Legislature:
Category:
Reset
Active:

E-mails fuq l-indirizz tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk impjegati governattivi jistgħux jużaw l-e-mail address tal-gov.mt fuq media stampata sabiex il-pubbliku jkun jista' jibgħat feedback, informazzjoni, kummenti eċċ fuq l-indirizz tal-gvern in konnessjoni mal-kontenut ta' l-artiklu, intervent, kumment eċċ fuq il-media stampata li ma jkollu ebda konnessjoni u jkun kompletament estranju għax-xogħol mal-gvern?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-website "http://ictpolicies.gov.mt" fejn tinsab l-informazzjoni mitluba.
Leg 10 PQ #27961 Sitting 564 2007-10-16 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Qorti ta' Għawdex — Ingaġġ ta' persuni

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta se jiġu ngaġġati court messengers fil-Qorti ta' Għawdex u l-fattiga li ilha tiġi mwiegħda xhur?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li rigward il-court messengers, hemm l-approvazzjoni ghal tnejn tal-Management and Personnel Office fl-Ufficcju tal-Prim Ministru, u ser tohrog call for applications. Ghar-rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, nirriferi lill-Onor. Interpellant ghar-risposta li tajt ghal-mistoqsija parlamentari numru 27439.

Għawdex — Premises ta' l-uffiċċju elettorali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fejn ser jiġu rilokati l-premises ta' l-uffiċċju elettorali/karti ta' l-identita' f'Għawdex meta l-kirja vigenti tal-premises preżenti tiskadi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #27965 Sitting 564 2007-10-16 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Sant'Anna — Ilmenti minn residenti

Question

Peress li r-residenti ta' Sant'Anna qed jilmentaw li mhux qed jingħataw ħrieqi u li lanqas qed jingħataw ġobon ma' l-ikel tagħhom, tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni għal dan u tirrimedja dan l-inkonvenjent għar-residenti anzjani?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li is-sitwazzjoni dwar il-gobon giet ghan-normal. Meta ma nghatax, kien ghall-fatt li s-supplier minn Malta kien ghadu ma gabilniex stokk. Jiena nfurmata wkoll li il-hrieqi jigu mixtrija u moghtija mill-Welfare Committee lill-Isptar t'Ghawdex. Fid-29 ta' Jannar 2007 l-isptar ghamel ordni ghal sitt mitt (600) kaxxa imma sa issa rcivew biss mija u sebghin (170) kaxxa. Residenza Sant'Anna dejjem giet fornuta bil-hrieqi ghalkemm b'ammont inqas minn dak mitlub. Dan sar peress li l-istokk hu baxx u bhala sptar irridu noqoghdu attenti li kemm jista' jkun il-pazjenti kollha ta' l-isptar jigu moqdija. Gejna nfurmati mill-Welfare Commitee li l-container ghandu jidhol din il-gimgha jew kmieni il-gimgha d-diehla.
Leg 10 PQ #27898 Sitting 563 2007-10-15 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ghajnsielem — Inkonvenjent għar-resident

Question

Peress li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament qed tbati minn inkonvenjent wara li in konsegwenza tax-xogħlijiet li saru fi Mġarr Road, Għajnsielem, tkissret ir-rampa tal-garage tagħha kif ukoll tkisser quddiem il-bieb bil-konsegwenza li l-aċċess għar-residenza ta' din il-persuna ġie imblukkat. Peress ukoll li din il-persuna ilha żmien twil tilmenta u ma sarux xogħlijiet rimedjali, tista' l-Ministru tirrimedja l-inkonvenjent ta' din il-persuna?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li qieghda tittiehed l-azzjoni necessarja biex jitnehha l-inkonvenjent imsemmi.

Proprjeta'

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 26218 li saret fil-15 ta' Mejju, 2007 peress li fir-risposta ingħad li l-każ kellu jingħalaq ma l-ewwel possibilta u peress li ormai għaddew diversi xhur mit-tweġiba u l-każ issa ilu pendenti snin, jista' l-Ministru jara li dan il-każ jingħalaq kemm jista` jkun malajr?

