Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #28807 Sitting 588 2007-11-13 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Uffiċjali inkarigat

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta ser jimtela' l-post ta' l-uffiċċjal inkarigat mis-sezzjoni ta' l-AJAX - Land and Water Section f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li s-sezzjoni tal-IACS hija amministrata minn Uffiċjal Prinċipali.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Postijiet vakanti

Question

No question text.

Response (GALEA, LOUIS)

Filwaqt li t-tagħrif għall-ewwel u t-tieni parti tal-Mistoqsija qed jinġabar, ma nistax nifhem x’utilita` jista jkollha l-kumplament ta’ l-informazzjoni dettaljata mitluba mill-Onorevoli Membru. Għalhekk, kif ukoll għaliex il-ħin estensiv li jkun meħtieg sabiex tinġabar din l-informazzjoni jista` jintuża aħjar, ma nħossx il-ħtiega li tingħata l-kumplament ta’ l-informazzjoni li qed tintalab.
Leg 10 PQ #28810 Sitting 588 2007-11-13 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Postijiet vakanti

Question

Jista` l-Ministru jgħid kemm kien hemm sejħiet għall-applikazzjoni biex jimtlew vakanzi fid-dekasteru kollu tiegħu f'dawn l-aħħar tlett snin? Kemm kien hemm applikanti għal kull post? Kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom irgiel? X'kienet l-eta` tagħhom? Jista' jagħti s-sess u l-eta` tal-persuna magħżula?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Impjegati tas-settur pubbliku — Reati kriminali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati tas-settur pubbliku li din is-sena tressqu l-Qorti fuq reati kriminali; f'liema dipartiment/ministeru kienu u l-kariga li kienu jokkupaw, in-natura tar-reat li kienu akkużati bih; jekk ġewx sospiżi jew għadhom fl-impjieg normali tagħhom pendenti l-proċeduri li għaddejjin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 10 PQ #28799 Sitting 587 2007-11-12 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Kerċem — Skola primarja

Question

Peress li qed ikun hemm diversi lamenteli minn ġenituri ta' studenti li jattendu l-iskola primarja ta' Kerċem minħabba nuqqas ta' purtinara fl-iskola, tista' l-Ministru tispjega għaliex inħolqot din is-sitwazzjoni u x'inhu maħsub li jsir biex tissolva din is-sitwazzjoni?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-iskola ta' Kerċem kellha żewġ purtinari li wieħed minhom rtira. Wara li ġie allokat ieħor minfloku s-sitwazzjoni ġiet lura għan-normal. Minn diversi spezzjonijiet li saru ma jidhirx li għandu jkun hemm lok ta' ilmenti.
Leg 10 PQ #28800 Sitting 587 2007-11-12 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Inċineraturi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hi l-ispiża ta' kuljum biex jitħaddmu l-inċineraturi ta' l-isptar u l-biċċerija u tagħti breakdown ta' l-ispejjeż?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella annessa.
Leg 10 PQ #28801 Sitting 587 2007-11-12 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Biċċerija

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk biex inkera l-container freezer li hemm il-biċċerija ħarġitx tender jew le? Jekk fl-affermattiv, tista' tgħid min tefa' t-tender u l-offerta relattiva u min ħa t-tender?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

RISPOSTA Jiena nfurmata li l- container freezer li hemm il-biċċerija fix-Xewkija nkera permezz ta’ quotations mid-ditti kif jidhru fl-iskeda ta’ hawn taħt: Kera kull jum Trasport minn Malta għal Għawdex u Vice Versa Anthony Falzon & Sons Ltd Lm 30 Lm 102 kull vjaġġ Attrans Ltd Lm 25.96 Lm 200.60 kull vjaġġ FAPI Motors Ltd Lm 18.88 Lm 100.30 kull vjaġġ L-offerta ngħatat lid-ditta FAPI Motors Ltd li kellha l-orħos offerta.
Leg 10 PQ #28803 Sitting 587 2007-11-12 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Cumnija tal-biċċerija

