Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-fuljett dwar il-budget li tqassam fid-djar t'Għawdex f'dawn l-aħħar ġranet? Jista' jgħid fejn sar l-istampar u jekk ix-xogħol ngħatax b'offerta?
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27158, peress li skond l-informazzjoni mogħtija ngħataw diversi promozzjonijiet lill-istess persuni f'qasir żmien, jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni għal dan u l-kriterji li fuqhom ingħataw dawn il-promozzjonijiet?
Tista` l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 27861 u tgħid x'apparat mediku ngħata b'donazzjoni lill-Isptar Generali ta' Għawdex; meta ngħata, min minn u kemm jiswa?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra.
Peress li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separtament qed tbati minn inkonvenjent kbir minħabba l-istat u kundizzjoni tal-bankina quddiem id-dar tagħha liema inkonvenjent qed ibatu minnu wkoll diversi residenti fosthom anzjani ta' dik it-triq, tista' l-Minisru tindirizza din is-sitwazzjoni?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li s-sitwazzjoni msemmija giet indirizzata.
Peress li ħafna studenti universitarji qed jilmentaw dwar it-tmexxija ta' l-iStipends Office ta' l-Universita' billi għad hemm ħafna studenti li sal-lum għadhom ma rċevewx il-formola ta' l-istipendju, bil-konsegwenza li jekk ma jibagħtux din il-formola jispiċċaw mingħajr stipendju u kif ukoll għad hemm studenti minghajr aċċess għall-iSmart Card għax ma nfetħitx, jista l-Ministru jindirizza din is-sitwazzjoni minnufih?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasal fl-uffiċju tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Tista` l-Ministru tgħid kemm-il darba f'dawn l-aħħar tlett snin, kull sena u kull xahar separatament, inġarru pazjenti mill-iSptar Ġenerali ta' Għawdex għal St Luke's bil-helicopter u x'kienet ir-raġuni kull każ separatament? Inoltre tista` tgħid kemm hija l-ispiża li jinkorri l-Gvern kull darba li jintuża l-helicopter u tagħti breakdown ta' l-ispejjeż involuti kif ukoll tgħid mill-budget ta' liema dipartiment/ministeru jitħallsu dawn l-ispejjeż?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Rigward l-ispiza li jinkorri l-Gvern m'ghandniex taghrif peress li ma jithalssux mill-Isptar Generali.
Jista` l-Ministru jgħid kemm kien hemm sejħiet għall-applikazzjoni biex jimtlew vakanzi fid-dekasteru kollu tiegħu f'dawn l-aħħar tlett snin? Kemm kien hemm applikanti għal kull post? Kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom irgiel? X'kienet l-eta` tagħhom? Jista' jagħti s-sess u l-eta` tal-persuna magħżula?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Ma nistax nifhem x'utilita' jista jkollha l-kumplament ta' l-informazzjoni dettaljata mitluba mill-Onorevoli Membru. Għalhekk, kif ukoll għaliex il-ħin estensiv li jkun meħtieġ sabiex tinġabar din l-informazzjoni jista' jintuża aħjar, ma nħossx il-ħtieġa li tingħata l-kumplament ta' l-informazzjoni li qed tintalab.
B'referenza għall-mistoqsija 27497, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati tas-settur pubbliku li din is-sena tressqu l-qorti fuq reati kriminali, f'liema dipartiment/ministeru kienu u l-kariga li kienu jokkupaw, in-natura tar-reat li kienu akkużati bih, jekk ġewx sospiżi jew għadhom fl-impjieg normali tagħhom pendenti l-proċeduri li għaddejjin?
B’referenza għal mistoqsija parlamentari 28553 dwar talba għal allokazzjoni tas-servizz ta’ kura u għajnuna fid-dar lill-familja ta’ persuna b’dizabilta` li d-dettalji dwarha kienu ntbagħtu separatment mal-mistoqsija fuq imsemmija u liema talba giet milqugħa, tista' allura l-Ministru tgħid għal liema raguni s-servizz allokat għadu ma ngħatax? Dan minkejja l-fatt li t-talba ġiet milqugħa aktar minn xahrejn ilu u din il-familja qed tbati minn inkonvenjent kbir. Tista' inoltre tindirizza l-problema ta’ każijiet simili li minkejja li t-talbiet tagħhom jigu milqugħa, is-servizz xorta jibqa' ma jingħatax?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li qeghdin jittiehdu l-passi mehtiega sabiex is-sitwazzjoni msemmija mill-Onor. Interpellant tigi indirizzata.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 28554 u telenka l-uffiċjali kollha nkarigati mis-sigurta' tad-dipartimenti u uffiċini kollha f'Għawdex, kull dipartiment/uffiċċju separatament, by seniorityu meta ngħataw l-inkarigu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Qieghda npoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba dwar l-ufficcjali fil-Ministeru ghal Ghawdex li ghandhom grad fis-servizzi ta' Surveillance/Security.
Peress li fl-MCAST tax-Xagħra, Għawdex hemm nuqqas ta' għalliema ta' l-Ingliż u l-istudenti qed jilmentaw għax m'għandhomx għalliema ta' l-Ingliż, jista' l-Ministru jindirizza din il-problema minnufih?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-intervisti saru, u persuni adattati għall-postijiet ġew magħzula. Informat ukoll li l-ewwel wieħed magħzul se jibda jgħallem fiċ-ċentru tax-Xewkija mill-ġimgħa d-dieħla.
Jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni parti ta' mistoqsija parlamentari 27953 u jgħid kemm ittieħdu direct actions fl-aħħar ħames snin kull sena separatament u f'liema lokalitajiet f'Ghawdex?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li ġewwa Għawdex f'dawn l-aħħar ħames snin ittieħdu dawn id-direct actions:
Sena
Lokal/
Ammont
Lokal/
Ammont
Lokal/
Ammont
Lokal/
Ammont
Total
2003
Rabat (2)
Xlendi (1)
3
2004
-
-
-
-
-
2005
-
-
-
-
-
2006
-
-
-
-
-
2007
Fontana (4)
Għarb (2)
Nadur (1)
Żebbuġ (1)
8
11
Tista` l-Ministru tgħid kemm kien hemm sejħiet għall-applikazzjoni biex jimtlew vakanzi fid-dekasteru kollu tagħha f'dawn l-aħħar tlett snin? Kemm kien hemm applikanti għal kull post? Kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom irgiel? X'kienet l-eta` tagħhom? Tista' tagħti s-sess u l-eta` tal-persuna magħżula?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li rigward l-ewwel, it-tieni u l-aħħar partijiet tal-Mistoqsija, d-dettalji li jikkonċernaw id-dekasteru tiegħi, huma kif jidhru fit-Tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. M’għandiex dubju li l-Onorevoli Interpellanti tifhem li l-ġbir tal-kumplament ta’ l-informazzjoni teħtieġ ħin u xogħol estensiv u allura nħoss li dawn għandhom ikunu utilizzati b’mod aħjar..
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Postijiet vakanti
Question
Jista` l-Ministru jgħid kemm kien hemm sejħiet għall-applikazzjoni biex jimtlew vakanzi fid-dekasteru kollu tiegħu f'dawn l-aħħar tlett snin? Kemm kien hemm applikanti għal kull post? Kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom irgiel? X'kienet l-eta` tagħhom? Jista' jagħti s-sess u l-eta` tal-persuna magħżula?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista` l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm sejħiet għall-applikazzjoni biex jimtlew vakanzi fid-dekasteru kollu tiegħu f'dawn l-aħħar tlett snin? Kemm kien hemm applikanti għal kull post? Kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom irgiel? X'kienet l-eta` tagħhom? Jista' jagħti s-sess u l-eta` tal-persuna magħżula?
Jista` l-Ministru jgħid kemm kien hemm sejħiet għall-applikazzjoni biex jimtlew vakanzi fid-dekasteru kollu tiegħu f'dawn l-aħħar tlett snin? Kemm kien hemm applikanti għal kull post? Kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom irgiel? X'kienet l-eta` tagħhom? Jista' jagħti s-sess u l-eta` tal-persuna magħżula?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’dawn l-aħħar tlett snin fil-Ministeru għar-Rizorsi u l-Infrastruttura kien hemm sebgħin il-sejħa għall-applikazzjoni biex jimtlew vakanzi fid-dekasteru kollu tiegħu. L-informazzjoni ta’ kemm kien hemm applikanti għal kull post, kemm minnhom kienu nisa jew irġiel, x’kienet l-eta’ tagħhom u s-sess u l-eta’ tal-persuna magħzula qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista` l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm sejħiet għall-applikazzjoni biex jimtlew vakanzi fid-dekasteru kollu tiegħu f'dawn l-aħħar tlett snin? Kemm kien hemm applikanti għal kull post? Kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom irgiel? X'kienet l-eta` tagħhom? Jista' jagħti s-sess u l-eta` tal-persuna magħżula?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant, dwar in-numru ta' sejħiet għall-applikazzjoni maħruġa mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, in-numru ta' applikanti għal kull sejħa, u s-sess u l-eta' tal-persuna magħżula, hi kif tidher fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ma nistax nifhem x'utilita' jista' jkollha l-kumplament ta' l-informazzjoni dettaljata mitluba mill-Onorevoli Membru. Għalhekk, kif ukoll għaliex il-ħin estensiv li jkun meħtieġ sabiex tinġabar din l-informazzjoni jista' jintuża aħjar, ma nħossx il-ħtieġa li tingħata l-kumplament ta' l-informazzjoni li qed tintalab.
Jista` l-Ministru jgħid kemm kien hemm sejħiet għall-applikazzjoni biex jimtlew vakanzi fid-dekasteru kollu tiegħu f'dawn l-aħħar tlett snin? Kemm kien hemm applikanti għal kull post? Kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom irgiel? X'kienet l-eta` tagħhom? Jista' jagħti s-sess u l-eta` tal-persuna magħżula?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija ferm voluminuża u għadha qed tinġabar. Ir-risposta ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid jekk sarux xi trasferimenti ta' ħaddiema minn dipartiment għall-ieħor fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex f'dawn l-aħħar sitt xhur? Jekk fl-affermattiv, tista' tgħid minn liema dipartiment għal liema dipartiment saru u tagħti d-data u l-grad/xogħol ta' l-impjegat?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra.