulturali bis-setgha moghtija lilha mill-Att dwar il-Patrimonju Kulturali 2002.
B'riferenza għall-premises ġodda ta' l-Enemalta li se jsiru fix-Xewkija, Għawdex, peress li f'dawn l-inħawi hemm problema ta' kumulu ta' ilma fl-istaġun tax-xita, jista' l-Ministru jgħid jekk ittieħdux xi miżuri dwar dan sabiex jiġu protetti r-residenzi fi Vjal il-Labour?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li mhuwiex mistenni li x-xogħol fuq is-sit imsemmija se jkollha effett fuq is-sistema eżistenti tal-culverts ta storm water cioe tal-ilma tax-xita. Il-kuntrattur ta' l-Enemalta ser ikun responsabbli għad-drenaġġ tas-sit, li ser isir minn naħa t'isfel u mhux minn ħdejn id-djar tar-residenti.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 27435 tista' l-Ministru tgħid meta ġiet installata kull sistema ta' air conditioning fl-iSptar Ġenerali ta' Għawdex; min kien ħa t-tender, kemm swiet is-sistema u kemm għandha garanzija?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra.
Peress li diversi sewwieqa tal-minibuses u coaches qed jilmentaw għaliex ikollhom jilbsu ċ-ċintorin tas-sigurta', jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx l-ħsieb li dawn is-sewwieqa jiġu eżentati milli jilbsu ċ-ċintorin bħalma huwa l-każ tas-sewwieqa tat-taxis?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat min-naħa ta’ l-Awtorità dwar it-Trasport li m’hemmx il-ħsieb li s-sewwieqa tal-minibuses u l-coaches ikunu eżenti milli jilbsu ċ-ċintorin tas-sigurtà. Tajjeb li s-sewwieqa ta’ dawn il-vetturi japprezzaw li ċ-ċintorin tas-sigurtà biex isalva l-ħajja. Jien infurmat ukoll li l-eżenzjoni fir-rigward tas-sewwieq tat-taxis tgħodd biss fil-ħin li huma jkunu qegħdin iġorru l-passiġġieri u din kienet ingħatat meta saru r-regolamenti dwar l-użu taċ-ċintorin tas-sigurtà għal raġunijiet ta’ sigurtà personali waqt li jkunu qegħdin iġorru l-passiġġieri, partikolarment matul il-lejl.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27228 li saret fl-10 ta' Lulju, 2007 u li kellha tiġi mwieġba f'seduta oħra, peress li bħalissa f'Għawdex hemm chaos kbir għaliex il-kuntratturi u dawk kollha nvoluti fis-settur tal-bini m'għandhomx fejn jarmu l-iskart tagħhom, jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jieħu l-Gvern biex din is-sitwazzjoni tissolva?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma wasalli ebda rapport li jeżisti xi forma ta' chaos minħabba li l-kuntratturi f’Għawdex m’għandomx fejn ipoġġgu l-iskart tal-kostruzzjoni. Jista’ jagħti l-każ li l-Interpellant qiegħed jirreferi għas-sitwazzjoni li kienet tippersisti għal xi żmien wara li l-faċilità privata li offriet dan is-servizz għal dawn l-aħħar erba’ snin waqfet topera. Ta' min jinnota ukoll li l-miżbla tal-Qortin issa qegħda fil-fażi li titgħatta b’saff ta’ materjal inert li ma jkunx ikkontaminat bi skart ieħor (tad-djar u ta' industriji oħrajn) biex dan is-sit jibda jiġi żviluppat għall-użu pubbliku.
Jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti saru, jekk saru bejn l-Universita' ta' Malta u l-amministrazzjoni ta' l-Isptar Mater Dei dwar il-parkeġġ u dan in vista tal-fatt li studenti universitarji u anke staff ta' l-universita' jinsabu mħassbin minħabba s-sistema kollha tal-parking fl-universita'? Jista' inoltre jgħid kemm kien hemm parking spaces qabel ma fetaħ Mater Dei u kemm ittieħdu minħabba l-Mater Dei?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ma saru l-ebda arranġamenti ma' l-Isptar Mater Dei rigward parkeġġ, għaldaqstant l-ispazju tal-parkeġġ fl-Universita' baqa' l-istess kif kien qabel.
Jista' l-Ministru jgħid għal liema raġuni l-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għadha ma ġietx ingaġġata bħala għalliema mad-dipartiment ta' l-edukazzjoni u dan meta l-oħrajn li kienu fil-grupp tagħha kollha ġew ingaġġati?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-persuna konċernata ser tirċievi t-tagħrif meħtieġ.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati tas-settur pubbliku li din is-sena tressqu l-Qorti fuq reati kriminali; f'liema dipartiment/ministeru kienu u l-kariga li kienu jokkupaw, in-natura tar-reat li kienu akkużati bih; jekk ġewx sospiżi jew għadhom fl-impjieg normali tagħhom pendenti l-proċeduri li għaddejjin?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il sejħa għall-applikazzjonijiet saret għall-Euro Assistants f'Għawdex u meta saru? Jista' jgħid ukoll kemm effettivament intgħażlu u ġew ingaġġati u kemm minnhom għadhom jokkupaw din il-kariga?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-Euro Assistants kienet waħda li tkopri kemm il-ħtiġijiet ta’ Malta kif ukoll dawk ta’ Għawdex.
L-ewwel sejħa saret fit-tmienja u għoxrin (28) ta’ Ġunju 2006, MPO Circular 129/2006, it-tieni sejħa fid-disa’ (9) ta’ Frar 2007, MPO Circular 04/2007 u t-tielet sejħa fis-sittax (16) ta’ Awissu 2007, MPO Circular 123/2007. Mill-kandidati magħżula, l-ammont ta’ kandidati Għawdxin huwa kif ġej:
MPO Circular 129/2006 ntgħażlu tmienja (8) Għawdxin
MPO Circular 04/2007 ntgħażlu tlieta (3) Għawdxin
MPO Circular 123/2007 proċess ta’ l-għażla mhux magħluq
Fil-preżent hemm ingaġġati tmien (8) Euro Assistants Għawdxin.
Tista' l-Ministru tgħid x'għajnuniet/inċentivi/skemi qed jiġu offruti lin-nisa f'Għawdex biex jinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni tal-mara fid-dinja tax-xogħol in partikolari fl-imprenditorija?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ngharraf lill-Onor. Interpellant li dawk l-ghajnuniet li jigu offruti lin-nisa f'Ghawdex biex jinkoragixxi l-participazzjoni tal-mara fid-dinja tax-xoghol huma dawk li japplikaw ghall-gzejjer Maltin.
Tista' l-Ministru tgħid x'xogħlijiet saru fuq faċilitajiet sportivi f'Għawdex fl-2007 u kemm kienet in-nefqa u min għamel ix-xogħol?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ix-xogħlijiet li saru fuq l-faċilitajiet sportivi f’Għawdex matul l-2007 huma kif ġej:
Xogħol
Nefqa
Min għamel ix-xogħol
Introduzzjoni ta’ kamra għat-Table Tennis
Lm1,051.57
Ħaddiema tal-Kumpless Sportiv
Tkomplija tal-Climbing Wall area
Lm 568,76
Climbing Association
Refurbishment tal-Kumpless Sportiv
Lm2,486.41
Ħaddiema tal-Kumpless Sportiv
Xewkija Football Ground
Lm122.55
C.M.U.
Kercem Playing Field
Lm 322.91
C.M.U.
Kercem Football Ground
Lm 216.76
C.M.U.
Kercem Tennis Court
Lm 301.75
C.M.U.
Kercem boċċi pitch
Lm 199.42
C.M.U.
Munxar Playing Field
Lm 276.36
C.M.U.
Nadur Football Ground
Lm 127.54
C.M.U.
Tax-Xħajma Model Aircraft Landing Site
Lm 1,955.07
C.M.U./Public Works
Nadur Playing Field
Lm 832.15
Public Works
Sannat Playing Field
Lm 34.25
Public Works
Xagħra Playing Field
Lm 645.51
Public Works
Dawn l-ispejjeż ma jinkludux il-pagi ta’ ħaddiema li għamlu x-xogħol