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il darba kellha titbiddel iċ-ċumnija ta' l-inċineratur tal-biċċerija u meta? Kemm kienet l-ispiża kull darba?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li ċ-ċumnija tal-inċeneratur tal-biċċerija nbidlet fis-sena 2005 bi spiża ta' Lm16,470 li tinkludi post combustion chamber u water softing equipment.
Leg 10 PQ #28688 Sitting 584 2007-11-05 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Decompression chamber — Tabib

Question

Tista l-Ministru tgħid kemm saru sejħiet għall-applikazzjonijiet għal tabib għad-decompression chamber u meta saru dawn is-sejħiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm zewg applikazzjonijiet ghal tabib ghad-decompression chamber. Dawn gew ippublikati fil-Gazzetta tal-Gvern tas-27 ta' Lulju u ta' l-4 ta' Setterbru 2007.

Għawdex — Euro Assistants

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 27825 u 27950 u għar-risposti relattivi, jista' l-Prim Ministru jgħid kif intgħażlet dik l-impjegata partikolari mit-tmien EAs magħżula kif intqal f'mistoqsija parlamentari 27498?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Għażla ta' impjegata

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 27825 u għar-risposta relattiva, jista' l-Prim Ministru jgħid kif intagħażlet dik l-impjegata partikolari mit-tmien EAs magħżula kif intqal f'mistoqsija parlamentari 27498?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Euro Assistants magħżula ngħataw dawk id-doveri u r-responsabbilitajiet skond il-ħtiġijiet taċ-Ċentru u l-kompetenzi ndividwali tagħhom.

Għawdex — Premises ta' l-uffiċċju elettorali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fejn ser jiġu rilokati l-premises ta' l-uffiċċju elettorali/karti ta' l-identita' f'Għawdex meta l-kirja vigenti tal-premises preżenti tiskadi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Huwa propost li l-Uffiċċju Elettorali u tal-Karti ta’ l-Identità f’Għawdex jiġi trasferit f’bini tal-Gvern fi Pjazza San Franġisk, Ir-Rabat.
Leg 10 PQ #27992 Sitting 565 2007-10-17 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Qorti ta' Għawdex — Ġrieden

Question

Peress li fil-Qorti ta' Għawdex f'dawn l-aħħar ġranet kien hemm problemi ta' rwejjaħ ikkaġunati minn infestazzjoni ta' ġrieden u kien hemm anke ġrieden mejta; peress ukoll li l-ħaddiema kellhom huma stess jilbsu l-ingwanti biex jaraw kif jirrimedjaw is-sitwazzjoni; peress li din hija sitwazzjoni intollerrabbli anke mil-lat sanitarju u ta' saħħa kemm għall-ħaddiema kif ukoll għal dawk kollha li jkunu l-Qorti, tista' l-Ministru tindirizza s-sitwazzjoni mmedjatament?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-10 ta' Ottubru meta ndunajna bir-riha malajr qabbadna tas-Sanita' sabiex jinvestigaw u rrriżulta li kien hemm ġurdien zgħir mejjet li malajr gie mneħħi.

Għawdex — Enforcement notices

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm enforcement notices pendenti f'Ghawdex? Jista' jgħid ukoll kemm ittieħdu direct actions fl-aħħar ħames snin kull sena separatament u f'liema lokalitajiet f'Ghawdex?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni għar-rigward ta’ l-ewwel parti tal-mistoqsija hija diġà pubblika fuq il-website ta’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA). L-informazzjoni dwar it-tieni parti għadha qed tinġabar.

Revisions of paper

Question

Jista' l-Ministru jgħid għal kull suggett separatament fil-livell tas-SEC u dak tal-MATSEC kemm saru revisions of paper din is-sena? Jista' jgħid ukoll kemm kien hemm riżultati riveduti għal kull suġġett separat u liema minnhom kellhom riżultat rivedut bi grad jew aktar?

Response (GALEA, LOUIS)

Nixtieq nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba tal-Mistoqsija numru 27620 f'Seduta 558.