Response (BORG, TONIO)

M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li jiena tajt għal Mistoqsija Parlamentari Numru 26218.

Talba għal facilitator

Question

B'riferenza għall-istudenta li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u li dwarha diġa` saret mistoqsija parlamentari, peress li jidher li l-proċess għall-allokazzjoni ta' facilitator ma' din it-tifla jidher li gie mwaqqaf minħabba nuqqas ta' koperazzjoni mill-Assistent Kap ta' l-iskola fejn tattendi t-tifla, peress li din it-tifla sejra lura u teħtieg l-għajnuna mill-iktar fis, jista` l-Ministru jara li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata għall-ġid tat-tifla?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-iStatementing Board ma irrakkommandax din l-għajnuna u mhux minħabba nuqqas ta' koperazzjoni mill-Assistent Kap ta' l-iskola kif kien ġie allegat.

Refużjoni tal-VAT

Question

Peress li l-applikazzjoni għar-refużjoni tal-VAT fuq energy saving appliances li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament ilha pendenti għal diversi xhur, jista` l-Prim Ministru jgħid f'liema stadju wasal l-ipproċessar ta' l-istess applikazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #27947 Sitting 563 2007-10-15 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Mard tal-kanċer fis-sider

Question

Peress li fil-pajjiż kollu għaddejja kampanja dwar l-għarfien fuq il-marda tal-kanċer fis-sider, peress li f'Għawdex lanqas għandna servizz sabiex in-nisa u l-irġiel imorru jagħmlu t-test opportun u lanqas għandna l-makkinarju, ma jidrilhiex il-Ministru li ma jistax ikun li f'Għawdex nibqgħu mingħajr dan il-makkinarju tant importanti?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Huwa ippjanat li fir-refurbishment li ser isir fid-Dipartiment ta' l' x'Rays gewwa l-Isptar Generali t'Ghawdex ser ikun hemm makkinarju ghal dan l-ghan.

Għalliema trasferiti minn skola għall-oħra

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' l-għalliema, facilitators, kindergarten assistants kollha li ġew trasferiti minn skola għall-oħra f'Għawdex stess u jindika l-iskejjel x'inhuma, kif ukoll ta' dawk l-għalliema, facilitators, kindergarten assistants li minn Malta ġew trasferiti Għawdex u f'liema skejjel?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-mobilita' ta' għalliema, Kindergarten Assistants u Learning Support Assistants titwettaq fl-aħjar interess tat-tfal u skond l-esiġenzi tas-servizz. Ma nħossx il-ħtieġa li d-dettalji mitluba jinġabru. Iżda jekk l-Onor. Membru trid tagħrif dwar xi każ speċifiku tindika l-każ ta' l-individwu.

Scholarships

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw sholarships għall-korsijiet barra minn Malta f'dawn l-aħħar ħames snin? Jista' jgħid f'liema universitajiet jew kulleġġi ngħataw dawn l-ischolarships u f'kull każ individwali kemm ħallas il-gvern għalihom?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-Ministeru tiegħi beda jħaddem l-iskema ta' scholarships tal-Gvern għall-ewwel darba s-sena li għaddiet (2006-2007). Id-dettalji finanzjarji dwar l-ischolarships li ngħataw din is-sena (2007-2008) għadhom qed jinħaddmu. It-tagħrif għas-sena 2006-2007 ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Universita' — Parking space

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27492 u għar-risposta relattiva dwar parkeġġ fl-universita', peress li diversi studenti qed jilmentaw li l-ispazju għall-parkeġġ għalihom naqas, jista' l-Ministru jgħid x'ta' lok għal dan it-tnaqqis u x'ser isir biex tittaffa din il-problema?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma saru l-ebda arranġamenti bejn l-Universita' ta' Malta u l-isptar Mater Dei dwar parkeġġ. Informat ukoll li ma ttieħdu l-ebda spazji ta' parkeġġ minn ħadd. Fl-Universita' hemm l-istess spazju għall-parkeġġ kif kien qabel. L-unika ħaġa li inbidlet hi n-numru ta' studenti, staff u karozzi li żdiedu sew.
Leg 10 PQ #27884 Sitting 562 2007-10-10 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Nisa Għawdxin

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27484 u għar-risposta relattiva, tista' l-Ministru telenka dawn l-iskemi u kemm kienu dawk in-nisa Għawdxin li bbenefikaw minnhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jaghmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.

Facilitator

Question

B'referenza għat-talba għal facilitator għall-istudent li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament peress li skond l-assessjar psikoloġiku dan it-tifel għandu bżonn attenzjoni immedjata, jista' l-Ministru jgħid meta dan it-tifel ser jiġi provdut b'facilitator?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-applikazzjoni ta' l-istudent konċernat qed tiġi proċessata.

Herceptin

Question

Peress li hemm diversi pazjenti tal-cancer qed jieħdu l-mediċina Herceptin u peress li din il-mediċina hija għolja ħafna u allura minn ma jiflaħx iħallas ma jistax joħodha, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li din il-mediċina tiġi provduta jew imħallsa mill-Gvern?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-Dipartiment tas-Saħħa għandu domanda għall-mediċina Trastuzumab (Herceptin) biex tingħata b'xejn lill-pazjenti li qed ibatu bil-kanċer tas-sider. Bħalissa din id-domanda qegħda tiġi kkunsidrata u evalwata.

Għawdex — Uffiċċju ta' l-Informazzjoni

Question

Jista` l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm sejħa għal applikazzjoni biex jimtela l-post ta' impjegat fl-uffiċċju ta' l-informazzjoni li nfetaħ f'Għawdex riċentement b'rabta mal-bidla ta' l-ewro?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-vakanzi ta’ Euro Assistant, sew f’Malta kif ukoll f’Għawdex, imtlew permezz ta’ tliet sejħiet ta’ applikazzjonijiet pubbliċi. Euro Assistant minn dawk magħżula ngħatat ir-responsabbilitajiet marbuta ma’ l-uffiċċju ta’ l-Informazzjoni ta’ l-NECC ġewwa Għawdex. Il-kundizzjonijiet ta’ l-Euro Assistants kif elenkati fit-tliet sejħiet ta’ applikazzjonijiet pubbliċi jipprovdu għal dawn ir-responsabbilitajiet.
Leg 10 PQ #27853 Sitting 561 2007-10-09 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Xewkija Għawdex — Triq il-Mitħna

Question

Peress li Triq il-Mitħna fix-Xewkija, Għawdex għandha bżonn manutenzjoni mmedjata speċjalment issa wara li għamlet dik ix-xita u l-ħofor li kien hemm iktar saru fondi, peress ukoll li din it-triq ilha ma ssirilha manutenzjoni u l-inkonvenjent għar-residenti qiegħed dejjem jikber, tista` l-Minsitru tara li ssir il-manutenzjoni f'din it-triq?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li Triq il-Mithna qieghda tinghata manutenzjoni meta jkun hemm bzonn.

Xewkija — Qasam industrijali

Question

Jista` l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati f'kull fabbrika li kienet qed topera fil-qasam industrijali fix-Xewkija fl-aħħar ħames snin, kull sena separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-aħħar parti tat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 25651.
Leg 10 PQ #27861 Sitting 561 2007-10-09 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Sptar ġenerali

Question

Tista` l-Ministru tgħid x'apparat mediku ngħata b'donazzjoni lill-Isptar Generali ta' Għawdex; meta ngħata, min minn u kemm jiswa?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Malli l-informazzjoni kollha tkun miġbura, din titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.